LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • fg lezzjoni 6 mist. 1-5
  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?
  • Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Materjal Simili
  • X’Jiġrilhom il-Maħbubin Mejtin Tagħna?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • X’Jiġri Jekk Immutu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • X’Jiġri Mal-Mewt?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Tama Vera għall-​Maħbubin Tiegħek li Mietu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Aħbar Tajba Mingħand Alla!
fg lezzjoni 6 mist. 1-5

LEZZJONI 6

X’Tama Hemm għall-​Mejtin?

1. X’inhi l-​aħbar tajba dwar il-​mejtin?

Lazzru rxoxtat jiġi milqugħ lura minn ħutu l-bniet Marta u Marija

Meta Ġesù wasal il-​Betanja ħdejn Ġerusalemm, il-​ħabib tiegħu Lazzru kien ilu mejjet erbat ijiem. Ġesù mar fil-​post għad-​dfin maʼ Marta u Marija, l-​aħwa tal-​mejjet. Malajr inġemgħet folla nies. Tistaʼ timmaġina kemm ferħu Marta u Marija meta Ġesù rxoxta lil Lazzru?​—Aqra Ġwanni 11:21-​24, 38-​44.

Marta diġà kienet taf bl-​aħbar tajba dwar il-​mejtin. Kienet taf li Ġeħova se jirxoxta l-​mejtin biex jerġgħu jgħixu fuq l-​art.​—Aqra Ġob 14:14, 15.

2. X’inhi l-​kundizzjoni tal-​mejtin?

Il-ħolqien t’Adam, u iktar tard mewtu

Alla qal lil Adam: “Trab int u trab terġaʼ ssir.”​—ĠENESI 3:19.

Il-​bnedmin magħmulin mit-​trab. (Ġenesi 2:7; 3:19) M’hemmx spirti ġo fina. U xejn mhu se jibqaʼ jgħix wara li mmutu. Meta mmutu, moħħna jmut ukoll, u l-​ħsibijiet tagħna jgħibu. B’hekk, Lazzru ma qalx li esperjenza xi ħaġa waqt li kien mejjet għax il-​mejtin ma jafu xejn.​—Aqra Salm 146:4; Ekkleżjasti 9:5, 6, 10.

Jitturmenta Alla lin-​nies bin-​nar wara l-​mewt? Ladarba l-​Bibbja turi li l-​mejtin ma jafu xejn, jidher ċar li n-​nar tal-​infern hu tagħlim falz li jagħti isem ħażin lil Alla. L-​idea biss li jitturmenta lin-​nies bin-​nar tiddiżgustah.​—Aqra Ġeremija 7:31.

Ara l-vidjow X’inhi l-kundizzjoni tal-mejtin?

3. Jistgħu jkellmuna l-​mejtin?

Il-​mejtin la jistgħu jitkellmu u lanqas jisimgħu. (Salm 115:17) Imma xi anġli huma mill-​agħar, u jistgħu jkellmu lin-​nies u jagħmlu tabirruħhom li huma bnedmin mejtin. (2 Pietru 2:4) Ġeħova jikkmandana biex ma nipprovawx nitkellmu mal-​mejtin.​—Aqra Dewteronomju 18:10, 11.

4. Min se jiġi rxoxtat?

Raġel li ġie rxoxtat għal ħajja fil-Ġenna tal-art jitgħallem dwar Alla. Imbagħad ir-raġel jgħin biex jgħallem lil oħrajn li ġew irxoxtati.

Ħafna miljuni taʼ nies li huma mejtin se jiġu rxoxtati għal ħajja fuq l-​art. Se jiġu rxoxtati anke xi wħud li ma kinux jafu lil Alla u li għamlu affarijiet ħżiena.​—Aqra Luqa 23:43; Atti 24:15.

Uħud irxoxtati se jkunu jistgħu jitgħallmu l-​verità dwar Alla u juru l-​fidi tagħhom f’Ġesù billi jobduh. (Rivelazzjoni 20:11-​13) Dawk li jiġu rxoxtati u li jagħmlu affarijiet tajbin se jkunu jistgħu jgawdu l-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art.​—Aqra Ġwanni 5:28, 29.

5. L-​irxoxt x’jgħallimna dwar Ġeħova?

Alla għamilha possibbli li jkun hemm tama għall-​mejtin billi bagħat lil Ibnu biex imut għalina. Għalhekk, l-​irxoxt jgħallimna dwar l-​imħabba u l-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova. Meta l-​mejtin jiġu rxoxtati, lil min b’mod partikulari tixtieq tara?​—Aqra Ġwanni 3:16; Rumani 6:23.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitli 6, 7, u 10 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja