Xandar biż-żelu l-verità dwar Ġesù
Iż-żelu tagħna jikber meta nkunu nafu li qed naqsmu l-verità dwar Ġesù m’oħrajn. Ġesù hu l-ġebla tax-xewka tal-pedament, jiġifieri l-bażi, li fuqha l-fidi vera hi mibnija. (Efes. 2:20) Mingħajru, ma jkollniex tama taʼ salvazzjoni. (Atti 4:12) Għaldaqstant, hu importanti li lkoll kemm aħna nagħrfu x’inhu l-irwol taʼ Ġesù fl-iskop t’Alla. Ħafna tqarrqu minn duttrini mhux Skritturali. B’dispjaċir, għandhom mnejn ma jirċivux il-barkiet li Alla wiegħed lil dawk li jeżerċitaw fidi f’Ġesù. Iż-żelu għall-verità se jqanqalna ngħinu lil uħud taʼ qalb onesta jiksbu fehma korretta dwar Ġesù, il-pożizzjoni tiegħu meta mqabbla maʼ t’Alla, u l-irwol tiegħu fl-iskop t’Alla. Matul dan l-istaġun tat-Tifkira, se xxandar biż-żelu l-verità dwar Ġesù?