LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 81
  • Fiduċja fl-Għajnuna t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fiduċja fl-Għajnuna t’Alla
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-Poplu t’Alla Jitlaq Minn Babilonja
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb t’Esdra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Tistaʼ Tkun Ċert li Ġeħova Se Jgħinek fi Żminijiet Diffiċli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Mill-Jasar f’Babilonja sal-Bini mill-Ġdid tas-Swar taʼ Ġerusalemm
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 81

STORJA 81

Fiduċja fl-Għajnuna t’Alla

ĦAFNA eluf taʼ nies jagħmlu l-​vjaġġ twil lura lejn Ġerusalemm. Imma meta jaslu, Ġerusalemm hi sempliċement ħerba sħiħa. Ħadd ma jgħix hemmhekk. L-​Iżraelin ikollhom jerġgħu jibnu kollox mill-​ġdid.

Fost l-​ewwel affarijiet li jibnu jkun artal. Dan hu post fejn jistgħu jagħmlu l-​offerti tal-​annimali, jew għotjiet, lil Ġeħova. Xi xhur wara dan, l-​Iżraelin jibdew jibnu t-​tempju. Imma l-​għedewwa li jgħixu f’pajjiżi fil-​qrib ma jridux lill-​Iżraelin jibnuh. Allura jipprovaw ibeżżgħuhom biex iġegħluhom jieqfu. Fl-​aħħar, dawn l-​għedewwa jġiegħlu lis-​sultan il-​ġdid tal-​Persja joħroġ liġi ħalli jwaqqaf ix-​xogħol tal-​bini.

Jgħaddu ħafna snin. Issa ilu 17-​il sena minn meta l-​Iżraelin ġew lura minn Babilonja. Ġeħova jibgħat il-​profeti tiegħu Ħaggaj u Żakkarija biex jgħidu lin-​nies jerġgħu jibdew ix-​xogħol tal-​bini. In-​nies juru fiduċja fl-​għajnuna t’Alla u jobdu lill-​profeti. Jerġgħu jibdew jibnu, avolja hemm liġi li tgħid li ma jistgħux jagħmlu dan.

Allura, uffiċjal Persjan bl-​isem taʼ Tattenaj jiġi u jistaqsi lill-​Iżraelin xi dritt għandhom li jibnu t-​tempju. L-​Iżraelin jgħidulu li meta kienu Babilonja, is-​Sultan Ċiru qalilhom: ‘Morru issa lejn Ġerusalemm biex tibnu t-​tempju taʼ Ġeħova Alla tagħkom.’

Tattenaj jibgħat ittra lejn Babilonja u jistaqsi jekk hux veru li Ċiru, li issa kien miet, qal dan il-​kliem. Malajr tasal lura ittra mis-​sultan il-​ġdid tal-​Persja. Din tgħid li Ċiru tassew qal dan il-​kliem. Għalhekk is-​sultan jikteb: ‘Ħalli l-​Iżraelin jibnu t-​tempju t’Alla tagħhom. U jien nordnalek tgħinhom.’ F’xi erbaʼ snin it-​tempju jitlesta, u l-​Iżraelin jifirħu ħafna.

Jgħaddu ħafna iktar snin. Issa għaddew kważi 48 sena minn meta tlesta t-​tempju. In-​nies f’Ġerusalemm huma foqra, u l-​belt u t-​tempju t’Alla ma tantx jidhru sbieħ. Lura f’Babilonja, l-​Iżraeli Esdra jsir jaf dwar il-​bżonn li t-​tempju t’Alla jsirulu t-​tiswijiet. Għalhekk, taf x’jagħmel?

Esdra jmur ikellem lil Artaserse, is-​sultan tal-​Persja, u dan is-​sultan tajjeb jagħti lil Esdra ħafna għotjiet biex jiħodhom lura miegħu lejn Ġerusalemm. Esdra jistaqsi lill-​Iżraelin f’Babilonja biex jgħinuh iġorr dawn l-​għotjiet lejn Ġerusalemm. Xi 6,000 ruħ jgħidu li se jmorru miegħu. Għandhom ħafna fidda u deheb u affarijiet prezzjużi oħrajn xi jġorru magħhom.

Esdra jinkwieta, għax hemm irġiel ħżiena fit-​triq. Dawn l-​irġiel għandhom mnejn jiħdulhom il-​fidda u d-​deheb tagħhom u joqtluhom. Għalhekk, Esdra jiġbor lin-​nies flimkien, bħalma qed tara fl-​istampa. Imbagħad jitolbu lil Ġeħova biex jipproteġihom fil-​vjaġġ twil tagħhom lura lejn Ġerusalemm.

Ġeħova jipproteġihom. U wara erbaʼ xhur taʼ vvjaġġar, huma jaslu Ġerusalemm qawwijin u sħaħ. Ma jurix dan li Ġeħova jistaʼ jipproteġi lil dawk li jafdaw fih għall-​għajnuna?

Esdra kapitli 2 sa 8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja