LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 3/1 p. 3
  • Għala għandna bżonn niġu salvati

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala għandna bżonn niġu salvati
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Li Tgħix Għal Dejjem M’huwiex Biss Ħolma
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Kif se tiġi eliminata l-mewt, l-għadu tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Ħarsa mill-Qrib Lejn Xi Ħrejjef dwar il-Mewt
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Int Kif Tħares Lejn il-Mewt?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 3/1 p. 3
Bukkett fjuri żgħir bil-​blanzuni li eventwalment jinxef

SUĠĠETT PRINĊIPALI | ĠESÙ JSALVANA—MINN XIEX?

Għala għandna bżonn niġu salvati

“Il-​bniedem, imwieled minn mara, għomru qasir u mimli taħbit. Bħall-​inwar joħroġ u jinqataʼ, u jaħrab bħad-​dell u ma jibqax jeżisti.”—Ġob 14:1, 2.

Minn żminijiet il-​qedem, in-​nies ħolmu dwar kemm ikun sabiħ li kieku kellhom jibqgħu żgħażagħ u f’saħħithom għal dejjem. Madankollu, b’dispjaċir ir-​realtà qarsa hi din: Aħna mmutu. Il-​kliem taʼ Ġob imsemmi hawn fuq, imlissen iżjed minn tlett elef sena ilu, għadu jgħodd sal-​lum.

Ix-​xewqa li ngħixu ħajja bla tmiem hi qawwija, u hi universali. Il-​Bibbja tgħidilna li Alla poġġa f’qalbna x-​xewqa tal-​eternità kif ukoll ix-​xenqa li nifhmuha. (Ekkleżjasti 3:11) Ladarba dan hu l-​każ, ma jidhirlekx li ma jkunx raġunevoli li Alla jpoġġi fina xewqa għal xi ħaġa li tkun impossibbli li naqtgħuha? Jekk it-​tweġiba tiegħek hi le, għandek raġun. Il-​Kelma t’Alla titkellem dwar il-​mewt bħala għadu u twiegħed li “se tinġieb fix-​xejn.”—1 Korintin 15:26.

M’hemm ebda dubju li l-​mewt hi għadu. L-​ebda bniedem moħħu f’loku ma jixtieqha. Meta jersaq il-​periklu, inwarrbulu, nistaħbewlu, jew naħarbulu. Meta nimirdu, infittxu modi biex infiqu. Nagħmlu kulma nistgħu biex nevitaw affarijiet li jistgħu jikkaġunawlna l-​mewt.

Hemm x’jagħti x’nifhmu li dan l-​għadu li ilu jeżisti minn żmien żemżem se jinġieb fix-​xejn? Iva, hemm. Alla Ġeħova, il-​Ħallieq, ma ħalaqx lill-​bnedmin biex sempliċement jgħixu għal ftit snin u mbagħad imutu. Il-​mewt tal-​bnedmin ma kinitx parti mill-​għan oriġinali tiegħu. Hu ried li l-​bnedmin jgħixu għal dejjem fuq l-​art, u r-​rieda tiegħu jwettaqha.—Isaija 55:11.

Mela l-​mewt kif se tinġieb fix-​xejn? Tul l-​istorja, il-​bnedmin issieltu biex isolvu l-​problema tal-​mewt imma ma rnexxilhomx. Fiż-​żminijiet moderni, it-​tfittxija għas-​soluzzjoni għadha sejra. Ix-​xjentisti żviluppaw tilqim u mediċini li rażżnu ċertu mard. Huma studjaw bir-​reqqa l-​istruttura ġenetika tal-​affarijiet ħajjin. F’ħafna postijiet, in-​nies illum jgħixu iżjed milli kienu seklu ilu. Madankollu, il-​mewt għadha hawn. Kif tgħid il-​Bibbja, “kollha lejn it-​trab jerġgħu jmorru.”—Ekkleżjasti 3:20.

L-​aħbar tajba hi li m’għandniex għalfejn noqogħdu fuq il-​kapaċità tal-​bnedmin biex isolvu din il-​problema li ilha għaddejja. Alla Ġeħova diġà għamel arranġamenti biex insalvaw jew ninħelsu mill-​mewt, u l-​wieħed prinċipali f’dan l-​arranġament hu Ġesù Kristu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja