LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • It-Tweġiba taʼ Ġeħova Għal Talba mill-Qalb
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Ottubru 15
    • 17. Liema sitwazzjoni kritika qed tiffaċċja l-​umanità, u liema kliem dalwaqt se niftakru?

      17 M’għandniex xi ngħidu, aħna nafu li l-​battalja għadha ma spiċċatx. U nkomplu nxandru l-​aħbar tajba—saħansitra lill-​opponenti. (Mt. 24:14, 21) Madankollu, dalwaqt mhux se jkun hemm iktar l-​opportunità li issa hija miftuħa għal dawn l-​opponenti biex jindmu u jiksbu s-​salvazzjoni. It-​taqdis taʼ isem Ġeħova hu bil-​wisq iktar importanti mis-​salvazzjoni tal-​bniedem. (Aqra Eżekjel 38:23.) Meta l-​ġnus jingħaqdu fl-​isforz imbassar biex jeqirdu l-​poplu t’Alla mad-​dinja kollha, aħna se niftakru dan il-​kliem tat-​talba tas-​salmista: “Ħa jistħu u jitħawdu għal dejjem, u ħa jiġu avviliti u jgħibu.”—Salm 83:17.

      18, 19. (a) X’hemm lest għall-​opponenti stinati tas-​sovranità taʼ Ġeħova? (b) L-​ivvindikar finali li riesaq tas-​sovranità taʼ Ġeħova kif jeffettwak?

      18 Tmiem umiljanti qed jistenna lill-​opponenti determinati tas-​sovranità taʼ Ġeħova. Il-​Kelma t’Alla tirrivela li dawk li “ma jobdux l-​aħbar tajba”—u li minħabba din ir-​raġuni se jiġu meqrudin f’Armageddon—se jieħdu “qerda għal dejjem.” (2 Tess. 1:7-9) Il-​qerda tagħhom u s-​salvazzjoni taʼ dawk li jqimu lil Ġeħova bil-​verità se jkunu evidenza konvinċenti li Ġeħova hu l-​uniku Alla veru. Fid-​dinja l-​ġdida, din ir-​rebħa kbira m’hijiex se tintesa. Dawk li jiġu lura fl-​“irxoxt . . . tan-​nies sewwa u . . . taʼ dawk li m’humiex sewwa” se jsiru jafu dwar l-​att kbir taʼ Ġeħova. (Atti 24:15) Fid-​dinja l-​ġdida, se jaraw evidenza konvinċenti dwar kemm hu għaqli li tgħix taħt is-​sovranità taʼ Ġeħova. U l-​ġwejdin fosthom malajr se jikkonvinċu ruħhom li Ġeħova hu l-​uniku Alla veru.

  • “Dan Hu Tabilħaqq l-Iktar Isem Qaddis u Kbir t’Alla”
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Ottubru 15
    • “Dan Hu Tabilħaqq l-​Iktar Isem Qaddis u Kbir t’Alla”

      Nicholas taʼ Cusa għamel din l-​istqarrija fi priedka li ta fis-​sena 1430.a Kien raġel li kien interessat f’ħafna suġġetti u ffoka l-​attenzjoni tiegħu, per eżempju, fuq l-​istudju tal-​Grieg, l-​Ebrajk, il-​filosofija, it-​teoloġija, il-​matematika, u l-​astronomija. Fl-​età taʼ 22 sena, hu ħa d-​dottorat fil-​liġi kanonika Kattolika Rumana. Fl-​1448 inħatar bħala kardinal.

      Madwar 550 sena ilu, Nicholas taʼ Cusa waqqaf dar għall-​anzjani f’Kues, issa magħrufa bħala Bernkastel-Kues, belt li tinsab madwar 130 kilometru lejn in-​nofsinhar taʼ Bonn, fil-​Ġermanja. Fl-​istess bini issa hemm il-​librerija taʼ Cusa li fiha iktar minn 310 manuskritti. Wieħed minnhom huwa l-​Codex Cusanus 220 li fih tistaʼ tinstab il-​priedka taʼ Cusa li għamel fl-​1430. F’din il-​priedka, In principio erat verbum (Fil-Bidu Kien il-​Kelma), Nicholas taʼ Cusa uża l-​kelma spelluta bil-​Latin Iehoua għal Ġeħova.b Paġna 56 fiha l-​istqarrija li ġejja rigward l-​isem t’Alla: “Dan hu mogħti minn Alla. Hu t-​Tetragrammaton, jiġifieri, l-​isem kompost minn erbaʼ ittri. . . . Dan hu tabilħaqq l-​iktar isem qaddis u kbir t’Alla.” Din l-​istqarrija taʼ Nicholas taʼ Cusa taqbel mal-​fatt li l-​isem t’Alla jidher fit-​test oriġinali taʼ l-​Iskrittura Ebrajka.—Eżo. 6:3.

      Dan il-​kodiċi minn kmieni fis-​seklu 15 huwa wieħed mill-​eqdem dokumenti li jeżistu u li fih it-​Tetragrammaton jiġi tradott “Iehoua.” Din it-​testimonjanza miktuba hija evidenza oħra li l-​forom taʼ l-​isem t’Alla, li huma simili għal “Ġeħova,” kienu l-​iktar traskrizzjoni letterarja komuni taʼ l-​isem t’Alla għal sekli sħaħ.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja