LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 7
  • Xi Jsir fil-Laqgħat Tagħna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Jsir fil-Laqgħat Tagħna?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Laqgħat li jqanqlu “għall-imħabba u l-għemejjel tajbin”
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Niltaqgħu flimkien għall-qima
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 7

LEZZJONI 7

Xi Jsir fil-​Laqgħat Tagħna?

Laqgħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova fin-New Zealand

In-New Zealand

Laqgħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova fil-Ġappun

Il-Ġappun

Xhud taʼ Ġeħova żgħir jaqra l-Bibbja fl-Uganda

L-Uganda

Żewġ Xhieda juru kif issir diskussjoni minn fuq il-Bibbja fil-Litwanja

Il-Litwanja

Fil-​biċċa l-​kbira, fil-​laqgħat Kristjani tal-​bidu kien ikun hemm kant, talb, u l-​qari mill-​Iskrittura u diskussjoni fuqha; ma kien ikun hemm l-​ebda ritwal. (1 Korintin 14:26) Fil-​laqgħat tagħna jsiru affarijiet simili ħafna.

L-​istruzzjoni hi bbażata fuq il-​Bibbja u hi prattika. Fi tmiem il-​ġimgħa, kull kongregazzjoni tiltaqaʼ biex tismaʼ taħdita mill-​Bibbja taʼ 30 minuta rigward kif l-​Iskrittura tapplika għal ħajjitna u għal żminijietna. Ilkoll niġu inkuraġġiti biex insegwu fil-​Bibbja tagħna. Wara t-​taħdita jkun hemm Studju tat-​“Torri tal-​Għassa” li jdum siegħa, li fih il-​membri tal-​kongregazzjoni huma mistiedna biex jipparteċipaw f’diskussjoni t’artiklu mill-​edizzjoni għall-​istudju tat-​Torri tal-​Għassa. Din id-​diskussjoni tgħinna napplikaw il-​gwida tal-​Bibbja f’ħajjitna. L-​istess materjal huwa studjat f’kull waħda mill-​iktar minn 110,000 kongregazzjoni madwar id-​dinja.

Niġu megħjunin intejbu l-​abbiltajiet tagħna tat-​tagħlim. F’lejla matul il-​ġimgħa nerġgħu niltaqgħu għal programm li jinqasam fi tliet partijiet. Dan jismu Il-​Ħajja u l-​Ministeru Kristjan Tagħna u hu bbażat fuq il-​materjal li jkun provdut kull xahar fil-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa tal-​Ħajja u l-​Ministeru Tagħna. L-​ewwel parti taʼ din il-​laqgħa, Teżori mill-​Kelma t’Alla, tgħinna biex insiru familjari maʼ silta tal-​Bibbja li l-​kongregazzjoni tkun qrat minn qabel. Imbagħad hemm Irsisti fil-​Ministeru. Din tinkludi turijiet dwar kif niddiskutu l-​Bibbja m’oħrajn. Xi ħadd inkarigat biex jagħti l-​pariri jagħmel l-​osservazzjonijiet tiegħu sabiex jgħinna ntejbu l-​abbiltajiet tal-​qari u t-​taħdit. (1 Timotju 4:13) L-​aħħar parti hi Għix Bħala Kristjan. Din tikkunsidra kif nistgħu napplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja fil-​ħajja taʼ kuljum. Tinkludi wkoll diskussjoni li tgħinna nifhmu iktar il-​Bibbja.

Meta tattendi l-​laqgħat tagħna, bla dubju se tkun impressjonat bil-​kwalità tal-​edukazzjoni tal-​Bibbja li tkun qed tirċievi.—Isaija 54:13.

  • X’tistaʼ tismaʼ fil-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Ġeħova?

  • Liema mil-​laqgħat li jmiss taʼ kull ġimgħa tixtieq tattendi?

SIR AF IKTAR

Eżamina ftit mill-materjal li se jiġi diskuss fil-laqgħat li ġejjin. Innota x’tistaʼ titgħallem mill-Bibbja li jistaʼ jkun utli fil-ħajja tiegħek taʼ kuljum.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja