LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 11/1 p. 32
  • Li Trawwem Tfal Bil-Morali GĦADU POSSIBBLI?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Li Trawwem Tfal Bil-Morali GĦADU POSSIBBLI?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 11/1 p. 32

Li Trawwem Tfal Bil-​Morali GĦADU POSSIBBLI?

“QEGĦDIN issa ngħixu f’soċjetà komplessa, kultura tassew imħallta, fejn m’hemm l-​ebda uniformità fil-​kodiċi tal-​moralità,” josserva Robert Glossop taʼ l-​Istitut Vanier għall-​Familja f’Ottawa, il-​Kanada. B’liema riżultat? Rapport fil-​gazzetta The Toronto Star jgħid: “Adolexxenti li joħorġu tqal, vjolenza fl-​età taż-​żgħożija u suwiċidji fost l-​adolexxenti kollha qegħdin jiżdiedu.”

Il-problema tmur iktar ’il bogħod mill-​Amerka taʼ Fuq. Bill Damon, direttur taċ-​Ċentru għall-​Iżvilupp Uman fl-​Università taʼ Brown f’Rhode Island, l-​Istati Uniti, studja dawn il-​problemi fil-​Britannja u f’pajjiżi Ewropej oħrajn, kif ukoll fl-​Awstralja, fl-​Iżrael, u fil-​Ġappun. Hu jipponta lejn in-​nuqqas tal-​knejjes, taʼ l-​iskejjel, u taʼ istituzzjonijiet oħrajn f’li jipprovdu gwida liż-​żgħażagħ. Hu jemmen li l-​kultura tagħna “m’għarfitx x’għandhom bżonn it-​tfal biex joħolqu karattru u kompetenza.” Billi kkwota lil xi esperti f’dan il-​qasam li jgħallmu li d-​“dixxiplina hija taʼ periklu għas-​saħħa u l-​benesseri tat-​tfal,” Damon isostni li din hija “riċetta biex trabbi lil tfal stinati u diżubbidjenti.”

X’għandhom bżonn iż-​żgħażagħ tal-​lum? B’mod kostanti jeħtieġu taħriġ bl-​imħabba li jikkorreġi lill-​moħħ u lill-​qalb. Żgħażagħ differenti jirrikjedu għamliet differenti taʼ dixxiplina. Meta tkun imqanqla mill-​imħabba, id-​dixxiplina sikwit tistaʼ tiġi mwassla billi wieħed jirraġuna maʼ dak li jkun. Għalhekk fi Proverbji 8:33 jintqalilna biex ‘nisimgħu t-​tagħlim [“dixxiplina,” NW].’ Lil xi wħud, iżda, “bil-​kliem biss ma twiddib[homx].” Għalihom, jistaʼ jkun hemm bżonn li jingħata kastig minħabba d-​diżubbidjenza, amministrat safejn hu xieraq. (Proverbji 17:10; 23:13, 14; 29:19) Meta tagħmel din ir-​rakkomandazzjoni, il-​Bibbja m’hijiex qiegħda tapprova swat taħt rabja jew xebgħat kefrin, li jistgħu jbenġlu u jweġġgħu lit-​tifel jew lit-​tifla. (Proverbji 16:32) It-​tifel jew it-​tifla, pjuttost, iridu jifhmu għala qegħdin jiġu kkorreġuti u jħossu li huwa għaliex il-​ġenitur jixtiqilhom il-​ġid.​—Qabbel Lhud 12:6, 11.

Pariri Bibliċi daqstant prattiċi u sodi huma enfasizzati fil-​ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja