TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠEREMIJA 12-16
L-Iżraelin insew lil Ġeħova
Ġeremija ngħata inkarigu diffiċli li kien se juri d-determinazzjoni taʼ Ġeħova li jġib fix-xejn il-kburija taʼ Ġuda u Ġerusalemm.
Ġeremija xtara ċinturin tal-għażel
Iċ-ċinturin marbut mal-qadd issimbolizza r-relazzjoni mill-qrib li setaʼ kien hemm bejn Ġeħova u l-poplu
Ġeremija ħa ċ-ċinturin lejn ix-Xmara Ewfrat
Hu ħbieh f’xaqq fil-blat, u mbagħad reġaʼ lura Ġerusalemm
Ġeremija mar lura x-Xmara Ewfrat biex iġib iċ-ċinturin
Iċ-ċinturin kien tmermer
Ġeħova spjega l-kwistjoni wara li Ġeremija wettaq l-inkarigu
L-ubbidjenza mill-qalb li wera Ġeremija f’dak li setaʼ deher bħala mhux importanti kellha rwol fl-isforzi taʼ Ġeħova biex jilħaq qalb il-poplu