LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 45 p. 114-p. 115 para. 3
  • Qawwa fuq ħafna demonji

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qawwa fuq ħafna demonji
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Dixxiplu li Ma Tippretendihx
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-Qawwa taʼ Ġesù fuq id-Demonji
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Il-mirakli—Bil-qawwa taʼ min?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-verità dwar l-anġli
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 45 p. 114-p. 115 para. 3

KAPITLU 45

Qawwa fuq ħafna demonji

MATTEW 8:28-​34 MARKU 5:1-​20 LUQA 8:26-​39

  • IKEĊĊI D-​DEMONJI U JIBGĦATHOM F’MERĦLA ĦNIEŻER

Hekk kif id-​dixxipli jinżlu fuq ix-​xatt wara l-​kedda kbira li ħadu fuq il-​baħar, huma jaraw xi ħaġa li taħsadhom. Żewġt irġiel li huma feroċi ħafna minħabba li huma maħkumin mid-​demonji, joħorġu minn ċimiterju fil-​qrib u jiġru lejn Ġesù! L-​attenzjoni taqaʼ fuq wieħed mill-​irġiel, forsi għax hu iktar vjolenti u ilu iktar taħt il-​kontroll tad-​demonji.

Dan ir-​raġel imsejken jiġri barra għarwien. Lejl u nhar, hu “joqgħod jgħajjat qalb l-​oqbra u fuq il-​muntanji u jqattaʼ lilu nnifsu bil-​ġebel.” (Marku 5:5) Tant hu feroċi li n-​nies jibżgħu jgħaddu mit-​triq fejn ikun hu. Xi wħud ipprovaw jorbtuh, imma hu jqaċċat il-​ktajjen u jkisser l-​irbit minn maʼ saqajh. Ħadd m’għandu s-​saħħa biex irażżnu.

Hekk kif ir-​raġel jersaq lejn Ġesù u jmil quddiemu, id-​demonji li qed jikkontrollawh iġegħluh jgħajjat: “X’għandi x’naqsam miegħek, Ġesù, Bin Alla l-​Iktar Għoli? Inġiegħlek taħlef b’Alla biex ma titturmentanix.” Ġesù juri li għandu l-​awtorità fuq id-​demonji billi jikkmanda: “Oħroġ minn ġo dan ir-​raġel, ja spirtu mhux nadif.”—Marku 5:7, 8.

Fil-​fatt, hemm ħafna demonji jippossessawh lir-​raġel. Meta Ġesù jistaqsi, “X’jismek?” it-​tweġiba hi: “Jisimni Leġjun, għax qegħdin ħafna.” (Marku 5:9) Leġjun Ruman hu magħmul minn eluf taʼ suldati; għalhekk, ħafna demonji ngħaqdu kontra dan ir-​raġel u jieħdu gost jarawh ibati. Huma jitolbu lil Ġesù “biex ma jordnalhomx imorru fl-​abbiss.” Milli jidher huma jafu x’hemm lest għalihom u għall-​mexxej tagħhom, Satana.—Luqa 8:31.

Fil-​viċin hemm merħla tirgħa taʼ xi 2,000 ħanżir, annimali li skont il-​Liġi mhumiex nodfa u li l-​Lhud lanqas biss suppost ikollhom. Id-​demonji jgħidu: “Ibgħatna fil-​ħnieżer, ħa nidħlu fihom.” (Marku 5:12) Ġesù jgħidilhom biex jitilqu, u huma jidħlu fil-​ħnieżer. Imbagħad, l-​2,000 ħanżir jiġru u jintefgħu minn fuq l-​irdum għal ġol-​baħar u kollha jegħrqu.

Meta dawk li qed jieħdu ħsieb il-​ħnieżer jaraw dan, huma jitilqu jiġru biex ixerrdu l-​aħbar mal-​belt u l-​kampanja. In-​nies jiġu biex jaraw x’ġara. Hekk kif jaslu, huma jaraw li r-​raġel li minnu ħarġu d-​demonji issa hu f’sikktu u qed jaġixxi b’moħħ f’loku. Saħansitra hu liebes u qiegħed bilqiegħda ħdejn saqajn Ġesù!

In-​nies li jisimgħu b’dan jew li jaraw lir-​raġel jaqbadhom biżaʼ kbir għax ma jifhmux dan x’jistaʼ jfisser għalihom. Huma jħeġġu lil Ġesù biex jitlaq mill-​inħawi tagħhom. Hekk kif Ġesù jkun tielaʼ fid-​dgħajsa biex jitlaq, ir-​raġel li qabel kien maħkum mid-​demonji jitolbu bil-​ħrara biex iħallih imur miegħu. Imma Ġesù jgħid lir-​raġel: “Mur id-​dar għand qrabatek, u għidilhom dak kollu li Ġeħova għamel miegħek u l-​ħniena li wriek.”—Marku 5:19.

Ġesù s-​soltu jgħid lil dawk li jfejjaq biex ma jgħidu lil ħadd, dan għax ma jridx li n-​nies jaslu għal konklużjonijiet dwaru minħabba xi rapporti sensazzjonali. F’dan il-​każ, ir-​raġel li qabel kien maħkum mid-​demonji hu evidenza ħajja tal-​qawwa taʼ Ġesù u jistaʼ jagħti xhieda lin-​nies li Ġesù forsi ma jistax jilħaq personalment. Ix-​xhieda tiegħu tistaʼ wkoll iġġib fix-​xejn kwalunkwe rapport negattiv dwar it-​telfa tal-​ħnieżer. Allura r-​raġel imur u jibda jxandar madwar id-​Dekapoli kollu dak li Ġesù għamel miegħu.

  • L-​attenzjoni għala taqaʼ fuq wieħed miż-​żewġt irġiel maħkumin mid-​demonji?

  • Id-​demonji x’jafu dwar il-​futur tagħhom stess?

  • Ġesù għala jgħid lir-​raġel li qabel kien maħkum mid-​demonji biex jgħid lil oħrajn x’għamel Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja