LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwbr19 Settembru pp. 1-4
  • Referenzi għall-“Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Referenzi għall-“Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna”
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2019
  • Sottitli
  • 2-8 taʼ Settembru
  • 9-15 taʼ Settembru
  • 16-22 taʼ Settembru
  • 23-29 taʼ Settembru
  • 30 taʼ Settembru–6 t’Ottubru
Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2019
mwbr19 Settembru pp. 1-4

Referenza għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

2-8 taʼ Settembru

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 7-8

“Qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek”

it-​2 366

Melkisedek

Sultan taʼ Salem tal-​qedem u “qassis taʼ l-​Alla l-​Iktar Għoli,” Ġeħova. (Ġen 14:18, 22) Hu l-​ewwel qassis li jissemma fl-​Iskrittura u hu kellu dik il-​kariga xi żmien qabel l-​1933 qabel Kristu. Bħala s-​sultan taʼ Salem, li jfisser “Sliem,” Melkisedek hu identifikat mill-​appostlu Pawlu bħala “Sultan tas-​Sliem” u, fuq il-​bażi taʼ ismu, bħala “Sultan tal-​Ġustizzja.” (Eb 7:1, 2) Hu mifhum li Salem tal-​qedem kienet il-​qalba taʼ dik li iktar tard bdiet tissejjaħ il-​belt taʼ Ġerusalemm. L-​isem Salem hu mdaħħal fl-​isem taʼ Ġerusalemm, u din kultant hi msejħa bħala “Salem.”—Sa 76:2.

Wara li Abram (Abraham) għeleb lil Kedorlagħomer u s-​slaten imseħbin miegħu, il-​patrijarka mar fil-​Pjanura l-​Baxxa taʼ Sawe, jew “il-​Pjanura l-​Baxxa tas-​sultan.” Hemmhekk, Melkisedek “ħareġ il-​ħobż u l-​inbid” u bierek lil Abraham u qallu: “Imbierek Abram mill-​Alla l-​Iktar Għoli, Dak li għamel is-​sema u l-​art; u mbierek l-​Alla l-​Iktar Għoli, li reħa f’idek lil dawk li jaħqruk!” U Abraham ta lis-​sultan-​qassis “wieħed minn kull għaxra minn kollox,” jiġifieri “mill-​aqwa tal-​priża” li kien akkwista meta rnexxielu jegħleb lis-​slaten li ssieħbu flimkien.—Ġen 14:17-​20; Eb 7:4.

it-2 367 ¶4

Melkisedek

Kif kien minnu li Melkisedek la kellu “bidu tal-​jiem u lanqas tmiem tal-​ħajja”?

Pawlu semma fatt interessanti rigward Melkisedek. Dwaru qal: “Peress li hu bla missier, bla omm, mingħajr ġenealoġija, u la għandu bidu tal-​jiem u lanqas tmiem tal-​ħajja, imma ntgħamel bħall-​Iben t’Alla, hu jibqaʼ qassis għal dejjem.” (Eb 7:3) Bħal nies oħrajn, Melkisedek twieled u miet. Madankollu, la jissemmew isem missieru u ommu u lanqas huma magħrufin l-​antenati u d-​dixxendenti tiegħu. U l-​Iskrittura ma tagħti l-​ebda informazzjoni dwar il-​bidu tal-​jiem tiegħu u lanqas dwar it-​tmiem taʼ ħajtu. B’hekk, Melkisedek b’mod xieraq setaʼ jagħti stampa bil-​quddiem taʼ Ġesù Kristu, li għandu saċerdozju bla tmiem. Bħalma Melkisedek m’għandu l-​ebda rekord li kien hemm xi ħadd qablu jew warajh fis-​saċerdozju tiegħu, hekk ukoll Kristu ma kien hemm ebda qassis il-​kbir qablu li kien simili għalih, u l-​Bibbja turi li ħadd mhu se jkun hemm warajh. Iktar minn hekk, għalkemm Ġesù kien twieled fit-​tribù taʼ Ġuda u fil-​linja rjali taʼ David, dan ma kienx rilevanti għas-​saċerdozju tiegħu, u lanqas kien permezz taʼ dan li hu ngħata kemm il-​kariga taʼ qassis u sultan. Dawn il-​karigi kienu permezz tal-​ħalfa li għamillu Ġeħova stess.

it-2 366

Melkisedek

Is-​saċerdozju taʼ Kristu rrappreżentat minn qabel. Fi profezija Messjanika li tispikka, il-​ħalfa taʼ Ġeħova lill-​“Mulej” taʼ David hi: “Int qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek!” (Sa 110:1, 4) Dan is-​salm ispirat wera lil-​Lhud li l-​Messija mwiegħed kien se jkun il-​wieħed li kien se jkollu kemm il-​kariga taʼ qassis kif ukoll taʼ sultan. L-​appostlu Pawlu, fl-​ittra tiegħu lill-​Ebrej, neħħa kull dubju rigward l-​identità tal-​wieħed imbassar billi dwar Ġesù qal li hu “sar qassis il-​kbir għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.”—Eb 6:20; 5:10.

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

it-​1 523 ¶5

Patt

Il-​patt tal-​Liġi kif “twarrab”?

Il-​patt tal-​Liġi sar f’ċertu sens ‘imwarrab’ meta Alla ħabbar permezz tal-​profeta Ġeremija li kien se jkun hemm patt ġdid. (Ġer 31:31-​34; Eb 8:13) Fis-​sena 33, il-​patt tal-​Liġi tneħħa fuq il-​bażi tal-​mewt taʼ Kristu fuq iz-​zokk tat-​tortura (Kol 2:14), u ħadlu postu l-​patt il-​ġdid.—Eb 7:12; 9:15; At 2:1-​4.

9-15 taʼ Settembru

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | EBREJ 9-10

“Dell taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu”

it-1 862 ¶1

Maħfra

Skont il-​liġi li Alla ta lill-​ġens taʼ Iżrael, sabiex individwu li jkun dineb kontra Alla jew kontra sieħbu jinħafrulu dnubietu, hu l-​ewwel kellu jirranġa l-​iżball skont kif kienet titlob il-​Liġi u mbagħad, f’ħafna każi, kellu jippreżenta offerta taʼ demm lil Ġeħova. (Le 5:5–6:7) Huwa għalhekk li Pawlu qal dan il-​prinċipju: “Iva, kważi kollox jitnaddaf bid-​demm skond il-​Liġi, u jekk ma jixxerridx demm ma sseħħ ebda maħfra.” (Eb 9:22) Imma, fir-​realtà, id-​demm tal-​annimali sagrifikati ma setax ineħħi d-​dnubiet u jagħti lill-​individwu kuxjenza nadifa b’mod perfett. (Eb 10:1-​4; 9:9, 13, 14) B’kuntrast, il-​patt il-​ġdid imbassar għamilha possibbli li jkun hemm maħfra vera fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu bħala fidwa. (Ġer 31:33, 34; Mt 26:28; 1Ko 11:25; Ef 1:7) Anki meta kien fuq l-​art, Ġesù wera li hu kellu l-​awtorità li jaħfer id-​dnubiet billi fejjaq paralitiku.—Mt 9:2-​7.

it-2 602-603

Perfezzjoni

Il-​perfezzjoni tal-​Liġi Mosajka. Il-​Liġi li ngħatat lill-​Iżraelin permezz taʼ Mosè fost il-​provvedimenti li kellha kien hemm inkluż l-​arranġament taʼ saċerdozju u l-​offerti taʼ diversi sagrifiċċji tal-​annimali. Għalkemm minn Alla, u għalhekk kienet perfetta, la l-​Liġi, la s-​saċerdozju, u lanqas is-​sagrifiċċji ma ġabu perfezzjoni lil dawk li kienu taħt il-​Liġi, bħalma qal l-​appostlu li kien ispirat. (Eb 7:11, 19; 10:1) Minflok ma ħelsithom mid-​dnub u l-​mewt, il-​liġi għamlet id-​dnub iktar evidenti. (Rum 3:20; 7:7-​13) Minkejja dan, il-​provvedimenti minn Alla wettqu l-​iskop għala kien għamilhom. Il-​liġi kienet ‘tmexxihom qishom tfal lejn Kristu,’ u b’hekk kienet ‘dell [perfett] taʼ l-​affarijiet tajbin li kellhom jiġu.’ (Ga 3:19-​25; Eb 10:1) Għaldaqstant, meta Pawlu tkellem dwar “dak li ma setgħetx tagħmel il-​Liġi, minħabba li kienet dgħajfa” (Rum 8:3), hu milli jidher kien qed jirreferi għall-​fatt li l-​qassis il-​kbir Lhudi (li kien maħtur mil-​Liġi biex jieħu ħsieb l-​arranġament tas-​sagrifiċċji u li kien jidħol bid-​demm tas-​sagrifiċċju fl-​Iktar Qaddis f’Jum it-​Tpattija) ma setax “isalva għalkollox” lil dawk li kien jaqdi, bħalma jispjega Ebrej 7:11, 18-​28. Minkejja li n-​nies setaʼ jkollhom waqfa nadifa quddiem Alla bl-​offerti tas-​sagrifiċċji permezz tas-​saċerdozju taʼ Aron, dan ma kienx jeħlishom kompletament u b’mod perfett mid-​dnub. L-​appostlu rrefera għal dan meta qal li s-​sagrifiċċji tat-​tpattija ma setgħux “jagħmlu perfetti lil dawk li jersqu lejn Alla,” jiġifieri ma setax ikollhom il-​kuxjenza tagħhom nadifa b’mod perfett. (Eb 10:1-​4; qabbel Eb 9:9.) Il-​qassis il-​kbir ma setax jagħti l-​prezz tal-​fidwa li kien hemm bżonn biex jiġu verament mifdija mid-​dnub. Kien biss bis-​saħħa taʼ Kristu bħala qassis u bis-​sagrifiċċju tiegħu li setaʼ jitwettaq dan.—Eb 9:14; 10:12-​22.

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

w92 3/1 31 ¶4-6

Mistoqsijiet mill-​qarrejja

Pawlu semma li kien hemm bżonn mewt biex pattijiet bejn Alla u l-​bnedmin isiru validi. Il-​patt tal-​Liġi hu eżempju taʼ dan. Mosè kien il-​medjatur, il-​wieħed li għamel dan l-​arranġament bejn Alla u l-​Iżraelin. B’hekk, hu kellu rwol importanti u kien il-​bniedem li ħa ħsieb meta l-​Iżraelin kienu se jidħlu fil-​patt. Mosè b’hekk setaʼ jitqies il-​bniedem li għamel il-​patt tal-​Liġi li oriġina minn Ġeħova. Imma kellu Mosè jxerred demmu biex il-​patt tal-​Liġi jidħol fis-​seħħ? Le. Minflok ġew offruti annimali u d-​demm tagħhom ħa post id-​demm taʼ Mosè.—Ebrej 9:18-​22.

Xi ngħidu dwar il-​patt il-​ġdid bejn Ġeħova u l-​ġens taʼ Iżrael spiritwali? Ġesù Kristu kellu l-​irwol glorjuż taʼ intermedjarju. Hu kien il-​Medjatur bejn Ġeħova u Iżrael spiritwali. Għalkemm Ġeħova oriġina dan il-​patt, dan kien jiddependi minn Ġesù Kristu. Minbarra li hu l-​Medjatur, Ġesù meta kien fuq l-​art kellu kuntatt dirett maʼ dawk l-​uħud li kienu se jkunu minn tal-​ewwel li jidħlu f’dan il-​patt. (Luqa 22:20, 28, 29) Iktar minn hekk, hu kien kwalifikat biex jipprovdi s-​sagrifiċċju li kien hemm bżonn biex il-​patt isir validu. Dan is-​sagrifiċċju ma kienx taʼ sempliċi annimali imma taʼ ħajja umana perfetta. Hu għalhekk li Pawlu setaʼ jirreferi għal Kristu bħala l-​bniedem li għamel il-​patt il-​ġdid. Dan sar validu wara li ‘Kristu daħal fis-​sema stess, biex issa jidher għalina quddiem il-​persuna t’Alla.’—Ebrej 9:12-​14, 24.

Meta tkellem dwar Mosè u Ġesù bħala l-​uħud li għamlu l-​pattijiet, Pawlu ma kienx qed jissuġġerixxi li xi ħadd minnhom kien il-​wieħed li oriġina l-​pattijiet tagħhom għax dawn kien għamilhom Alla. Minflok, dawn iż-​żewġ bnedmin kienu involuti personalment bħala medjaturi f’li jagħmlu l-​pattijiet validi. U f’kull każ, kien hemm bżonn mewt. Minflok Mosè, ġew maqtula annimali u Ġesù offra demmu stess għal dawk tal-​patt il-​ġdid.

it-1 249-250

Magħmudija

Luqa qal li Ġesù kien qed jitlob meta kien qed jitgħammed. (Lq. 3:21) Apparti dan, il-​kittieb tal-​ittra lill-​Ebrej jgħid li meta Ġesù Kristu ġie “fid-​dinja” (jiġifieri, meta ppreżenta lilu nnifsu fil-​magħmudija u beda l-​ministeru tiegħu, u mhux meta twieled u ma setax jaqra u jgħid dan il-​kliem), hu qal, fi qbil maʼ Salm 40:6-​8: “Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx, imma ħejjejt ġisem għalija. . . . Ara! Ġejt (fir-​romblu tal-​ktieb hemm miktub dwari) biex nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla.” (Eb 10:5-​9) Ġesù kien mit-​twelid membru tal-​ġens Lhudi, u dan il-​ġens kien f’patt m’Alla, jiġifieri l-​patt tal-​Liġi. (Eżo 19:5-​8; Ga 4:4) Skont dan il-​fatt, Ġesù diġà kien f’relazzjoni speċjali m’Alla Ġeħova meta ppreżenta lilu nnifsu lil Ġwanni għall-​magħmudija. B’dan, Ġesù mar oltre minn dak li kienet titlob minnu l-​Liġi. Meta ppreżenta lilu nnifsu lil Missieru Ġeħova biex jagħmel “ir-​rieda” tiegħu, hu kien qed joffri ġismu stess li kien ‘imħejji’ u li kien se jġib fix-​xejn is-​sagrifiċċji tal-​annimali li kienu jiġu offruti skont il-​Liġi. L-​appostlu Pawlu qal hekk: “B’din ir-​‘rieda’ tqaddisna permezz taʼ l-​offerta tal-​ġisem taʼ Ġesù Kristu li saret darba għal dejjem.” (Eb 10:10) Ir-​rieda tal-​Missier għal Ġesù kienet tinvolvi wkoll affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-​Saltna, u Ġesù ppreżenta lilu nnifsu għal dan ukoll. (Lq 4:43; 17:20, 21) Ġeħova aċċetta u rrikonoxxa l-​offerta taʼ Ibnu u dilku bl-​ispirtu qaddis u qal: “Int Ibni, il-​maħbub; jien approvajtek.”—Mk 1:9-​11; Lq 3:21-​23; Mt 3:13-​17.

16-22 taʼ Settembru

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | EBREJ 11

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

it-1 804 ¶5

Fidi

Eżempji taʼ fidi tal-​passat. Kull persuna li tissemma fi “sħaba hekk kbira taʼ xhieda” li rrefera għaliha Pawlu (Eb 12:1) kellha bażi soda għall-​fidi tagħha. Pereżempju, Abel żgur li kien jaf dwar il-​wegħda t’Alla rigward ‘nisel’ li kien se jgħaffeġ ras “is-​serp.” U hu personalment ra evidenza tat-​twettiq tal-​kundanna li Ġeħova ddikjara lill-​ġenituri tiegħu fl-​Għeden. Il-​barra mill-​Għeden, Adam u l-​familja tiegħu kielu l-​ħobż bl-​għaraq taʼ ġbinhom għax l-​art kienet misħuta u, minħabba f’hekk, kienet tnibbet xewk u għollieq. X’aktarx setaʼ jara li x-​xewqa taʼ Eva kienet għal żewġha u li Adam kien jiddomina lil martu. U wisq probabbli li xi darba semaʼ lil ommu tgħid kemm kienet tbati meta twelled. Kien hemm ukoll id-​daħla tal-​ġnien tal-​Għeden li kienet mgħassa mill-​kerubini u kien hemm xabla taqbad. (Ġen 3:14-​19, 24) Dan kollu kien “turija evidenti,” u dan aċċerta lil Abel li l-​ħelsien kien se jiġi permezz tan-​‘nisel imwiegħed.’ Għaldaqstant, bil-​fidi, hu “offra lil Alla sagrifiċċju,” u dan is-​sagrifiċċju wera li kien jiswa iktar minn dak taʼ Kajjin.—Eb 11:1, 4.

23-29 taʼ Settembru

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 12-13

“Id-​dixxiplina hi evidenza tal-​imħabba taʼ Ġeħova”

w12 7/1 21 ¶3

“Kulmeta titolbu, għidu, ‘Missier’”

Missier tajjeb jiddixxiplina lil uliedu għax iħobbhom u għax jimpurtah minn x’tip taʼ nies se jsiru meta jikbru. (Efesin 6:4) Missier bħal dan jistaʼ jkun sod meta jikkoreġi lil uliedu imma qatt ma jkun aħrax. B’mod simili, Missierna tas-​sema jistaʼ kultant iħoss il-​bżonn li jiddixxiplinana. Imma Alla dejjem jiddixxiplinana bi mħabba u qatt ma jkun abbużiv. Bħal Missieru, Ġesù qatt ma kien aħrax, lanqas meta d-​dixxipli tiegħu damu ħafna biex jaċċettaw il-​korrezzjoni li kellhom bżonn.—Mattew 20:20-​28; Luqa 22:24-​30.

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

w89 12/15 14 ¶10

Offri Sagrifiċċji li Jogħġbu lil Jehovah

10 L-​Ebrej kien jeħtieġ li jevitaw li ‘jinġarru minn tagħlim differenti u barrani’ taʼ nies tal-​Ġudaiżmu. (Galatin 5:1-​6) ‘Il-​qalb tiġi ssodata bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla’ biex tibqaʼ soda fil-​verità u mhux b’xi tagħlim bħal dan. Xi wħud milli jidher argumentaw dwar ikel u sagrifiċċji, għax Pawlu qal li l-​qalb ma ssirx soda “bl-​affarijiet taʼ l-​ikel, li ma kinux taʼ benefiċċju għal dawk li jokkupaw ruħhom bihom.” Il-​benefiċċji spiritwali jiġu minn devozzjoni lejn Alla u apprezzament għall-​fidwa, mhux bi tħassib bla bżonn dwar l-​ikel taʼ ċerti affarijiet u l-​osservanza taʼ ġranet partikulari. (Rumani 14:5-​9) Barra minn dan, bis-​sagrifiċċju taʼ Kristu, is-​sagrifiċċji li kienu jagħmlu l-​Leviti ma baqgħux jgħoddu.—Ebrej 9:9-​14; 10:5-​10.

30 taʼ Settembru–6 t’Ottubru

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | ĠAKBU 1-​2

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

it-2 253-254

Dawl

Ġeħova hu “l-​Missier tad-​dwal tas-​sema.” (Ġk 1:17) Mhux biss hu “Dak li jagħti x-​xemx għad-​dawl bi nhar, il-​qamar u l-​kwiekeb bl-​istatuti tagħhom għad-​dawl bil-​lejl” (Ġer. 31:35) imma huwa wkoll is-​Sors tad-​dawl spiritwali kollu. (2Ko 4:6) Il-​liġi, id-​deċiżjonijiet ġudizzjali, u l-​kelma tiegħu huma dawl għal dawk li jħalluhom jiggwidahom. (Sa 43:3; 119:105; Pr 6:23; Is 51:4) Is-​salmista ddikjara: “Bid-​dawl mingħandek nistgħu naraw id-​dawl.” (Sa 36:9; qabbel Sa 27:1; 43:3.) Bħalma d-​dawl tax-​xemx ikompli jitqawwa minn kmieni filgħodu “sal-​milja tal-​jum,” hekk it-​triq tal-​ġusti tkompli dejjem tiddawwal bl-​għerf divin. (Pr 4:18) Meta nimxu fit-​triq li Ġeħova jridna nimxu fiha, inkunu qed nimxu fid-​dawl tiegħu. (Is 2:3-​5) Mill-​banda l-​oħra, meta individwu jħares lejn affarijiet b’mod mhux nadif jew bi ħsieb ħażin, hu jkun fi dlam spiritwali kbir. Bħalma qal Ġesù: “Jekk għajnek tkun mill-​agħar, ġismek kollu jkun mudlam. Mela, jekk fir-​realtà d-​dawl li hemm fik hu dlam, kemm hu kbir dak id-​dlam!”—Mt 6:23; qabbel Dt 15:9; 28:54-​57; Pr 28:22; 2Pt 2:14.

it-​2 222 ¶4

Liġi

“Il-​liġi nobbli.” Din hi “l-​liġi nobbli” jew “il-​liġi taʼ sultan” għax bħalma sultan hu iktar prominenti u importanti mis-​sudditi tiegħu, il-​liġi biex tħobb il-​proxxmu tiegħek hi iktar prominenti u importanti mil-​liġijiet l-​oħra. (Ġk 2:8, ntt.) Il-​ħsieb wara l-​patt tal-​Liġi kien imħabba. It-​tieni kmandament kien “ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (il-​liġi taʼ sultan) u fuqu kienu bbażati l-​Liġijiet kollha u l-​Profeti. (Mt 22:37-​40) Il-​Kristjani, minkejja li mhumiex taħt il-​patt tal-​Liġi, huma sudditi tal-​liġi tas-​Sultan Ġeħova u Ibnu, is-​Sultan Ġesù Kristu, f’konnessjoni mal-​patt il-​ġdid.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja