Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
14-20 t’Ottubru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 PIETRU 1-2
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-2 565 ¶3
Indokratur
L-Indokratur Suprem. Milli jidher, l-1 Pietru 2:25 jikkwota Isaija 53:6 għal dawk li ‘bħal nagħaġ, intilfu.’ Pietru mbagħad jgħid: “Imma issa ġejtu lura għand ir-ragħaj u l-indokratur taʼ ruħkom.” Din ir-referenza hi għal Alla Ġeħova, peress li dawk li kitbilhom Pietru ma kinux intilfu minn maʼ Kristu Ġesù. Imma, pjuttost, permezz tiegħu tmexxew lura lejn Alla Ġeħova, li hu r-Ragħaj Grandjuż tal-poplu tiegħu. (Sa 23:1; 80:1; Ġer 23:3; Eże 34:12) Ġeħova hu wkoll indokratur, il-wieħed li jispezzjona. (Sa 17:3) L-ispezzjoni tistaʼ tiġi assoċjata maʼ ġudizzju li hu jagħmel kontra xi ħadd. Eżempju taʼ dan kien il-każ taʼ Ġerusalemm fl-ewwel seklu, fejn ma kinitx għarfet iż-żmien li fih ‘ġiet spezzjonata.’ (Lq 19:44) L-ispezzjoni tistaʼ wkoll tħalli effett pożittiv u ġġib benefiċċji, bħal fil-każ taʼ dawk li gglorifikaw lil Alla fil-jum “taʼ l-ispezzjoni tiegħu.”—1Pt 2:12.