Referenza għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
2-8 taʼ Settembru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 7-8
“Qassis għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek”
it-2 366
Melkisedek
Sultan taʼ Salem tal-qedem u “qassis taʼ l-Alla l-Iktar Għoli,” Ġeħova. (Ġen 14:18, 22) Hu l-ewwel qassis li jissemma fl-Iskrittura u hu kellu dik il-kariga xi żmien qabel l-1933 qabel Kristu. Bħala s-sultan taʼ Salem, li jfisser “Sliem,” Melkisedek hu identifikat mill-appostlu Pawlu bħala “Sultan tas-Sliem” u, fuq il-bażi taʼ ismu, bħala “Sultan tal-Ġustizzja.” (Eb 7:1, 2) Hu mifhum li Salem tal-qedem kienet il-qalba taʼ dik li iktar tard bdiet tissejjaħ il-belt taʼ Ġerusalemm. L-isem Salem hu mdaħħal fl-isem taʼ Ġerusalemm, u din kultant hi msejħa bħala “Salem.”—Sa 76:2.
Wara li Abram (Abraham) għeleb lil Kedorlagħomer u s-slaten imseħbin miegħu, il-patrijarka mar fil-Pjanura l-Baxxa taʼ Sawe, jew “il-Pjanura l-Baxxa tas-sultan.” Hemmhekk, Melkisedek “ħareġ il-ħobż u l-inbid” u bierek lil Abraham u qallu: “Imbierek Abram mill-Alla l-Iktar Għoli, Dak li għamel is-sema u l-art; u mbierek l-Alla l-Iktar Għoli, li reħa f’idek lil dawk li jaħqruk!” U Abraham ta lis-sultan-qassis “wieħed minn kull għaxra minn kollox,” jiġifieri “mill-aqwa tal-priża” li kien akkwista meta rnexxielu jegħleb lis-slaten li ssieħbu flimkien.—Ġen 14:17-20; Eb 7:4.
it-2 367 ¶4
Melkisedek
Kif kien minnu li Melkisedek la kellu “bidu tal-jiem u lanqas tmiem tal-ħajja”?
Pawlu semma fatt interessanti rigward Melkisedek. Dwaru qal: “Peress li hu bla missier, bla omm, mingħajr ġenealoġija, u la għandu bidu tal-jiem u lanqas tmiem tal-ħajja, imma ntgħamel bħall-Iben t’Alla, hu jibqaʼ qassis għal dejjem.” (Eb 7:3) Bħal nies oħrajn, Melkisedek twieled u miet. Madankollu, la jissemmew isem missieru u ommu u lanqas huma magħrufin l-antenati u d-dixxendenti tiegħu. U l-Iskrittura ma tagħti l-ebda informazzjoni dwar il-bidu tal-jiem tiegħu u lanqas dwar it-tmiem taʼ ħajtu. B’hekk, Melkisedek b’mod xieraq setaʼ jagħti stampa bil-quddiem taʼ Ġesù Kristu, li għandu saċerdozju bla tmiem. Bħalma Melkisedek m’għandu l-ebda rekord li kien hemm xi ħadd qablu jew warajh fis-saċerdozju tiegħu, hekk ukoll Kristu ma kien hemm ebda qassis il-kbir qablu li kien simili għalih, u l-Bibbja turi li ħadd mhu se jkun hemm warajh. Iktar minn hekk, għalkemm Ġesù kien twieled fit-tribù taʼ Ġuda u fil-linja rjali taʼ David, dan ma kienx rilevanti għas-saċerdozju tiegħu, u lanqas kien permezz taʼ dan li hu ngħata kemm il-kariga taʼ qassis u sultan. Dawn il-karigi kienu permezz tal-ħalfa li għamillu Ġeħova stess.
it-2 366
Melkisedek
Is-saċerdozju taʼ Kristu rrappreżentat minn qabel. Fi profezija Messjanika li tispikka, il-ħalfa taʼ Ġeħova lill-“Mulej” taʼ David hi: “Int qassis għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek!” (Sa 110:1, 4) Dan is-salm ispirat wera lil-Lhud li l-Messija mwiegħed kien se jkun il-wieħed li kien se jkollu kemm il-kariga taʼ qassis kif ukoll taʼ sultan. L-appostlu Pawlu, fl-ittra tiegħu lill-Ebrej, neħħa kull dubju rigward l-identità tal-wieħed imbassar billi dwar Ġesù qal li hu “sar qassis il-kbir għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek.”—Eb 6:20; 5:10.
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-1 523 ¶5
Patt
Il-patt tal-Liġi kif “twarrab”?
Il-patt tal-Liġi sar f’ċertu sens ‘imwarrab’ meta Alla ħabbar permezz tal-profeta Ġeremija li kien se jkun hemm patt ġdid. (Ġer 31:31-34; Eb 8:13) Fis-sena 33, il-patt tal-Liġi tneħħa fuq il-bażi tal-mewt taʼ Kristu fuq iz-zokk tat-tortura (Kol 2:14), u ħadlu postu l-patt il-ġdid.—Eb 7:12; 9:15; At 2:1-4.
9-15 taʼ Settembru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 9-10
“Dell taʼ l-affarijiet tajbin li għandhom jiġu”
it-1 862 ¶1
Maħfra
Skont il-liġi li Alla ta lill-ġens taʼ Iżrael, sabiex individwu li jkun dineb kontra Alla jew kontra sieħbu jinħafrulu dnubietu, hu l-ewwel kellu jirranġa l-iżball skont kif kienet titlob il-Liġi u mbagħad, f’ħafna każi, kellu jippreżenta offerta taʼ demm lil Ġeħova. (Le 5:5–6:7) Huwa għalhekk li Pawlu qal dan il-prinċipju: “Iva, kważi kollox jitnaddaf bid-demm skond il-Liġi, u jekk ma jixxerridx demm ma sseħħ ebda maħfra.” (Eb 9:22) Imma, fir-realtà, id-demm tal-annimali sagrifikati ma setax ineħħi d-dnubiet u jagħti lill-individwu kuxjenza nadifa b’mod perfett. (Eb 10:1-4; 9:9, 13, 14) B’kuntrast, il-patt il-ġdid imbassar għamilha possibbli li jkun hemm maħfra vera fuq il-bażi tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu bħala fidwa. (Ġer 31:33, 34; Mt 26:28; 1Ko 11:25; Ef 1:7) Anki meta kien fuq l-art, Ġesù wera li hu kellu l-awtorità li jaħfer id-dnubiet billi fejjaq paralitiku.—Mt 9:2-7.
it-2 602-603
Perfezzjoni
Il-perfezzjoni tal-Liġi Mosajka. Il-Liġi li ngħatat lill-Iżraelin permezz taʼ Mosè fost il-provvedimenti li kellha kien hemm inkluż l-arranġament taʼ saċerdozju u l-offerti taʼ diversi sagrifiċċji tal-annimali. Għalkemm minn Alla, u għalhekk kienet perfetta, la l-Liġi, la s-saċerdozju, u lanqas is-sagrifiċċji ma ġabu perfezzjoni lil dawk li kienu taħt il-Liġi, bħalma qal l-appostlu li kien ispirat. (Eb 7:11, 19; 10:1) Minflok ma ħelsithom mid-dnub u l-mewt, il-liġi għamlet id-dnub iktar evidenti. (Rum 3:20; 7:7-13) Minkejja dan, il-provvedimenti minn Alla wettqu l-iskop għala kien għamilhom. Il-liġi kienet ‘tmexxihom qishom tfal lejn Kristu,’ u b’hekk kienet ‘dell [perfett] taʼ l-affarijiet tajbin li kellhom jiġu.’ (Ga 3:19-25; Eb 10:1) Għaldaqstant, meta Pawlu tkellem dwar “dak li ma setgħetx tagħmel il-Liġi, minħabba li kienet dgħajfa” (Rum 8:3), hu milli jidher kien qed jirreferi għall-fatt li l-qassis il-kbir Lhudi (li kien maħtur mil-Liġi biex jieħu ħsieb l-arranġament tas-sagrifiċċji u li kien jidħol bid-demm tas-sagrifiċċju fl-Iktar Qaddis f’Jum it-Tpattija) ma setax “isalva għalkollox” lil dawk li kien jaqdi, bħalma jispjega Ebrej 7:11, 18-28. Minkejja li n-nies setaʼ jkollhom waqfa nadifa quddiem Alla bl-offerti tas-sagrifiċċji permezz tas-saċerdozju taʼ Aron, dan ma kienx jeħlishom kompletament u b’mod perfett mid-dnub. L-appostlu rrefera għal dan meta qal li s-sagrifiċċji tat-tpattija ma setgħux “jagħmlu perfetti lil dawk li jersqu lejn Alla,” jiġifieri ma setax ikollhom il-kuxjenza tagħhom nadifa b’mod perfett. (Eb 10:1-4; qabbel Eb 9:9.) Il-qassis il-kbir ma setax jagħti l-prezz tal-fidwa li kien hemm bżonn biex jiġu verament mifdija mid-dnub. Kien biss bis-saħħa taʼ Kristu bħala qassis u bis-sagrifiċċju tiegħu li setaʼ jitwettaq dan.—Eb 9:14; 10:12-22.
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
w92 3/1 31 ¶4-6
Mistoqsijiet mill-qarrejja
Pawlu semma li kien hemm bżonn mewt biex pattijiet bejn Alla u l-bnedmin isiru validi. Il-patt tal-Liġi hu eżempju taʼ dan. Mosè kien il-medjatur, il-wieħed li għamel dan l-arranġament bejn Alla u l-Iżraelin. B’hekk, hu kellu rwol importanti u kien il-bniedem li ħa ħsieb meta l-Iżraelin kienu se jidħlu fil-patt. Mosè b’hekk setaʼ jitqies il-bniedem li għamel il-patt tal-Liġi li oriġina minn Ġeħova. Imma kellu Mosè jxerred demmu biex il-patt tal-Liġi jidħol fis-seħħ? Le. Minflok ġew offruti annimali u d-demm tagħhom ħa post id-demm taʼ Mosè.—Ebrej 9:18-22.
Xi ngħidu dwar il-patt il-ġdid bejn Ġeħova u l-ġens taʼ Iżrael spiritwali? Ġesù Kristu kellu l-irwol glorjuż taʼ intermedjarju. Hu kien il-Medjatur bejn Ġeħova u Iżrael spiritwali. Għalkemm Ġeħova oriġina dan il-patt, dan kien jiddependi minn Ġesù Kristu. Minbarra li hu l-Medjatur, Ġesù meta kien fuq l-art kellu kuntatt dirett maʼ dawk l-uħud li kienu se jkunu minn tal-ewwel li jidħlu f’dan il-patt. (Luqa 22:20, 28, 29) Iktar minn hekk, hu kien kwalifikat biex jipprovdi s-sagrifiċċju li kien hemm bżonn biex il-patt isir validu. Dan is-sagrifiċċju ma kienx taʼ sempliċi annimali imma taʼ ħajja umana perfetta. Hu għalhekk li Pawlu setaʼ jirreferi għal Kristu bħala l-bniedem li għamel il-patt il-ġdid. Dan sar validu wara li ‘Kristu daħal fis-sema stess, biex issa jidher għalina quddiem il-persuna t’Alla.’—Ebrej 9:12-14, 24.
Meta tkellem dwar Mosè u Ġesù bħala l-uħud li għamlu l-pattijiet, Pawlu ma kienx qed jissuġġerixxi li xi ħadd minnhom kien il-wieħed li oriġina l-pattijiet tagħhom għax dawn kien għamilhom Alla. Minflok, dawn iż-żewġ bnedmin kienu involuti personalment bħala medjaturi f’li jagħmlu l-pattijiet validi. U f’kull każ, kien hemm bżonn mewt. Minflok Mosè, ġew maqtula annimali u Ġesù offra demmu stess għal dawk tal-patt il-ġdid.
it-1 249-250
Magħmudija
Luqa qal li Ġesù kien qed jitlob meta kien qed jitgħammed. (Lq. 3:21) Apparti dan, il-kittieb tal-ittra lill-Ebrej jgħid li meta Ġesù Kristu ġie “fid-dinja” (jiġifieri, meta ppreżenta lilu nnifsu fil-magħmudija u beda l-ministeru tiegħu, u mhux meta twieled u ma setax jaqra u jgħid dan il-kliem), hu qal, fi qbil maʼ Salm 40:6-8: “Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx, imma ħejjejt ġisem għalija. . . . Ara! Ġejt (fir-romblu tal-ktieb hemm miktub dwari) biex nagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla.” (Eb 10:5-9) Ġesù kien mit-twelid membru tal-ġens Lhudi, u dan il-ġens kien f’patt m’Alla, jiġifieri l-patt tal-Liġi. (Eżo 19:5-8; Ga 4:4) Skont dan il-fatt, Ġesù diġà kien f’relazzjoni speċjali m’Alla Ġeħova meta ppreżenta lilu nnifsu lil Ġwanni għall-magħmudija. B’dan, Ġesù mar oltre minn dak li kienet titlob minnu l-Liġi. Meta ppreżenta lilu nnifsu lil Missieru Ġeħova biex jagħmel “ir-rieda” tiegħu, hu kien qed joffri ġismu stess li kien ‘imħejji’ u li kien se jġib fix-xejn is-sagrifiċċji tal-annimali li kienu jiġu offruti skont il-Liġi. L-appostlu Pawlu qal hekk: “B’din ir-‘rieda’ tqaddisna permezz taʼ l-offerta tal-ġisem taʼ Ġesù Kristu li saret darba għal dejjem.” (Eb 10:10) Ir-rieda tal-Missier għal Ġesù kienet tinvolvi wkoll affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-Saltna, u Ġesù ppreżenta lilu nnifsu għal dan ukoll. (Lq 4:43; 17:20, 21) Ġeħova aċċetta u rrikonoxxa l-offerta taʼ Ibnu u dilku bl-ispirtu qaddis u qal: “Int Ibni, il-maħbub; jien approvajtek.”—Mk 1:9-11; Lq 3:21-23; Mt 3:13-17.
16-22 taʼ Settembru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 11
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-1 804 ¶5
Fidi
Eżempji taʼ fidi tal-passat. Kull persuna li tissemma fi “sħaba hekk kbira taʼ xhieda” li rrefera għaliha Pawlu (Eb 12:1) kellha bażi soda għall-fidi tagħha. Pereżempju, Abel żgur li kien jaf dwar il-wegħda t’Alla rigward ‘nisel’ li kien se jgħaffeġ ras “is-serp.” U hu personalment ra evidenza tat-twettiq tal-kundanna li Ġeħova ddikjara lill-ġenituri tiegħu fl-Għeden. Il-barra mill-Għeden, Adam u l-familja tiegħu kielu l-ħobż bl-għaraq taʼ ġbinhom għax l-art kienet misħuta u, minħabba f’hekk, kienet tnibbet xewk u għollieq. X’aktarx setaʼ jara li x-xewqa taʼ Eva kienet għal żewġha u li Adam kien jiddomina lil martu. U wisq probabbli li xi darba semaʼ lil ommu tgħid kemm kienet tbati meta twelled. Kien hemm ukoll id-daħla tal-ġnien tal-Għeden li kienet mgħassa mill-kerubini u kien hemm xabla taqbad. (Ġen 3:14-19, 24) Dan kollu kien “turija evidenti,” u dan aċċerta lil Abel li l-ħelsien kien se jiġi permezz tan-‘nisel imwiegħed.’ Għaldaqstant, bil-fidi, hu “offra lil Alla sagrifiċċju,” u dan is-sagrifiċċju wera li kien jiswa iktar minn dak taʼ Kajjin.—Eb 11:1, 4.
23-29 taʼ Settembru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 12-13
“Id-dixxiplina hi evidenza tal-imħabba taʼ Ġeħova”
“Kulmeta titolbu, għidu, ‘Missier’”
Missier tajjeb jiddixxiplina lil uliedu għax iħobbhom u għax jimpurtah minn x’tip taʼ nies se jsiru meta jikbru. (Efesin 6:4) Missier bħal dan jistaʼ jkun sod meta jikkoreġi lil uliedu imma qatt ma jkun aħrax. B’mod simili, Missierna tas-sema jistaʼ kultant iħoss il-bżonn li jiddixxiplinana. Imma Alla dejjem jiddixxiplinana bi mħabba u qatt ma jkun abbużiv. Bħal Missieru, Ġesù qatt ma kien aħrax, lanqas meta d-dixxipli tiegħu damu ħafna biex jaċċettaw il-korrezzjoni li kellhom bżonn.—Mattew 20:20-28; Luqa 22:24-30.
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
w89 12/15 14 ¶10
Offri Sagrifiċċji li Jogħġbu lil Jehovah
10 L-Ebrej kien jeħtieġ li jevitaw li ‘jinġarru minn tagħlim differenti u barrani’ taʼ nies tal-Ġudaiżmu. (Galatin 5:1-6) ‘Il-qalb tiġi ssodata bil-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla’ biex tibqaʼ soda fil-verità u mhux b’xi tagħlim bħal dan. Xi wħud milli jidher argumentaw dwar ikel u sagrifiċċji, għax Pawlu qal li l-qalb ma ssirx soda “bl-affarijiet taʼ l-ikel, li ma kinux taʼ benefiċċju għal dawk li jokkupaw ruħhom bihom.” Il-benefiċċji spiritwali jiġu minn devozzjoni lejn Alla u apprezzament għall-fidwa, mhux bi tħassib bla bżonn dwar l-ikel taʼ ċerti affarijiet u l-osservanza taʼ ġranet partikulari. (Rumani 14:5-9) Barra minn dan, bis-sagrifiċċju taʼ Kristu, is-sagrifiċċji li kienu jagħmlu l-Leviti ma baqgħux jgħoddu.—Ebrej 9:9-14; 10:5-10.
30 taʼ Settembru–6 t’Ottubru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠAKBU 1-2
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-2 253-254
Dawl
Ġeħova hu “l-Missier tad-dwal tas-sema.” (Ġk 1:17) Mhux biss hu “Dak li jagħti x-xemx għad-dawl bi nhar, il-qamar u l-kwiekeb bl-istatuti tagħhom għad-dawl bil-lejl” (Ġer. 31:35) imma huwa wkoll is-Sors tad-dawl spiritwali kollu. (2Ko 4:6) Il-liġi, id-deċiżjonijiet ġudizzjali, u l-kelma tiegħu huma dawl għal dawk li jħalluhom jiggwidahom. (Sa 43:3; 119:105; Pr 6:23; Is 51:4) Is-salmista ddikjara: “Bid-dawl mingħandek nistgħu naraw id-dawl.” (Sa 36:9; qabbel Sa 27:1; 43:3.) Bħalma d-dawl tax-xemx ikompli jitqawwa minn kmieni filgħodu “sal-milja tal-jum,” hekk it-triq tal-ġusti tkompli dejjem tiddawwal bl-għerf divin. (Pr 4:18) Meta nimxu fit-triq li Ġeħova jridna nimxu fiha, inkunu qed nimxu fid-dawl tiegħu. (Is 2:3-5) Mill-banda l-oħra, meta individwu jħares lejn affarijiet b’mod mhux nadif jew bi ħsieb ħażin, hu jkun fi dlam spiritwali kbir. Bħalma qal Ġesù: “Jekk għajnek tkun mill-agħar, ġismek kollu jkun mudlam. Mela, jekk fir-realtà d-dawl li hemm fik hu dlam, kemm hu kbir dak id-dlam!”—Mt 6:23; qabbel Dt 15:9; 28:54-57; Pr 28:22; 2Pt 2:14.
it-2 222 ¶4
Liġi
“Il-liġi nobbli.” Din hi “l-liġi nobbli” jew “il-liġi taʼ sultan” għax bħalma sultan hu iktar prominenti u importanti mis-sudditi tiegħu, il-liġi biex tħobb il-proxxmu tiegħek hi iktar prominenti u importanti mil-liġijiet l-oħra. (Ġk 2:8, ntt.) Il-ħsieb wara l-patt tal-Liġi kien imħabba. It-tieni kmandament kien “ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (il-liġi taʼ sultan) u fuqu kienu bbażati l-Liġijiet kollha u l-Profeti. (Mt 22:37-40) Il-Kristjani, minkejja li mhumiex taħt il-patt tal-Liġi, huma sudditi tal-liġi tas-Sultan Ġeħova u Ibnu, is-Sultan Ġesù Kristu, f’konnessjoni mal-patt il-ġdid.