LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • th studju 2 p. 5
  • Kun naturali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun naturali
  • Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Materjal Simili
  • Entużjażmu
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Kif Wieħed Ikun Naturali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Uri li int konvint
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Uri ħlewwa u interess ġenwin
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
Ara Iżjed
Irsisti fil-qari u t-tagħlim
th studju 2 p. 5

STUDJU 2

Kun naturali

Skrittura ċitata

2 Korintin 2:17

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Tkellem b’mod naturali u sinċier li juri kif tħossok dwar is-​suġġett u dwar is-​semmiegħa tiegħek.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ipprepara bit-​talb u bir-​reqqa. Itlob għall-​għajnuna biex tikkonċentra fuq il-​messaġġ u mhux fuqek innifsek. F’moħħok irid ikollok idea ċara tal-​punti prinċipali li għandek bżonn twassal. Esprimi l-​ħsibijiet fi kliemek u mhux sempliċement tgħid espressjonijiet kelma b’kelma kif jidhru fuq il-​karta.

    Għajnuna prattika

    Jekk għandek f’moħħok li taqra mill-​Bibbja jew xi pubblikazzjoni oħra, sir af is-​silta sew ħalli l-​qari tiegħek ikun fluwenti. Jekk se tikkwota lil xi nies, aqra kliemhom b’sentiment, mingħajr ma tkun drammatiku żżejjed.

  • Tkellem mill-​qalb. Aħseb dwar għala s-​semmiegħa tiegħek għandhom bżonn jisimgħu l-​messaġġ. Iffoka fuqhom. Imbagħad, il-​mod taʼ kif toqgħod bilwieqfa jew bilqiegħda, il-​ġesti tiegħek, u l-​espressjonijiet taʼ wiċċek se juru li int dħuli u sinċier.

    Għajnuna prattika

    Titfixkilx in-​naturalezza maʼ li tkun kunfidenti żżejjed. Żomm id-​dinjità tal-​messaġġ tiegħek billi titkellem b’mod ċar u tuża grammatika tajba.

  • Ħares lejn is-​semmiegħa tiegħek. Żomm kuntatt bl-​għajnejn meta jkun xieraq li tagħmel dan. Meta tagħti taħdita, ħares lejn xi ħadd fl-​udjenza għal ftit ħin, u mhux tħares fuq fuq lejn l-​aħwa kollha bħala grupp.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja