TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 48-50
Hemm Ħafna Affarijiet li Wħud Imdaħħlin fiż-Żmien Jistgħu Jaqsmu Magħna
Meta aħwa mdaħħlin fiż-żmien jgħidulna kif raw ‘l-għemejjel taʼ l-għaġeb’ taʼ Ġeħova matul l-aħħar jiem, il-fidi tagħna f’Ġeħova u fil-wegħdi tiegħu tissaħħaħ. (Sa 71:17, 18) Jekk inti mbierek bi wħud imdaħħlin fiż-żmien fil-kongregazzjoni tiegħek, saqsihom dwar
kif Ġeħova għenhom ikomplu jaqduh minkejja l-problemi
kif ħassewhom huma u jaraw in-numru taʼ pubblikaturi jikber matul is-snin
kif ħassewhom meta ċċaraw il-fehmiet tal-organizzazzjoni dwar il-Bibbja
kif l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova tejbet il-mod kif tagħmel l-affarijiet