GĦANJA 149
Għanja tar-rebħa
1. Għannu ’l Ġeħova, Għax kbira hi l-glorja taʼ ismu.
Fil-baħar xeħet hu ’L-għadu kburi Eġizzjan.
Jah Jistaʼ Kollox.
Sovran hu; ma hemmx ieħor għajru.
Ġeħova ismu kbir;
Dejjem Hu rebbieħ, setgħan.
(RITORNELL)
Ġeħova, l-Iktar Għoli w etern,
Qatt ma tinbidel; dak li tgħid isir.
L-għedewwa tiegħek int dalwaqt ittemm
U hekk se tqaddes ’l ismek kbir.
2. Ara l-ġnus kollha Flimkien kontra Alla Ġeħova.
Jiġrilhom bħall-Fargħun;
Ġarrab għajb għalkemm setgħan.
Dawn, f’Armageddon
Se jieħdu l-ġudizzju li ħaqqhom.
Ġeħova ismu hu;
Daqt kulħadd se jkun jaf dan.
(RITORNELL)
Ġeħova, l-Iktar Għoli w etern,
Qatt ma tinbidel; dak li tgħid isir.
L-għedewwa tiegħek int dalwaqt ittemm
U hekk se tqaddes ’l ismek kbir.
(Ara wkoll Salm 2:2, 9; 92:8; Mal. 3:6; Riv. 16:16.)