LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 48
  • Agħżel Ħbieb Tajbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħżel Ħbieb Tajbin
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Agħżel ħbieb li jħobbu lil Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Inżommu Ħbiberiji f’Dinja Nieqsa mill-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ħbieb Tajbin Ħbieb Ħżiena
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 48
Lezzjoni 48. Erbaʼ ħbieb jieħdu ritratt.

LEZZJONI 48

Agħżel Ħbieb Tajbin

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Ħabib kbir jgħinna nkunu iktar ferħanin meta kollox ikun sejjer tajjeb, u jkun hemm għalina fi żminijiet diffiċli. Imma l-​Bibbja tavżana li mhux kulħadd huwa ħabib tajjeb. Allura kif tistaʼ tagħżel ħbieb tajbin? Aħseb fuq il-​mistoqsijiet li ġejjin.

1. Kif jeffettwawk il-​ħbieb?

Huwa normali li nagħmlu u naħsbu bħal dawk li nagħmluha magħhom. Dawn jistgħu jeffettwawna kemm fit-​tajjeb u kemm fil-​ħażin. Ma jagħmilx differenza kif inqattgħu l-​ħin magħhom, dan jistaʼ jkun anki bl-​internet. Bħalma tgħid il-​Bibbja, “min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref, imma min qed jagħmilha maʼ l-​istupidi se jaħbatlu ħażin.” Il-​kelma stupidi tirreferi għal dawk li ma jħobbux lil Ġeħova. (Proverbji 13:20) Ħbieb li jħobbu lil Ġeħova u jaqduh jgħinuk tibqaʼ qrib tiegħu u tiddeċiedi tajjeb. Imma jekk inkunu close ma’ ħbieb li ma jħobbux lil Ġeħova, nistgħu nispiċċaw ma nħobbuhx aħna wkoll. Mela għalhekk il-​Bibbja tgħidilna biex nagħżlu ħbieb tajbin! Meta l-​ħbieb tagħna jħobbu lil Alla, aħna se ninfluwenzaw lil xulxin b’mod tajjeb. B’hekk, inkunu nistgħu ‘nibqgħu ninkuraġġixxu lil xulxin u nibnu lil xulxin.’​—1 Tessalonikin 5:​11.

2. Ġeħova kif iħossu bil-​ħbieb tiegħek?

Ġeħova jagħżel il-​ħbieb tiegħu sew. Hu għandu ħbiberija tajba ma’ nies tajbin. (Proverbji 3:​32) Ġeħova kif se jħossu jekk ikollna ħbieb li ma jħobbuhx? Hu żgur mhux se jħossu ferħan! (Aqra Ġakbu 4:4.) Imma Ġeħova jistaʼ jieħu pjaċir bina u jkun ħabib tagħna. Dan jistaʼ jsir jekk nagħżlu ħbieb tajbin u nipprovaw inkunu iktar ħbieb tiegħu u taʼ dawk li jħobbuh.​—Salm 15:​1-​4.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala hu importanti li jkollok ħbieb tajbin, u ara kif tistaʼ tagħmel ħbieb ma’ nies li se jgħinuk.

3. Oqgħod attent maʼ min tagħmilha

In-​nies li ma jħobbux lil Alla u l-​istandards tiegħu mhumiex ħbieb tajbin. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: Tgħallem kif tiċħad sħubija ħażina (6:​17)

  • Kif nistgħu nibdew nagħmluha ma’ nies ħżiena mingħajr ma nindunaw?

Aqra l-​1 Korintin 15:​33, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tkun taf li xi ħadd jistaʼ jkun ħabib ħażin? Għala taħseb hekk?

Aqra Salm 119:​63, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tkun taf li xi ħadd jistaʼ jkun ħabib tajjeb?

Platt bit-​tuffieħ. Tuffieħa mħassra mdawra bid-​dubbien u qed tibda tħassar it-​tuffieħ l-​ieħor.

Tuffieħa mħassra tħassar lill-​oħrajn. Kif jistaʼ ħabib ħażin jeffettwak?

4. Kun ħabib tajjeb maʼ nies differenti minnek

Il-​Bibbja titkellem dwar żewġ irġiel Iżraelin jisimhom David u Ġonatan. Huma ma kinux tampar xulxin u Ġonatan kien it-​tifel tas-​sultan. Imma xorta kienu ħbieb kbar. Aqra l-​1 Samwel 18:​1, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​vers kif jurina li l-​ħbieb tagħna m’hemmx għalfejn ikunu tamparna jew tal-​istess background?

Aqra Rumani 1:​11, 12, u mbagħad iddiskuti:

  • Ħbieb li jħobbu lil Ġeħova, kif jistgħu jgħinu lil xulxin?

Fil-​vidjow, ara kif ħu żagħżugħ irnexxielu jagħmel ħbieb ma’ nies differenti. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

VIDJOW: Il-​ħbieb tistaʼ ssibhom meta ma tkunx qed tistenna (5:​06)

  • Fil-​vidjow, il-​ġenituri taʼ Akil għala kienu inkwetati dwar il-​ħbieb li kellu fl-​iskola?

  • Fil-​bidu għala kien jieħu pjaċir ikun magħhom?

  • X’għamel biex ma jibqax iħossu waħdu?

5. Agħmel ħbieb tajbin

Tgħallem kif tistaʼ tagħmel ħbieb tajbin u kif tistaʼ tkun ħabib tajjeb. Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: X’inhu ħabib veru? (4:​14)

Stampa mill-​vidjow ‘X’inhu ħabib veru?’ Żagħżugħa mdawra bil-​ħbieb tagħha. Huma għandhom etajiet u talenti differenti u ġejjin minn postijiet differenti.

Aqra Proverbji 18:24 u 27:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif jgħinu lil xulxin ħbieb taʼ vera?

  • Għandek ħbieb tajbin bħal dawn? Jekk le, kif jistaʼ jkollok ħbieb bħal dawn?

Aqra Filippin 2:​4, u mbagħad iddiskuti:

  • Biex ikollok ħbieb tajbin, int trid tkun ħabib tajjeb. Kif tistaʼ tkun ħabib tajjeb?

Grupp taʼ Stampi: Żagħżugħa qiegħda maʼ tlett iħbieb tagħha. 1. Titkellem maʼ waħda minnhom fuq it-​telefown. 2. Titkellem mal-​ħabiba li hi ikbar fl-​età fis-​Sala tas-​Saltna. 3. Iżżur waħda li għadu kif mitilha xi ħadd.

Trid tkun ħabib tajjeb biex ikollok ħbieb tajbin

ĦAFNA JGĦIDU: “Jekk il-​ħbieb jittrattawk tajjeb, ma tagħmilx differenza x’jemmnu.”

  • Int x’taħseb?

XI DDISKUTEJNA?

Meta noqogħdu attenti xi ħbieb ikollna, se jkun tajjeb għalina u Ġeħova se jieħu pjaċir bina.

X’Tgħallimt

  • Għala hu importanti għal Ġeħova x’tip taʼ ħbieb nagħżlu?

  • Maʼ min m’għandniex nagħmluha?

  • Kif jistaʼ jkollok ħbieb tajbin li jħobbu lil Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif ħbieb tajbin jistgħu jgħinuna meta ngħaddu minn żminijiet diffiċli.

“Ibni ħbiberiji b’saħħithom qabel jiġi t-​tmiem” (It-​Torri tal-​Għassa, Novembru 2019)

Ara x’tistaʼ tagħmel biex ikollok ħbieb tajbin.

“Kif Nistaʼ Nagħmel Ħbieb Tajbin?” (Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu​—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom, l-​1 Volum, kapitlu 8)

X’għandek tkun taf dwar il-​ħbieb li jkollok fuq l-​internet?

Oqgħod attent meta tuża s-​social network (4:​12)

Fl-​istorja “Ixxennaqt Għal Missier,” sir af għala raġel għażel li jagħmel ħbieb ġodda.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 tʼApril 2012)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja