LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 112
  • X’inhi s-sema?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’inhi s-sema?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • X’Tip taʼ Post Hu s-Sema?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Is-smewwiet
    Stenbaħ!—2016
  • Mistoqsijiet dwar dawk li jgħixu fis-​smewwiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Min Imur Fis-Sema, u Għala?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 112
Ix-xemx tiddi fuq is-sħab

X’inhi s-​sema?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Fil-​Bibbja, il-​kelma “sema” tintuża fi tliet modi differenti: (1) is-​smewwiet letterali; (2) fejn jgħixu l-​ispirti; u (3) simbolu taʼ pożizzjoni għolja jew importanti. F’kull każ, il-​kuntest jgħinna nifhmu t-​tifsira korretta.a

  1. Is-​smewwiet letterali. Hawnhekk, il-​kelma “smewwiet” tirreferi għall-​atmosfera tal-​art, fejn jonfoħ ir-​riħ, fejn itiru l-​għasafar, fejn is-​sħab iġib ix-​xita u l-​borra, u fejn jidhru s-​sajjetti. (Salm 78:26; Proverbji 30:19; Isaija 55:10; Luqa 17:24) Tistaʼ tintuża wkoll biex tirreferi għall-​ispazju, il-​post fejn hemm “ix-​xemx u l-​qamar u l-​kwiekeb.”—Dewteronomju 4:19; Ġenesi 1:1.

  2. Fejn jgħixu l-​ispirti. It-​terminu “sema” jintuża wkoll biex jirreferi għas-​smewwiet spiritwali, jew il-​post fejn jgħixu l-​ispirti, stat iktar għoli taʼ eżistenza, ’il fuq u separat minn dak tal-​univers fiżiku. (1 Slaten 8:27; Ġwanni 6:38) Dawn is-​smewwiet spiritwali huma l-​post fejn jgħix Alla Ġeħova, li hu “Spirtu,” kif ukoll l-​anġli spirti li hu ħalaq. (Ġwanni 4:24; Mattew 24:36) Kultant, “is-​smewwiet” jirrappreżentaw l-​anġli leali kollha, “il-​kongregazzjoni tal-​qaddisin.”—Salm 89:5-​7.

    Il-​Bibbja tuża wkoll “smewwiet” biex tirreferi għall-​post speċifiku fejn joqgħod Ġeħova, il-​post ‘fejn jgħammar.’ (1 Slaten 8:43, 49; Ebrej 9:24; Rivelazzjoni 13:6) Pereżempju, il-​Bibbja bassret, li Satana u d-​demonji kienu se jitkeċċew mis-​sema, ma jitħallewx iktar jidħlu fil-​preżenza taʼ Ġeħova. Madankollu, huma xorta għadhom ħlejjaq spirti.—Rivelazzjoni 12:7-​9, 12.

  3. Simbolu taʼ pożizzjoni għolja. L-​Iskrittura tuża l-​kelma “sema” biex tirrappreżenta pożizzjoni għolja, normalment pożizzjoni t’awtorità. Pożizzjoni bħal din tistaʼ tiġi okkupata minn:

    • Alla Ġeħova nnifsu, is-​Sovran li jistaʼ kollox.—2 Kronaki 32:20; Luqa 15:21.

    • Is-​Saltna t’Alla, il-​gvern li se jieħu post it-​tmexxija tal-​bniedem. Il-​Bibbja tirreferi għal din is-​Saltna bħala “smewwiet ġodda.”—Isaija 65:17; 66:22; 2 Pietru 3:13.b

    • Kristjani li għalkemm għadhom jgħixu fuq l-​art, għandhom it-​tama li jmorru fis-​sema.—Efesin 2:6.

    • Gvernijiet umani li għollew lilhom infushom fuq is-​sudditi tagħhom.—Isaija 14:12-​14; Danjel 4:20-​22; 2 Pietru 3:7.

    • Spirti mill-​agħar li bħalissa qed jaħkmu fuq id-​dinja.—Efesin 6:12; 1 Ġwanni 5:19.

X’hemm fis-​sema spiritwali?

Dan il-​post spiritwali huwa mimli attività. Fih mijiet taʼ miljuni taʼ ħlejjaq spirti li qed iwettqu l-​kelma taʼ Ġeħova.—Salm 103:20, 21; Danjel 7:10.

Il-​Bibbja tiddeskrivi s-​sema bħala post mimli dawl qawwi. (1 Timotju 6:15, 16) Fil-​viżjoni tas-​sema li rċieva Eżekjel kien hemm “dija” qawwija, filwaqt li fil-​viżjoni tas-​sema li ra Danjel “kien hemm nixxiegħa tan-​nar.” (Eżekjel 1:26-​28; Danjel 7:9, 10) Is-​sema hija qaddisa, jew nadifa, u tal-​għaġeb.—Salm 96:6; Isaija 63:15; Rivelazzjoni 4:2, 3.

Kull meta l-​Bibbja titkellem dwar is-​smewwiet, dejjem tagħtina stampa tal-​għaġeb. (Eżekjel 43:2, 3) Minkejja dan, mhuwiex possibbli għall-​bnedmin li jifhmu kompletament dak li hemm fis-​sema ladarba dan hu post bil-​wisq ogħla minn dak li s-​sensi tagħna jistgħu jifhmu.

a Il-​kelma Ebrajka tradotta “sema,” milli jidher tiġi minn kelma oħra li tfisser “għoli,” jew “superjuri.” (Proverbji 25:3) Ara The New Brown, Driver, and Briggs Hebrew and English Lexicon of the Old Testament, paġna 1029.

b McClintock and Strong’s Cyclopedia tgħid li s-​smewwiet ġodda f’​Isaija 65:17, ifissru “gvern ġdid, saltna ġdida.”​—Volume IV, paġna 122.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja