LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 1 pp. 14-15
  • Is-smewwiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-smewwiet
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhuma s-​smewwiet?
  • In-​nies tajbin kollha jitilgħu s-​sema meta jmutu?
  • X’Tip taʼ Post Hu s-Sema?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • X’Inhi l-Verità Dwar is-Sema?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Min Imur Fis-Sema, u Għala?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • X’inhi s-sema?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 1 pp. 14-15

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Is-​smewwiet

Is-​suġġett tas-​smewwiet hu taʼ kontroversja taħraq u li dwaru hemm ħafna opinjonijiet differenti. Madankollu, dak li tgħallem dwarhom il-​Bibbja hu differenti ferm minn dak li ħafna ġew mgħallmin.

X’inhuma s-​smewwiet?

DAK LI JGĦIDU XI NIES

Hemm twemmin differenti dwar is-​smewwiet u l-​iskop tagħhom. Pereżempju:

  • Ħafna li jgħidu li huma Kristjani jaqblu man-​New Catholic Encyclopedia, li ssejjaħ is-​smewwiet “l-​aħħar post fejn jgħixu dawk imberkin li jmutu fil-​Mulej.”

  • Il-​Ġudaiżmu jiffoka fuq il-​ħajja preżenti iżjed milli fuq l-​ħajja wara l-​mewt, jgħid ir-​Rabbi Bentzion Kravitz. Imma jgħid ukoll li “fis-​smewwiet, ir-​ruħ tesperjenza l-​ikbar pjaċir possibbli—fehma ikbar u tħossha eqreb taʼ Alla milli kienet qabel.” Però, Kravitz jammetti li “għalkemm il-​Ġudaiżmu jemmen fis-​smewwiet, it-​Tora ftit li xejn jitkellem dwarhom.”

  • Il-​Ħindu u l-​Buddiżmu jemmnu li s-​smewwiet jeżistu fuq ħafna livelli spiritwali differenti. Iservu taʼ waqfa temporanja li warajhom, persuna jew terġaʼ titwieled fuq l-​art jew inkella titlaʼ n-​Nirvana—stat ogħla mis-​smewwiet.

  • Xi wħud ma jaċċettaw l-​ebda idea reliġjuża dwar is-​smewwiet u jgħidu li l-​idea kollha hi bluha.

Impressjoni artistika taʼ xena fis-smewwiet b’żewġ anġli bilwieqfa ħdejn xatba

Is-smewwiet hu suġġett li dwaru hemm ħafna opinjonijiet differenti

DAK LI TGĦALLEM IL-​BIBBJA

Fil-​Bibbja, il-​kelma “smewwiet” għandha iżjed minn tifsira waħda. Pereżempju:

  • Ġenesi 1:20 jiddeskrivi l-​ħolqien tal-​għasafar li “jtiru ’l fuq mill-​art f’wiċċ il-​firxa tas-​smewwiet.” F’dan il-​każ, il-​kelma “smewwiet” tirreferi għall-​atmosfera tagħna, is-​sema li naraw.

  • Isaija 13:10 jsemmi “l-​kwiekeb tas-​smewwiet u l-​kostellazzjonijiet tagħhom”—dak li aħna nsejħulu l-​ispazju.

  • Il-​Bibbja titkellem dwar ‘il-​post fejn jgħammar [Alla], fis-​smewwiet’ u tgħid li hemm “l-​anġli . . . fis-​sema.” (1 Slaten 8:30; Mattew 18:10) Innota li l-​kelmiet “smewwiet” u “sema” mhumiex sempliċi metafori, imma jiddeskrivu post fejn dawn jgħammru.a

“Ħares mis-​sema u ttawwal mill-​post eżaltat fejn toqgħod taʼ qdusija u sbuħija.”—Isaija 63:15.

In-​nies tajbin kollha jitilgħu s-​sema meta jmutu?

Il-​Bibbja ma tgħallimx li l-​art hi sempliċement dar temporanja fejn nistennew il-​mewt u mbagħad ħajja wara l-​mewt fis-​sema. Il-​Bibbja tagħmilha ċara li l-​mewt qatt ma kienet parti mill-​iskop oriġinali t’Alla għall-​bnedmin. Ikkunsidra:

  • Alla qal lill-​ewwel koppja: “Nisslu u oktru u imlew l-​art.” (Ġenesi 1:28) L-​art kellha tkun id-​dar permanenti tal-​bnedmin fejn setgħu jgħixu għal dejjem. Il-​mewt kienet se tiġi fuq l-​ewwel raġel u mara biss kieku m’obdewx lil Alla. B’sogħba, għażlu li ma jobdux.—Ġenesi 2:17; 3:6.

  • Id-​diżubbidjenza tal-​ewwel raġel wasslet għall-​mewt, mhux biss tiegħu u taʼ martu, imma wkoll taʼ nisilhom. (Rumani 5:12) Dan ħallieha bla tama lill-​umanità?

  • Il-​Bibbja tgħid li “hemm smewwiet ġodda u art ġdida li aħna qed nistennew skond il-​wegħda tiegħu.”b (2 Pietru 3:13) Permezz tas-​Saltna tiegħu, Alla se jirrestawra l-​art tagħna għall-​kundizzjoni kif kien l-​iskop tiegħu għaliha, “u ma jkunx hemm iżjed mewt.” (Rivelazzjoni 21:3, 4) Jirreferi dan għall-​ħajja fis-​sema jew fuq l-​art? Biex xi ħaġa ‘ma tkunx iżjed,’ kellha tkun hemm oriġinarjament. Imma l-​mewt qatt m’eżistiet fis-​sema. Għalhekk, loġikament, dan il-​vers jirreferi għal x’se jiġri fuq l-​art, fejn suppost ngħixu u fejn nixxennqu li nkunu mal-​maħbubin tagħna. Il-​Bibbja turi wkoll li l-​mejtin se jerġgħu jingħataw il-​ħajja u jerġgħu jingħaqdu mal-​maħbubin tagħhom.—Ġwanni 5:28, 29.

Ħafna nies tgħaxxqu jitgħallmu x’tgħid il-​Bibbja verament dwar is-​smewwiet. Pereżempju, George, li qabel kien Kattoliku, jgħid: “It-​tagħlim tal-​Bibbja dwar il-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art sibtu taʼ faraġ. Jagħmel iżjed sens milli tmur is-​sema.”c

“Is-​smewwiet—taʼ Ġeħova huma s-​smewwiet, imma l-​art taha lil ulied il-​bnedmin.”—Salm 115:16.

a Bla dubju, in-​natura t’Alla hi spiritwali, mhux fiżika. (Ġwanni 4:24) Għalhekk, il-​post fejn hu jgħammar għandu jkun qasam spiritwali separat mill-​univers fiżiku jew tanġibbli tagħna.

b Il-​frażi “art ġdida” mhix pjaneta letterali ġdida; pjuttost, hi frażi simbolika li tirreferi għal soċjetà taʼ nies li jgħixu fuq l-​art u li jkollhom l-​approvazzjoni t’Alla.—Salm 66:4.

c Il-​Bibbja tgħallem li taħt is-​Saltna t’Alla, numru limitat taʼ bnedmin—144,000—biss jintgħażlu biex isaltnu fis-​sema maʼ Ġesù.—1 Pietru 1:3, 4; Rivelazzjoni 14:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja