Jinstab Dak li Kien Mitluf
Is-sena l-oħra, f’Maryland, l-Istati Uniti, wieħed raġel irrifjuta bil-pulit ir-rivisti tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Madankollu, it-tifla tiegħu staqsietu jekk setgħetx tiħodhom hi, u hu qalilha li tistaʼ. It-tnejn li huma kienu qegħdin inaddfu l-karozza u jarmu l-imbarazz ġo tank taʼ l-iskart li kien hemm fil-qrib. Billi x-Xhud li kien offra r-rivisti beda jinkwieta li dawn kienu se jarmuhom, hu ddeċieda li jmur lura iktar tard u jiċċekkja fit-tank taʼ l-iskart.
Ir-rivisti ma kinux hemm, imma kien hemm basket u portmoni. Minnufih saret żjara lill-mara li kienet toqgħod fl-indirizz li kien hemm fil-portmoni. X’ħin iż-żewġ Xhieda li marru jżuruha waslu fejn toqgħod, raw mara taʼ mezz-età miexja b’żiemel lejn l-istalla. Meta tawha l-affarijiet, il-mara għajtet bil-ferħ: “Niżżi ħajr lil Alla, l-affarijiet importanti qegħdin hawn—il-passaport tiegħi, il-ktieb taċ-ċekkijiet, il-credit cards, u d-dokumenti rigward iż-żiemel.” Hi qaltilhom li l-affarijiet kienu nsterqu l-lejl taʼ qabel. Kien imnalla li xi ħadd iċċekkja t-tank taʼ l-iskart, peress li dan kien wasal biex jitbattal.
Il-mara riedet tagħtihom rigal, imma minflok m’aċċettawh, il-koppja li rritornawlha l-basket u l-portmoni tawha l-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? Biex turi l-apprezzament tagħha, il-mara kitbet ċekk sabiex jintuża għal iktar tqassim madwar id-dinja taʼ din il-letteratura bbażata mill-Bibbja. U minn dakinhar ’l hawn, hi ħadet interess kbir f’li tistudja l-Bibbja.
Jekk tixtieq tirċievi kopja b’xejn tal-browxer taʼ 32 paġna Alla X’Jirrikjedi Minna?, imla l-kupun t’hawn taħt u impostah fl-indirizz provdut fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
◻ Ibagħtuli kopja tal-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?
◻ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.