“Ma Nistax Nitlaqhom minn Idejja r-Rivisti Tagħkom”
Fl-uffiċċju tal-fergħa tal-Watch Tower Society fil-Ġermanja, waslet ittra li parti minnha kienet tgħid hekk:
“Irrid nammetti li ma nistax nitlaqhom minn idejja r-rivisti tagħkom. Kull sena tiġrili l-istess storja. Ftit qabel ma nkun sejra għal btala, inħobb inwarrab l-aħħar żewġ ħarġiet biex imbagħad noqgħod naqrahom ħdejn xatt il-baħar. Id-deċiżjoni nkun ħadtha kieku!
“Imma l-inkwiet jibda malli dawn jiġu f’idejja. U x’fiha billi nara t-titli taʼ l-artikli? X’gost, hemm esperjenza! U iva, billi naqra lilha biss—l-oħrajn inħallihom. Imma l-artiklu taʼ wara jidher interessanti ħafna. Imma issa daqshekk! Wara kollox ir-rivisti warrabthom biex noqgħod naqrahom waqt il-btala. U ejja, artiklu ieħor biss. U l-artikli “Ħarsa Lejn id-Dinja” dejjem ikun fihom x’titgħallem! Fl-aħħar, bħalma tistgħu timmaġinaw, lanqas artiklu wieħed ma jkun fadalli x’naqra sakemm nasal sa xatt il-baħar.”
Stenbaħ! hija rivista li tingħoġob ħafna min-nies. Dan jidher mill-fatt li għal kull ħarġa jiġu stampati madwar 20,300,000 kopja fi 82 lingwa. Il-qarrejja jieħdu pjaċir bl-artikli pożittivi. F’kull ħarġa tidher parti “Għala Stenbaħ! Huwa Pubblikat.” Hemm jiġi spjegat li “din ir-rivista tibni fiduċja fil-wegħda tal-Ħallieq għal dinja ġdida mimlija paċi u sigurtà.”
Madankollu, ħafna jistaqsu, ‘Alla għala ilu dan iż-żmien kollu jippermetti s-sofferenza?’ It-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab fil-browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna? Int tistaʼ titlob kopja billi timla l-kupun t’hawn taħt u tibagħtu fl-indirizz provdut fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna?
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.