LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/10 p. 14
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2010
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Iż-​Żgħażagħ Iqisu lil Dawk Tamparhom Bħala Mħajmin
  • It-​Tfal Iħejju l-​Ikel Tagħhom Stess għall-​Iskola
  • Tindifa fis-​South Pole
  • X’Nistaʼ Nagħmel Jekk Qed Inġib Marki Baxxi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif tgħin lit-tfal tiegħek imorru aħjar fl-eżamijiet
    Għajnuna għall-Familja
  • Ngħixu f’Soċjetà taʼ “Uża u Armi”
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2010
g 4/10 p. 14

Ħarsa Lejn id-​Dinja

◼ Minn studju reċenti “nstab li fost l-​Ingliżi sitta minn kull għaxra jaħsbu li r-​reliġjon saret forza li tifred.”—THE CATHOLIC HERALD, IL-​BRITANNJA.

◼ Fil-​Portugall ġie stabbilit l-​akbar impjant tad-​dinja li fih issir il-​produzzjoni tal-​kurrent elettriku fejn jiltaqgħu żewġ sustanzi esposti għad-​dawl. Iċ-​ċelluli solari jkopru madwar 2.5 miljun metru kwadru u se jkunu kapaċi jipproduċu biżżejjed elettriku għal madwar 30,000 dar.—EL PAÍS, SPANJA.

◼ Madwar id-​dinja, imutu 900,000 żagħżugħ kull sena, jiġifieri iktar minn 2,000 żagħżugħ kuljum, minħabba kaġuni mhux naturali. Primarjament, dawn imutu għax ikollhom aċċidenti tat-​traffiku, jegħrqu, jew jinħarqu.—DIE WELT, IL-​ĠERMANJA.

◼ “Għalkemm ir-​rata taʼ foresti li qed jinqerdu naqset fis-​snin reċenti, id-​dinja xorta qed titlef madwar 200 kilometru kwadru taʼ foresta kuljum.”—ORGANIZZAZZJONI TAL-​IKEL U L-​BIEDJA TAL-​ĠNUS MAGĦQUDA, L-​ITALJA.

◼ F’Jannar tal-​2009, ħames pirati għerqu eżatt wara li l-​grupp tagħhom ġie rrapportat li rċieva s-​somma taʼ 3,000,000 dollaru Amerikan bħala rahan għal tanker taż-​żejt tal-​Arabja Sawdija. Il-​katavru taʼ wieħed minnhom inġarr mill-​kurrent lejn ix-​xatt u fil-​but kellu 153,000 dollaru Amerikan f’borża tal-​plastik.—ASSOCIATED PRESS, IS-​SOMALJA.

Iż-​Żgħażagħ Iqisu lil Dawk Tamparhom Bħala Mħajmin

Skont il-​gazzetta de Volkskrant, iż-​żgħażagħ fl-​Olanda “jħossu li dawk tamparhom qed jiġu mħajmin” u li qed ikunu “inkuraġġiti żżejjed biex iħossuhom tajjeb dwarhom infushom, b’riżultat li jkollhom nuqqas taʼ konsiderazzjoni lejn oħrajn.” Skont artiklu f’din il-​gazzetta, fost dawk li għandhom bejn is-​16 u l-​24 sena, “mhux inqas minn 2 minn kull 3 . . . iħossu li m’għadx hemm bilanċ bejn id-​drittijiet u d-​dmirijiet taż-​żgħażagħ.” L-​opinjoni ġenerali hi li “ż-​żgħażagħ huma esiġenti ħafna . . . u rari jistaqsu lilhom infushom x’kontribut jistgħu jagħtu lis-​soċjetà.”

It-​Tfal Iħejju l-​Ikel Tagħhom Stess għall-​Iskola

Surmast taʼ skola Ġappuniża beda jfittex modi kif iħeġġeġ lill-​ġenituri u lit-​tfal iqattgħu iżjed ħin flimkien. Għalhekk, l-​iskola adottat l-​idea tiegħu li darba f’xahar l-​istudenti jħejju l-​ikel tagħhom stess għall-​brejk tal-​iskola. Issa mijiet taʼ skejjel qed jagħmlu l-​istess ħaġa. Il-​gazzetta tal-​Ġappun IHT Asahi Shimbun tgħid: “Mhuwiex mistenni li t-​tfal jagħmlu kollox waħedhom mill-​ewwel. Il-​miri tat-​tfal ikunu skont l-​etajiet tagħhom. It-​tfal fil-​primarja jitolbu l-​għajnuna tal-​familji tagħhom biex jgħinuhom jagħmlu menù u jmorru jixtru l-​ingredjenti. . . . Il-​mira tat-​tfal fis-​sekondarja hi li jagħmlu menù bilanċjat.” B’liema riżultat? Il-​gazzetta tgħid: “L-​iskejjel stqarrew li l-​abbiltà tat-​tfal fit-​tisjir tjiebet, li kien hemm inqas ħela taʼ ikel, u li l-​familji kellhom xi ħaġa ġdida fuqiex jitkellmu.” Ukoll, it-​tfal qalu “li tgħallmu japprezzaw dak li l-​ġenituri jagħmlu għalihom.”

Tindifa fis-​South Pole

Is-​sena l-​oħra, bħala parti minn programm ekoloġiku speċjali, saret tindifa ġenerali minn xi speċjalisti polari Russi li neħħew 360 tunnellata taʼ skart mill-​Antartika. L-​iskart imwaddab viċin iċ-​ċentri taʼ riċerka fis-​South Pole kien jinkludi materjal tal-​bini mhux użat, makkinarju mkisser, u tankijiet tal-​fjuwil vojta. Ir-​rivista Russa Itogi tgħid: “Skont ir-​regoli għall-​protezzjoni ekoloġika tat-​tarfnett tan-​nofsinhar tad-​dinja, kull pajjiż għandu jnaddaf l-​iskart tiegħu stess. L-​iktar nies li jħabirku biex iwettqu l-​obbligi tagħhom huma l-​Ġappuniżi.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja