LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/12 p. 3
  • Id-Diżonestà Tinsab Kullimkien!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Diżonestà Tinsab Kullimkien!
  • Stenbaħ!—2012
  • Materjal Simili
  • L-Onestà Ġġib Suċċess Veru
    Stenbaħ!—2012
  • Lezzjonijiet mill-Ħajja taʼ Samwel
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Kif id-diżonestà teffettwa lilek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Il-Pressjoni Biex Tkun Diżonest
    Stenbaħ!—2012
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2012
g 4/12 p. 3

Id-​Diżonestà Tinsab Kullimkien!

Dannya jaħdem għal kumpanija kbira f’Ħong Kong. Waqt li kien qed iżur fabbrika li kienet qed tiġi kunsidrata biex tagħmel xi xogħol għalihom, hu esprima tħassib dwar jekk il-​fabbrika setgħetx tilħaq il-​livelli meħtiġin biex tipproduċi l-​prodotti tal-​kumpanija tiegħu. Iktar tard, waqt l-​ikel, il-​maniġer tal-​fabbrika lil Danny tah envelop. Ġo fih, Danny sab tixħim li kien jammonta għal għaxriet t’eluf taʼ dollari—daqskemm kien jaqlaʼ f’sena.

● L-​esperjenza taʼ Danny mhijiex unika. Madwar id-​dinja, id-​diżonestà qed tikber u tinxtered b’mod tal-​għaġeb. Pereżempju, dokumenti tal-​qorti juru li bejn l-​2001 u l-​2007, kumpanija kbira industrijali Ġermaniża ħallset madwar miljun ewro f’tixħim biex tikseb il-​kuntratti.

Għalkemm saru xi riformi minħabba li reċentement kien hemm skandli taʼ kumpaniji li ġibdu ħafna attenzjoni, is-​sitwazzjoni ġenerali donnha sejra għall-​agħar. Studju li sar fl-​2010 mill-​organizzazzjoni Transparency International sab li madwar id-​dinja, “il-​livelli taʼ korruzzjoni żdiedu f’dawn l-​aħħar tliet snin.”

Għala hawn daqstant diżonestà? L-​onestà—hija prattika? Jekk iva, kif nistgħu nkunu onesti? Tistaʼ tgħinna l-​Bibbja?

[Nota ta’ taħt]

a Xi ismijiet f’din is-​serje ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja