GĦIX BĦALA KRISTJAN
Lezzjonijiet mill-Ħajja taʼ Samwel
Samwel baqaʼ leali lejn Ġeħova tul ħajtu kollha. Bħala tifel, hu ma riedx isir korrott bħat-tfal t’Għeli, Ħofni u Fineħas. (1Sa 2:22-26) Samwel kompla jikber, u Ġeħova baqaʼ miegħu. (1Sa 3:19) Bħala adult, hu baqaʼ jaqdi lil Ġeħova b’lealtà, għalkemm uliedu m’għamlux hekk.—1Sa 8:1-5.
X’jistaʼ jgħallimna l-eżempju taʼ Samwel? Jekk int għadek żgħir, kun fiduċjuż li Ġeħova jifhem l-isfidi li tiffaċċja u kif tħossok. Hu jistaʼ jgħinek tkun kuraġġuż. (Is 41:10, 13) Jekk int ġenitur u xi ħadd minn uliedek m’għadux jaqdi lil Ġeħova, sib faraġ f’li tkun taf li Samwel ma sforzax lil uliedu li kienu adulti biex jibqgħu leali lejn il-livelli taʼ Ġeħova. Filwaqt li ħalla l-kwistjoni f’idejn Ġeħova, hu żamm l-integrità tiegħu u b’hekk għoġob lil Missieru tas-sema, Ġeħova. Forsi l-eżempju tajjeb tiegħek se jwassal biex ibnek jiġi lura lejn Ġeħova.
ARA L-VIDJOW TGĦALLEM MINNHOM—SAMWEL, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Samwel kif wera kuraġġ bħala tifel?
Danny kif wera kuraġġ?
Samwel kif ta eżempju tajjeb bħala adult?
Ġeħova jappoġġja lil dawk li jibqgħu sodi għal dak li hu tajjeb
Il-ġenituri taʼ Danny kif taw eżempju tajjeb?