LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/12 p. 16
  • It-Tromba tal-Iljunfant

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tromba tal-Iljunfant
  • Stenbaħ!—2012
  • Materjal Simili
  • It-Tromba tal-Iljunfant
    Ġie Disinjat?
  • L-​avorju Kemm Jiswa?
    Stenbaħ!—1998
  • Ħarsa Lejn Id-​dinja
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2012
g 7/12 p. 16

Ġiet Disinjata?

It-​Tromba tal-​Iljunfant

● Xi riċerkaturi qed jiżviluppaw driegħ robotiku li għandu iktar ħeffa u flessibiltà. Wieħed imlaħħaq fil-​kumpanija li qed tiżviluppa dan l-​apparat jgħid li d-​driegħ il-​ġdid “hu ferm superjuri għal kwalunkwe ħaġa li bħalissa hi disponibbli fl-​awtomazzjoni industrijali.” Minn fejn ġabu l-​idea dwar kif jinbena dan id-​driegħ robotiku ġdid? “Mill-​mod kif tiffunzjona t-​tromba tal-​iljunfant,” jgħid hu.

Ikkunsidra: It-​tromba tal-​iljunfant, li tiżen xi 140 kilogramm, sejħulha “l-​iktar parti tal-​ġisem versatili u utli fuq din il-​pjaneta.” Din it-​tromba li għandha ħafna skopijiet tistaʼ sservi bħala mnieħer, stro, driegħ, jew id. Biha, l-​iljunfant jistaʼ jieħu n-​nifs, ixomm, jixrob, jaqbad, jew saħansitra jagħmel ħoss taʼ trumbetta li jtarrxek!

Imma dan mhux kollox. It-​tromba tal-​iljunfant fiha xi 40,000 fibra muskolari li jħalluha tiċċaqlaq fi kwalunkwe direzzjoni. Billi juża t-​tarf nett tat-​tromba tiegħu, l-​iljunfant jistaʼ jiġbor munita żgħira. Fl-​istess waqt, l-​iljunfant jistaʼ juża t-​tromba tiegħu biex jerfaʼ tagħbijiet taʼ xi 270 kilogramm!

Ir-​riċerkaturi jittamaw li jekk jimitaw l-​istruttura u l-​abbiltajiet tat-​tromba tal-​iljunfant se jkunu jistgħu jiżviluppaw robots superjuri kemm għal użu domestiku kif ukoll għal użu industrijali. “Ħloqna tip taʼ magna kompletament ġdida biex tgħin lill-​bnedmin,” jgħid rappreżentant mill-​kumpanija li ssemmiet qabel, “u għall-​ewwel darba, bis-​saħħa tagħha, il-​bnedmin u l-​magni jistgħu jaħdmu flimkien b’mod effiċjenti u mingħajr periklu.”

Int x’taħseb? It-​tromba tal-​iljunfant żviluppat permezz tal-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja