LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/13 p. 3
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Golf tal-​Messiku
  • ir-​Russja
  • il-​Perù
  • l-​Italja
  • l-​Afrika t’Isfel
  • Mikro-organiżmi li jġibu ż-żejt fix-xejn
    Stenbaħ!—2015
  • Diżastru fil-Baħar—Traġedja fuq l-Art
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2013
g 1/13 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

Il-​Golf tal-​Messiku

Wara inċident li seħħ f’April tal-​2010 fuq pjattaforma taż-​żejt, ammonti kbar ħafna taʼ żejt u gass damu ħerġin fil-​baħar għal kważi tliet xhur. Minn studju li sar minn tim taʼ riċerkaturi nstab li xahrejn u nofs wara dan l-​inċident, xi ftit kimiki li jniġġsu kienu għabu. Il-​konklużjoni tagħhom kienet li dawn ittieklu minn batterji li kapaċi jġiegħlu l-​metanu jiddiżintegra. Madankollu, xi esperti huma xettiċi u jemmnu li ħafna miż-​żejt niżel f’qiegħ l-​oċean.

ir-​Russja

Skont stħarriġ li sar, 59 fil-​mija mir-​Russi li għandhom bejn it-​18 u l-​35 sena jemmnu li “biex ikollok suċċess fil-​ħajja, kultant trid tmur kontra l-​prinċipji u l-​livelli morali tiegħek,” jirrapporta l-​ġurnal Rossiiskaya Gazeta.

il-​Perù

Ftit mill-​eqdem ċfaċagħ tal-​qamħirrum li qatt instabu jindikaw li l-​abitanti tat-​Tramuntana tal-​Perù kienu jagħmlu l-​popcorn u d-​dqiq tal-​qamħirrum minn tal-​inqas 3,000 sena ilu.

l-​Italja

Lucio Soravito De Franceschi, l-​isqof Kattoliku taʼ Adria-​Rovigo, jemmen li messaġġ reliġjuż għandu jkollu “kuntatt dirett mal-​individwi” fejn jgħixu. Hu jgħid: “Id-​dmirijiet pastorali tagħna m’għandhomx ikunu d-​daqq tal-​qniepen tal-​knejjes imma d-​daqq tal-​qniepen tad-​djar.”

l-​Afrika t’Isfel

Il-​prezz illegali tal-​qarn tar-​rinoċeront għall-​użu mediku telaʼ saħansitra sa 51,600 ewro l-​kilo. Fl-​2011, fl-​Afrika t’Isfel biss, rekord taʼ 448 rinoċeront inqatlu mill-​kaċċaturi illegali. Xi klikek taʼ ħallelin daħlu f’mużewijiet u swali tal-​irkant fl-​Ewropa biex jisirqu l-​qrun. Huwa maħsub li anki r-​rinoċeronti fiż-​żuwijiet Ewropej qegħdin f’riskju.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja