LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/15 p. 7
  • Ix-xehda tal-għasel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-xehda tal-għasel
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • It-​Trobbija Tan-​Naħal—Storja “Ħelwa”
    Stenbaħ!—1997
  • L-​istazzjon Spazjali Internazzjonali Laboratorju F’orbita
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2015
g 1/15 p. 7
Naħal tal-għasel jaħdmu fuq ix-xehda

ĠIET DISINJATA?

Ix-​xehda tal-​għasel

IN-​NAĦAL tal-​għasel (Apis mellifera) jibnu x-​xehda tal-​għasel tagħhom bix-​xamaʼ li jiġi minn glandoli misjubin fin-​naħa taż-​żaqq tal-​insett. Ix-​xehda hi meqjusa bħala meravilja tal-​inġinerija. Għala?

Ikkunsidra: Għal sekli sħaħ, il-​matematiċi ħasbu li d-​diviżorji tal-​għamla eżagonali (figura ġeometrika b’sitt iġnub) kienu aħjar minn trijangli jew kaxxi bil-​ġnub indaqs—jew kwalunkwe għamla oħra—biex joħolqu spazju bl-​inqas ammont taʼ materjal tal-​bini. Imma ma setgħux jispjegaw għala għalkollox. Fl-​1999, il-​professur Thomas C. Hales ta provi matematiċi għala l-​għamla eżagonali hi superjuri, u b’hekk għandha vantaġġ. Hu wera li eżagoni regolari huma l-​aħjar mezz biex tinqasam erja f’partijiet indaqs bl-​inqas sapport strutturali.

Billi jużaw ċelel eżagonali, in-​naħal jistgħu jagħmlu l-​aħjar użu tal-​ispazju kollu li jkollhom, jipproduċu xehda ħafifa imma soda bl-​inqas użu taʼ xamaʼ, u jaħżnu l-​ikbar ammont taʼ għasel fl-​ispazju li jkollhom. Mhux taʼ b’xejn li x-​xehda ġiet deskritta bħala “kapolavur tal-​arkitettura.”

Illum, ix-​xjentisti jimitaw ix-​xehda tan-​naħal biex joħolqu strutturi li huma kemm sodi kif ukoll effiċjenti fl-​użu tal-​ispazju. Pereżempju, l-​inġiniera tal-​ajruplani jużaw pannelli disinjati fuq ix-​xehda tal-​għasel biex jibnu ajruplani li huma iktar b’saħħithom u eħfef, u b’hekk jużaw inqas fjuwil.

Int x’taħseb? L-​istruttura superjuri tax-​xehda tal-​għasel ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja