LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/15 pp. 8-9
  • Kif tikkontrolla t-tempra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tikkontrolla t-tempra
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • Kif Nistaʼ Nikkontrolla t-Tempra?
    Stenbaħ!—2009
  • Kif nistaʼ nikkontrolla r-rabja tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Is-saħħa emozzjonali
    Stenbaħ!—2019
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 1/15 pp. 8-9
Żagħżugħa titlef it-tempra

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ

Kif tikkontrolla t-​tempra

L-​ISFIDA

“Għajjatt m’oħti u tant ftaħt il-​bieb bis-​saħħa li l-​ganċ taʼ wara l-​bieb daħal ġol-​ħajt. It-​toqba dejjem fakkritni kemm aġixxejt taʼ belha.”—Diane.a

“Għajjatt, ‘Int missier mill-​agħar!’ u sabbatt il-​bieb. Imma qabel ma ngħalaq, rajt il-​ħarsa taʼ wġigħ fuq wiċċ missieri, u immedjatament ridt immur lura fiż-​żmien u niblaʼ l-​kliem li għedt.”—Lauren.

Tistaʼ tifhimhom lil Lauren u lil Diane? Jekk inhu hekk, dan l-​artiklu jistaʼ jgħinek.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Li tisfoga r-​rabja jistaʼ jagħmel il-​ħsara lir-​reputazzjoni tiegħek. “Kont naħseb li ħaddieħor sempliċement kellu jaċċetta t-​tempra ħażina tiegħi,” tgħid Briana, li issa għandha 21 sena. “Imma bdejt ninnota li n-​nies jidhru boloh meta ma jikkontrollawx ruħhom, imbagħad irrealizzajt—hekk nidher jien f’għajnejn ħaddieħor!”

Il-​Bibbja tgħid: “Bluha se jagħmel min jirrabja malajr.”—Proverbji 14:17.

Tnejn min-nies jaħarbu minn vulkan jiżbroffa

In-nies jaħarbu minn vulkan li jkun qed jiżbroffa; b’mod simili, jevitaw lil xi ħadd li għandu tempra li tisplodi

Ir-​rabja tiegħek tistaʼ ġġiegħel lin-​nies jevitawk. “Meta titlef it-​tempra,” jgħid Daniel, li għandu 18-​il sena, “titlef ukoll id-​dinjità tiegħek u r-​rispett taʼ dawk madwarek.” Elaine, li wkoll għandha 18-​il sena, taqbel. “Tempra ħażina mhix attraenti,” tgħid hi. “Sempliċement tgerrex lin-​nies minnek.”

Il-​Bibbja tgħid: “Tissiħibx maʼ min jirrabja malajr; u tagħmilhiex maʼ bniedem li jisbel.”—Proverbji 22:24.

Tistaʼ titjieb. “Mhux dejjem tkun tistaʼ tikkontrolla kif ċerta sitwazzjoni ġġiegħlek tħossok,” tgħid Sara, li għandha 15-​il sena, “imma tistaʼ tikkontrolla kif tesprimi s-​sentimenti tiegħek. M’hemmx għalfejn tisplodi.”

Il-​Bibbja tgħid: “Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan, u dak li qed jikkontrolla l-​ispirtu tiegħu aħjar minn wieħed li qed jirbaħ belt.”—Proverbji 16:32.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Agħmel mira. Minflok tgħid, “Jien hekk magħmul,” stinka biex titjieb f’perijodu taʼ żmien speċifiku—forsi sitt xhur. Matul dak iż-​żmien, ħu nota tal-​progress tiegħek. Kull darba li titlef it-​tempra, ikteb (1) xi jkun ġara, (2) kif irreaġixxejt, u (3) kif stajt tirreaġixxi aħjar—u għala. Imbagħad agħmilha l-​mira tiegħek biex tuża dik ir-​reazzjoni aħjar meta terġaʼ tiġi provokat. Tipp: Żomm nota tas-​suċċessi li jkollok ukoll! Ikteb dwar kemm ħassejtek tajjeb wara li tkun urejt kontroll fuqek innifsek.—Prinċipju Bibliku: Kolossin 3:8.

Stenna qabel ma tirreaġixxi. Meta xi ħadd jew xi ħaġa tirrabjak, tgħidx l-​ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok. Minflok, stenna. Jekk ikun hemm bżonn, ħu nifs qawwi. “Meta nieħu n-​nifs,” jgħid Erik, li għandu 15-​il sena, “dan jagħtini l-​ħin biex naħseb qabel ma nagħmel jew ngħid xi ħaġa li wara jiddispjaċini li nkun għamiltha.”—Prinċipju Bibliku: Proverbji 21:23.

Qis kif iħossu ħaddieħor. Kultant forsi tirrabja għax tara biss aspett wieħed tal-​kwistjoni—dak li jeffettwa lilek. Ipprova kkunsidra kif jistaʼ jħossu ħaddieħor. “Anki meta n-​nies ikunu psataż għall-​aħħar,” tgħid mara żagħżugħa jisimha Jessica, “ġeneralment ikun hemm spjegazzjoni li tistaʼ tgħinni nifhem xi naqra s-​sitwazzjoni.”—Prinċipju Bibliku: Proverbji 19:11.

Jekk ikun hemm bżonn, itlaq. Il-​Bibbja tgħid: “Qabel ma tfaqqaʼ t-​tilwima, warrab.” (Proverbji 17:14) Bħalma turi dik l-​iskrittura, kultant ikun aħjar li sempliċement titlaq minn sitwazzjoni li tistaʼ taqleb għall-​agħar. Imbagħad, minflok ma toqgħod tberren fuq il-​kwistjoni u tħalli r-​rabja tiżdied saħansitra iktar, agħmel xi ħaġa fiżika. “Jien insib li l-​eżerċizzju jistaʼ jtaffi l-​istress li jkolli u jżommni milli nitlef it-​tempra,” tgħid mara żagħżugħa jisimha Danielle.

Tgħallem ċedi. Il-​Bibbja tgħid: “Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux. Tkellmu f’qalbkom . . . u ibqgħu siekta.” (Salm 4:4) Innota li m’hemm xejn ħażin f’li tħossok aġitat. Il-​mistoqsija hi, X’se jiġri issa? “Jekk tħalli lil ħaddieħor jipprovokak,” jgħid raġel żagħżugħ jismu Richard, “tkun qed tagħtih il-​jedd fuqek. Għala ma tipprovax tkun matur u tagħlaq għajn waħda?” Jekk tagħmel dan, tkun qed tikkontrolla r-​rabja tiegħek minflok ma tħalli r-​rabja tiegħek tikkontrolla lilek.

a Xi ismijiet f’dan l-​artiku ġew mibdulin.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • ‘Warrbuhom kollha, il-​korla, ir-​rabja, il-​ħażen, it-​tgħajjir, u l-​kliem oxxen minn fommkom.’—Kolossin 3:8.

  • “Min qed iħares fommu u lsienu qed iħares ruħu mill-​inkwiet.”—Proverbji 21:23.

  • “Id-​dehen taʼ bniedem itaffilu r-​rabja tiegħu.”—Proverbji 19:11.

Daniel

DANIEL

“Kul ikel bnin u ixrob ħafna ilma. Innotajt li t-​temperament tiegħi hu assoċjat direttament maʼ dak li nagħżel li niekol.”

Natalie

NATALIE

“Li titgħallem tikkontrolla t-​tempra tiegħek hu parti milli tħalli t-​tfulija u ssir adult. It-​tfal ġeneralment jargumentaw u jikkustinjaw, imma adulti maturi jafu kif għandhom jiddiskutu l-​affarijiet bil-​kalma.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja