LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/15 pp. 10-11
  • Żjara fil-Kosta Rika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fil-Kosta Rika
  • Stenbaħ!—2015
Stenbaħ!—2015
g 1/15 pp. 10-11
Dehra mill-ajru tul ix-xatt tal-Kosta Rika

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fil-​Kosta Rika

Mappa tad-dinja li turi fejn qiegħda l-Kosta Rika

ĦAMES sekli ilu, l-​Ispanjoli żaru dan il-​post għall-​ewwel darba. Huma sejħulu l-​Kosta Rika (il-​Kosta r-​Rikka), billi ħasbu li hemmhekk kienu se jsibu abbundanza taʼ deheb—tfittxija li kienet fiergħa. Illum, din l-​art hi magħrufa bħala waħda fost dawk li għandhom bijodiversità l-​iktar rikka fid-​dinja u mhux bħala sors taʼ metalli taʼ valur.

In-​nies tal-​Kosta Rika huma magħrufin bħala Ticos, kelma li tiġi mill-​użanza tagħhom f’li jżidu “-​ico” fit-​tarf taʼ xi kliem biex jifformaw id-​diminuttiv. Pereżempju, minflok ma jgħidu “un momento” (stenna mument), għandhom mnejn jgħidu “un momentico” (stenna mument żgħir). Fit-​taħdit taʼ kuljum spiss jgħidu “¡pura vida!” (ħajja pura!) biex jesprimu l-​apprezzament tagħhom jew biex jaqblu maʼ dak li jkun jew inkella biex jgħidu “hello” jew “ċaw.”

Żrinġ tas-siġar t’għajnejh ħomor

Il-foresti tal-Kosta Rika għandhom varjetà tal-għaġeb taʼ pjanti u annimali, bħal dan iż-żrinġ tas-siġar t’għajnejh ħomor (Agalychnis callidryas)

Wieħed mill-​iktar platti favoriti tal-​Kosta Rika hu l-​gallo pinto (li letteralment tfisser “serduq ittikkjat”)—ross u fażola msajrin separatament u mbagħad flimkien mal-​ħwawar. Il-​gallo pinto jistaʼ jiġi servut għall-​kolazzjon, għall-​ikla taʼ nofsinhar, jew għal dik taʼ filgħaxija. Ix-​xarba tradizzjonali hi l-​café chorreado—misħun li jgħaddi minn passatur tad-​drapp bil-​kafè ġo fih li jkun imdendel ġo stand tal-​injam.

Hemm xi 450 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​Kosta Rika. Il-​laqgħat tagħhom isiru b’10 lingwi, inkluż il-​Lingwa tas-​Sinjali tal-​Kosta Rika u żewġ lingwi indiġeni tal-​Kosta Rika—il-​Bribri u l-​Cabecar.

KONT TAF? Mijiet taʼ sferi tal-​ġebel magħmulin bis-​sengħa nstabu fil-​Kosta Rika. L-​ikbar waħda minnhom għandha dijametru taʼ 2.4 metri. Hu stmat li wħud minnhom għandhom iżjed minn 1,400 sena. Ħadd ma jaf fiċ-​ċert għala saru!

Sferi tal-ġebel mill-qedem fil-Kosta Rika

Sferi tal-ġebel

FATTI INTERESSANTI

  • Popolazzjoni: 4,878,000

  • Belt Kapitali: San José

  • Lingwa uffiċjali: L-​Ispanjol

  • Pajjiż: Witat mal-​kosta. Muntanji fiċ-​ċentru

  • Gvern: Repubblika demokratika

KEMM TAF?

Liema taħseb li għandha l-​Kosta Rika minn dawn li ġejjin?

  1. Waħda mill-​ogħla rati taʼ edukazzjoni fl-​Emisfera tal-​Punent

  2. Armata żviluppata ħafna

  3. Gżira li fiha saru ’l fuq minn 500 spedizzjoni għat-​tfittxija taʼ teżori moħbijin

Tweġibiet: A u Ċ. Iċ-​Ċ tirreferi għall-​Gżira Cocos, kważi 560 kilometru mill-​Punent tal-​art.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja