LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/15 pp. 12-13
  • “Nirrifjuta li noqgħod nhewden fuq il-marda tiegħi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Nirrifjuta li noqgħod nhewden fuq il-marda tiegħi”
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • Tħallix il-Mard Jisraqlek il-Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Xi ngħidu jekk għandi problema taʼ saħħa? (It-3 parti)
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Mard Kroniku—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Xi Ngħidu Jekk Għandi Problema taʼ Saħħa? (It-2 Parti)
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 1/15 pp. 12-13

“Nirrifjuta li noqgħod nhewden fuq il-​marda tiegħi”

“Kelli bżonn l-​għajnuna biex nidħol u noħroġ mis-​sodda. Kont inweġġaʼ biex nimxi. Griżmejja ngħalqu, u għalhekk ma stajtx niblaʼ l-​pilloli tal-​uġigħ. Beda jkolli feriti li ma setgħux ifiqu, uħud minnhom maż-​żmien ikkankraw. Kelli l-​ulċeri fl-​istonku u ħruq taʼ stonku kbir. Ma fhimtx x’kien qed jiġrili. Kelli biss għaxar snin.”—Elisa.

Elisa taqsam il-messaġġ tal-Bibbja

Minkejja l-limitazzjonijiet tagħha, Elisa tieħu pjaċir tgħallem lil ħaddieħor dwar il-Bibbja

L-​ISKLERODERMA—li tfisser “ġilda iebsa”—hija kelma li tintuża biex tiddeskrivi mard li jolqot xi 2.5 miljun persuna madwar id-​dinja. It-​tip taʼ marda li ġeneralment tidher fit-​tfal hi l-​iskleroderma lokalizzata, li fil-​biċċa l-​kbira tinvolvi li t-​tessuti tal-​ġilda jibbiesu.

Però, meta kellha għaxar snin, lil Elisa nstabitilha l-​iskleroderma sistemika—kundizzjoni li tistaʼ teffettwa serjament mhux biss il-​ġilda imma wkoll kif jaħdmu l-​organi ġol-​ġisem, inkluż il-​kliewi, il-​qalb, il-​pulmun, u s-​sistema gastro-​intestinali. It-​tobba ħasbu li l-​kura kienet se ttawwal il-​ħajja t’Elisa b’ħames snin biss. Issa, xi 14-​il sena wara, għadha ħajja minkejja dak li stennew it-​tobba. Għalkemm mhix imfejqa, għandha attitudni pożittiva lejn il-​ħajja. Stenbaħ! tkellem maʼ Elisa dwar il-​marda tagħha u dwar is-​saħħa li għandha biex tkampa.

Meta ndunajt li kont ma tiflaħx?

Meta kelli disaʼ snin, kelli qatgħa fil-​minkeb, u kienet estremament taʼ wġigħ. Il-​ferita kibret u ma riditx tfiq. Test tad-​demm wera li kelli l-​iskleroderma sistemika. Minħabba li saħħti kienet qed tmur lura bħal granċ, kellna nsibu tabib li kellu l-​esperjenza fil-​kura tal-​iskleroderma.

Xi rriżulta mit-​tfittxija?

Sibna rewmatologa. Qalet lill-​ġenituri li l-​kimoterapija tistaʼ ġġiegħel lill-​iskleroderma tnaqqas u testendili ħajti b’ħames snin, bil-​possibbiltà li l-​marda li għandi tieqaf temporanjament. L-​iżvantaġġ kien li l-​kimoterapija setgħet iddgħajjifli s-​sistema tal-​immunità. Jekk saħansitra nieħu riħ stajt immut.

Ovvjament, l-​agħar ma ġarax.

Le, nirringrazzja lil Alla għadni ħajja. Madankollu, meta kelli xi 12-​il sena, beda jkolli wġigħ qawwi f’sidri li kien idum xi 30 minuta, kultant darbtejn kuljum. Tant kien ikun qawwi li kien iġegħelni ngħajjat.

X’kienet il-​kawża?

It-​tobba sabu li l-​livell tal-​emoglobina tiegħi kien tant baxx li kont fil-​periklu u qalbi kienet qed tippompja iktar iebes biex twassal id-​demm lejn moħħi. Fi żmien ftit ġimgħat, il-​kura solviet il-​problema. Imma f’dak iż-​żmien, niftakarni naħseb li minn jum għall-​ieħor setaʼ jiġrili minn kollox. Ħassejtni bla tama iżjed minn qatt qabel, bħallikieku ma kelli ebda kontroll fuq dak li kien qed jiġrili.

Għaddew xi 14-​il sena mindu nstab x’għandek. Kif inhi saħħtek issa?

Għadni muġugħa, u għandi mard ieħor relatat mal-​iskleroderma. Dan jinkludi l-​ulċeri, il-​fibrożi tal-​pulmun, u ħruq taʼ stonku qawwi. Xorta waħda, nirrifjuta li noqgħod nhewden fuq il-​marda tiegħi jew li naħli l-​ħin inħossni mdejqa. Għandi affarijiet oħra x’nagħmel.

Bħal xiex?

Inħobb inpinġi, inħit, nagħmel il-​ġojjellerija. Imma l-​iktar importanti, bħala Xhud taʼ Ġeħova, nieħu sehem fix-​xogħol tat-​tagħlim tal-​Bibbja. Anki meta ma nkunx nistaʼ nimxi sad-​djar tan-​nies, inkun nistaʼ ngħin lil Xhieda oħrajn li jikkonduċu studji tal-​Bibbja maʼ nies fl-​inħawi tagħna. Anki kelli studenti tiegħi stess. Il-​ministeru jagħtini skop fil-​ħajja.

Għala tieħu sehem f’dan ix-​xogħol meta diġà għandek problemi personali x’tiffaċċja?

Naf li l-​informazzjoni li naqsam man-​nies hi vitali u taʼ benefiċċju. Barra minn hekk, meta nkun medhija ngħin lil ħaddieħor b’dan il-​mod, inkun iktar ferħana. Saħansitra nħossni iżjed f’saħħti! Matul dak il-​perijodu qasir, ninsa li jien marida.

Xi rwol għandha l-​Bibbja fil-​ħarsa pożittiva tiegħek?

Tfakkarni li t-​tbatija tiegħi—u dik taʼ ħaddieħor ukoll—hi biss temporanja. Rivelazzjoni 21:4 jgħid li fiż-​żmien imwaqqat tiegħu, Alla “jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.” Meta naħseb dwar skritturi bħal din, il-​fidi tiegħi fil-​wegħda t’Alla għal futur sabiħ tissaħħaħ—mhux biss għal dawk li jbatu b’mard kroniku imma għal kulħadd.

Għal iktar informazzjoni dwar dak li tgħallem il-​Bibbja rigward il-​mard u l-​wegħdi t’Alla għall-​futur, ara kapitlu 3 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? disponibbli f’www.pr418.com/mt. Ukoll fuq jw.org/mt biex tara l-​artiklu “Mard Kroniku—Tistaʼ Tgħin il-​Bibbja?” Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja