LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/15 pp. 14-15
  • Żammet sod mat-twemmin tagħha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żammet sod mat-twemmin tagħha
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • It-​Tobba Jikkunsidraw mill-​Ġdid il-​Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—1998
  • Tkompli Tiżdied il-Ħtieġa għal Mediċina u Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—2000
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Alternattivi taʼ Kwalità Għal Trasfużjoni
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 9/15 pp. 14-15

Żammet sod mat-​twemmin tagħha

Intervista maʼ Song Hee Kang

Song Hee Kang

Meta Song Hee kellha 11-​il sena, ommha indunat li dahar it-​tifla kien milwi b’mod mhux normali. It-​tabib sab li kellha l-​iskoljosi, liwja laterali, jew fil-​ġenb, tax-​xewka tad-​dahar, il-​forma tal-​ittra “Ċ” jew “S.” Il-​kundizzjoni taʼ Song Hee tant ħżienet li kellha bżonn operazzjoni. Imma Song Hee ma kinitx se taċċetta trasfużjoni tad-​demm. “Stenbaħ!” staqsieha dwar l-​esperjenza tagħha.

Meta għall-​ewwel it-​tobba sabu x’kellek, setgħu jgħinuk?

Għal xi tliet snin, kont taħt l-​osservazzjoni taʼ żewġ tobba, imma dahri kompla jintlewa. Fil-​fatt, il-​kundizzjoni li kelli tant ħżienet li x-​xewka taʼ dahri bdiet tagħfas fuq qalbi u l-​pulmun, u b’hekk sar diffiċli nieħu n-​nifs. Il-​pass li kien imiss nieħu u li ma stajtx nevitah kien li niġi operata.

Qbilt li ssirlek operazzjoni?

Iva. Imma ntqalli li l-​operazzjoni kellha tkun diffiċli. Sa dan iż-​żmien, il-​liwja li kelli f’dahri kienet taʼ 116-​il grad, li hi gravi. Madankollu, fil-​każ tiegħi, l-​operazzjoni ppreżentat sfida speċjali. Minħabba l-​konvinzjonijiet reliġjużi tiegħi, li huma bbażati fuq il-​Bibbja, ma kontx se naċċetta trasfużjoni tad-​demm.a

Sibt kirurgu li kien lest li joperak?

Jien u ommi morna għand speċjalista fi Florida, l-​Istati Uniti tal-​Amerika, fejn noqogħdu. Iżda, meta għedtlu li ma kontx se naċċetta demm, qalli li l-​ebda kirurgu ma kien se jagħmilli operazzjoni daqshekk komplikata f’dawn iċ-​ċirkustanzi. Iktar minn hekk, qal li stajt ma nagħlaqx l-​20 sena jekk ma niġix operata. Kelli biss 14-​il sena.

Spjegajtlu r-​raġuni għad-​determinazzjoni tiegħek?

Iva. Għedtlu li t-​twemmin tiegħi kien ibbażat fuq il-​Bibbja, u għedt ukoll li Alla stqarr li d-​demm hu sagru, kemm jekk ikun tal-​bniedem u kemm tal-​annimal.b Għal wieħed Iżraeli, saħansitra li jiekol id-​demm kien offiża li l-​kastig għaliha kien il-​mewt!c Urejtu wkoll Atti 15:19, 20. Dawn il-​versi huma indirizzati lill-​Kristjani, u parti minnhom tgħid: ‘Tbiegħdu . . . mid-​demm.’ Dan ifisser li m’għandux jittieħed fil-​ġisem taʼ bniedem bl-​ebda mod—la mill-​ħalq u lanqas mill-​vina.

Kif wieġeb il-​kirurgu?

Xorta insista li kellu jagħtini trasfużjoni tad-​demm. B’sorpriża, mill-​isptar intqalli li jekk naċċetta d-​demm, l-​operazzjoni kienet se tiġini b’xejn.

Dik offerta! X’għamilt?

Għalkemm ħadd ma kien lest jagħmilli l-​operazzjoni mingħajr demm, iddeċidejt li nżomm sod mat-​twemmin tiegħi. Imbagħad, l-​affarijiet saru terġaʼ iżjed komplikati. Legalment, kont għadni minuri. Allura, minħabba li l-​kundizzjoni kienet qed issir kritika, il-​każ tiegħi kellu jinstemaʼ l-​qorti. B’ferħ, madankollu, l-​avukat tal-​istat taʼ Florida tani 30 ġurnata biex insib kirurgu li kien se jirrispetta x-​xewqat tiegħi.

Sibt lil xi ħadd?

Iva! Il-​Kumitat taʼ Koordinazzjoni mal-​Isptarijiet lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova b’qalb tajba kkuntattja speċjalista tal-​iskoljosi fi New York li kien pożittiv dwar l-​operazzjoni u qabel li jarani. B’hekk ilħaqna ż-​żmien li tatna l-​qorti.d

Kif marret l-​operazzjoni?

Kienet suċċess mill-​bidu sal-​aħħar! Biex jiddrittali l-​ispina, il-​kirurgu, Dr. Robert M. Bernstein, f’dahri daħħalli vireg li jistgħu jiġu aġġustati. Hu għamel l-​operazzjoni f’darbtejn, waħda ġimagħtejn wara l-​oħra.

Għala f’darbtejn?

Kieku l-​ewwel operazzjoni kienet irriżultat f’telf sostanzjali taʼ demm, l-​intervall kien jagħti ċ-​ċans lil ġismi biex jipproduċi iżjed ċelluli ħomor tad-​demm qabel it-​tieni operazzjoni. Kif żvolġew l-​affarijiet, tlift veru ftit demm fiż-​żewġ operazzjonijiet, grazzi għall-​ippjanar tajjeb, is-​sengħa, u x-​xogħol bir-​reqqa tat-​tim kirurġiku. Ukoll, fiqt malajr, u ma kellix il-​komplikazzjonijiet li jiġu mit-​trasfużjoni tad-​demm.e

Il-​kirurgu tiegħek kif ħassu dwar ir-​riżultat?

It-​tobba għandhom iqisu lill-​pazjent innifsu

Kien sodisfatt! “Il-​kura medika,” hu qal, “mhix biss dwar li wieħed jopera.” Hu ħass li t-​tobba għandhom iqisu lill-​pazjent innifsu, inkluż it-​twemmin u l-​valuri tiegħu. Ħafna nies li mhumiex Xhieda taʼ Ġeħova jaqblu mija fil-​mija maʼ dan il-​ħsieb.

a Omm Song Hee hi waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Song Hee għandha l-​istess twemmin bħal t’ommha u tgħammdet taʼ 16-​il sena fl-​2012.

b Ġenesi 9:3-5.

c Levitiku 17:10-14.

d Il-​Kumitati taʼ Koordinazzjoni mal-​Isptarijiet jgħinu lill-​pazjenti li huma Xhieda taʼ Ġeħova jsibu tobba li jipprovdu kura medika tajba mingħajr l-​użu tat-​trasfużjonijiet tad-​demm.

e F’artiklu dwar ir-​riskji tat-​trasfużjoni tad-​demm, il-​Clinical Excellence Commission, New South Wales, l-​Awstralja, jistqarr: “It-​trasfużjoni tad-​demm hi trapjant taʼ nisġa taʼ ċelluli ħajja. Fi kwalunkwe trapjant, il-​ġisem uman minnu nnifsu jirreaġixxi kontra xi ħaġa barranija. L-​implikazzjonijiet għas-​sigurtà tas-​saħħa huma sinifikanti.”

FATTI DWAR L-ISKOLJOSI

Dijagramma taʼ xewka tad-dahar milwija

Sinsla milwija

  • L-​iskoljosif mhix kaġunata b’qagħda ħażina jew b’nuqqas taʼ kalċju

  • Id-​deformitajiet fis-​sinsla tad-​dahar ma jittiħdux

  • Il-​bust ortopediku ma jiddrittax is-​sinsla iżda jistaʼ jnaqqas iktar tgħawwiġ tad-​dahar

  • L-​operazzjoni tal-​iskoljosi ma teffettwax it-​tqala fil-​futur

  • M’hemmx prevenzjoni li nafu biha għal ħafna deformitajiet fis-​sinsla tad-​dahar

  • It-​tipjip ifixkel il-​fejqan fl-​għadam

f Sorsi: Spinal Deformity: Scoliosis and Kyphosis—A Handbook for Patients; “Diseases and Conditions—Scoliosis,” minn Mayo Clinic Staff, Mayo Clinic, l-​Istati Uniti tal-​Amerika.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja