LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/15 pp. 12-13
  • Meta xi ħadd maħbub ikun marid

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta xi ħadd maħbub ikun marid
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Meta tkunu l-​isptar
  • Int Għandek id-Dritt li Tagħżel
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
  • Komplu Kunu Paċenzjużi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Kif Ipprovajt Nieħu Deċiżjonijiet Għaqlin
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2015
g 11/15 pp. 12-13

Meta xi ħadd maħbub ikun marid

“Meta missieri kien wasal biex joħroġ mill-​isptar, tlabna lit-​tabib jirrivedi r-​riżultati tat-​test tad-​demm magħna. It-​tabib assigurana li r-​riżultati kienu normali, imma b’qalb tajba mar iġibhom. Baqaʼ sorpriż meta ra li tnejn minnhom kienu ogħla milli suppost! Talab apoloġija u sejjaħ speċjalista. Missieri issa sejjer tajjeb. Imma aħna ferħanin ħafna li għamilnielu l-​mistoqsijiet.”—Maribel.

Mara tgħin lil żewġha jagħmel lista tas-sintomi u l-mediċini tiegħu

Qabel l-appuntament, agħmel lista tas- sintomi u l-mediċini

L-​appuntamenti mat-​tobba u li jkollok tibqaʼ l-​isptar jistgħu jkunu stressanti ħafna. Bħalma turi l-​esperjenza taʼ Maribel, l-​għajnuna taʼ ħabib jew qarib tistaʼ tkun taʼ siwi—anki saħansitra ssalva l-​ħajja. Kif tistaʼ tgħin lil xi ħadd maħbub?

Qabel iż-​żjara. Għin lill-​pazjent jagħmel lista taʼ sintomi li għandu kif ukoll kwalunkwe mediċina jew suppliment li jieħu. Ukoll, ikteb kwalunkwe mistoqsija li jrid jistaqsi lit-​tabib. Għin lil ħabibek jiftakar kwalunkwe dettall tal-​kundizzjoni tiegħu jew l-​istorja medika tal-​familja li għandha x’taqsam mal-​marda. Tassumix li t-​tabib diġà jaf dawn id-​dettalji jew li se jistaqsi lill-​pazjent dwarhom.

Waqt li tabib jitkellem maʼ koppja, il-mara tieħu n-noti

Oqgħod attent, staqsi mistoqsijiet bir-rispett, u ħu n-noti

Matul iż-​żjara. Kun ċert li int u l-​pazjent tifhmu x’jgħid it-​tabib. Staqsi l-​mistoqsijiet, imma tinsistix fuq l-​opinjonijiet tiegħek. Ippermetti lill-​pazjent jistaqsi l-​mistoqsijiet u jitkellem għalih innifsu. Oqgħod attent u ħu n-​noti. Staqsi dwar għażliet tal-​kura. F’xi każijiet, forsi jkun għaqli li tissuġġerixxi lill-​pazjent jieħu opinjoni oħra.

Il-koppja tirrivedi n-noti li ħadet fl-uffiċċju tat-tabib

Irrivedi d-direzzjonijiet tat-tabib, u ċċekkja r-riċetta li jagħti

Wara ż-​żjara. Irrivedi l-​appuntament mal-​pazjent. Kun ċert li jixtri l-​mediċina t-​tajba. Inkuraġġih jieħu l-​mediċina skont ir-​riċetta tat-​tabib u biex jinforma lit-​tabib immedjatament jekk ikollu reazzjoni ħażina għaliha. Ħeġġeġ lill-​pazjent iżomm ħarsa pożittiva, u inkuraġġih isegwi kwalunkwe istruzzjoni oħra, bħal li jerġaʼ jara tabib. Għinu jsir jaf iżjed dwar il-​marda tiegħu.

Meta tkunu l-​isptar

Mara u min jiħodilha ħsieb saħħitha jitkellmu maʼ membru tal-istaff tal-isptar

Kun ċert li l-formoli kollha jimtlew sew

Ibqaʼ kalm u moħħok hemm. Pazjent li jkun dieħel l-​isptar jistaʼ jħossu inkwetat u li ma jistaʼ jagħmel xejn. Billi tkun kalm u moħħok hemm, tkun tistaʼ tgħin lil kulħadd jirrilassa u wkoll biex ma jsirux żbalji. Kun ċert li l-​formoli tad-​dħul jimtlew sew. Irrispetta d-​dritt tal-​pazjent li jieħu deċiżjonijiet mediċi informati. Jekk tant ikun marid li ma jkunx jistaʼ jagħmel dan, onora x-​xewqat li kien niżżel bil-​miktub u l-​awtorità tal-​qraba tiegħu jew taʼ min jiħodlu ħsieb saħħtu.a

Waqt li mara tkun mimduda fuq sodda l-isptar, min jiħodilha ħsieb saħħitha jitkellem maʼ tabib

Bir-rispett aqsam l-osservazzjonijiet tiegħek mal-istaff

Ħu l-​inizjattiva. Tibżax titkellem. L-​apparenza rispettabbli u l-​manjieri tajbin tiegħek jistgħu jqanqlu lit-​tim mediku jieħdu iżjed interess fil-​pazjent u saħansitra jiġu mmotivati jtejbu l-​kwalità taʼ kif jieħdu ħsiebu. F’ħafna sptarijiet, diversi tobba jżuru lill-​pazjenti. Tistaʼ tgħinhom billi ssemmilhom dak li membri oħra tal-​istaff ikunu qalu. Int taf lill-​pazjent, għalhekk ikun tajjeb li tiġbdilhom l-​attenzjoni għal kwalunkwe bidla fiżika jew mentali li tinnota fih.

Waqt li mara tirkupra fis-sodda l-isptar, min jiħodilha ħsieb saħħitha jitkellem maʼ ners

Agħmel li tistaʼ mingħajr ma tkun taʼ xkiel

Uri rispett u gratitudni. L-​istaff tal-​isptar spiss jaħdmu taħt kundizzjonijiet stressanti. Ittrattahom kif tixtieq tiġi ttrattat int. (Mattew 7:12) Uri rispett għat-​taħriġ u l-​esperjenza tagħhom, fiduċja fl-​abbiltà tagħhom, u gratitudni għall-​isforz tagħhom. Apprezzament bħal dan jistaʼ jinkuraġġihom jagħmlu l-​almu tagħhom.

Ħadd ma jistaʼ jevita li jimrad. Imma permezz taʼ ħsieb minn qabel u assistenza prattika, tistaʼ tgħin ħabib jew qarib jagħmel l-​aħjar li jistaʼ f’sitwazzjoni diffiċli.—Proverbji 17:17.

a Liġijiet u prattiki rigward id-​drittijiet u d-​dmirijiet tal-​pazjent ivarjaw minn pajjiż għal ieħor. Kun ċert li d-​dokumenti tal-​pazjent li fihom ikun hemm imniżżel ix-​xewqat tiegħu jkunu mimlijin u aġġornati.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja