LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 2 pp. 10-11
  • Kif ikunu responsabbli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif ikunu responsabbli
  • Stenbaħ!—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’JINVOLVI LI TKUN RESPONSABBLI?
  • GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL IKUNU RESPONSABBLI?
  • KIF TGĦALLIMHOM IKUNU RESPONSABBLI
  • L-importanza tal-faċendi
    Stenbaħ!—2017
  • 8 L-eżempju
    Stenbaħ!—2018
  • Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tħarreġ lil Uliedek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kif tgħallmu lil uliedkom
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 2 pp. 10-11
Missier jgħin lil ibnu jsaqqi pjanta

IR-4 LEZZJONI

Kif ikunu responsabbli

X’JINVOLVI LI TKUN RESPONSABBLI?

In-​nies li huma responsabbli huma nies taʼ min joqgħod fuqhom. Jekk titlobhom biex jagħmlu xi ħaġa, tistaʼ sserraħ moħħok li se jagħmluha sew u fil-​ħin.

It-​tfal jistgħu jitgħallmu jkunu responsabbli saħansitra minn età żgħira ħafna. “Meta t-​tfal ikollhom 15-​il xahar jagħmlu dak li jgħidulhom il-​ġenituri. Meta jkollhom sena u nofs, huma jkunu jixtiequ jagħmlu kwalunkwe ħaġa li jkunu qed jagħmlu l-​ġenituri tagħhom,” jgħid il-​ktieb Parenting Without Borders. “F’ħafna kulturi, meta t-​tfal ikollhom bejn ħames u sebaʼ snin, il-​ġenituri jibdew juruhom kif jistgħu jgħinu fid-​dar. Minkejja li jkunu żgħar, it-​tfal huma kapaċi jagħmlu ħafna affarijiet b’mod tajjeb.”

GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL IKUNU RESPONSABBLI?

F’xi pajjiżi, ħafna adulti żgħar imorru jgħixu għal rashom imma ma jkunux kapaċi jagħmlu dan u jerġgħu lura jgħixu mal-​ġenituri. F’xi każi, dan jiġri minħabba li l-​ġenituri qatt ma jkunu għallmuhom kif jużaw il-​flus bil-​għaqal, kif jieħdu ħsieb dar, jew kif ikunu responsabbli fil-​ħajja taʼ kuljum.

Għaldaqstant, ikun aħjar li tgħallem lit-​tfal tiegħek kif ikunu responsabbli issa sabiex ikunu jafu x’għandhom jagħmlu meta jsiru adulti. “M’għandekx iżżommhom jiddependu fuqek sakemm ikollhom tmintax-​il sena u mbagħad titfagħhom fil-​ħajja reali,” jgħid il-​ktieb How to Raise an Adult.

KIF TGĦALLIMHOM IKUNU RESPONSABBLI

Agħtihom jagħmlu xi xogħol fid-​dar.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “F’kull tip taʼ taħbit hemm vantaġġ.”—Proverbji 14:23.

It-​tfal żgħar ikunu ħerqanin biex jaħdmu flimkien mal-​ġenituri tagħhom. Int tistaʼ tieħdu vantaġġ minn din ix-​xewqa naturali billi tagħtihom xi xogħol x’jagħmlu fid-​dar.

Xi ġenituri jżommu lura milli jagħmlu dan. Huma jirraġunaw li t-​tfal diġà għandhom ħafna homework x’jagħmlu, allura ma jkunux iridu jżidulhom ix-​xogħol.

Madankollu, it-​tfal li jagħmlu xi xogħol fid-​dar imorru aħjar l-​iskola għax jitgħallmu jibdew u jispiċċaw kull xogħol li jingħatalhom. Barra minn hekk, il-​ktieb Parenting Without Borders jinnota li “jekk ma nħallux lil uliedna jgħinuna meta jkunu għadhom żgħar u jkunu jixtiequ jagħmlu dan, huma se jibdew jaħsbu li mhux importanti li tgħin lil oħrajn . . . Ukoll, huma jibdew jippretendu li ħaddieħor jagħmel l-​affarijiet għalihom.”

Bħalma tindika din il-​kwotazzjoni, meta t-​tfal b’mod regolari jagħmlu xogħol fid-​dar, huma jitgħallmu kif jgħinu lil oħrajn u ma jkunux egoisti. Ukoll, huma jħossuhom parti importanti mill-​familja u jifhmu li din hi xi ħaġa li għandhom jagħmlu.

Għin lit-​tfal tiegħek jerfgħu r-​responsabbiltà għall-​iżbalji tagħhom.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Ismaʼ mill-​pariri u aċċetta d-​dixxiplina, sabiex tkun tistaʼ ssir għaref fil-​futur tiegħek.”—Proverbji 19:20.

Meta t-​tfal tiegħek jiżbaljaw, bħal pereżempju jekk xi ħadd minnhom jagħmel xi ħsara fil-​propjetà taʼ ħaddieħor, taħbilhomx. It-​tfal jistgħu jaċċettaw il-​konsegwenzi. Pereżempju, f’dan il-​każ jistgħu jiskużaw ruħhom u forsi saħansitra jsewwu l-​ħsara.

Meta t-​tfal jifhmu li huma responsabbli għall-​iżbalji tagħhom, dawn se jiġu megħjuna biex . . .

  • ikunu onesti u jammettu l-​iżbalji tagħhom

  • jevitaw li jwaħħlu f’ħaddieħor

  • ma joqogħdux iġibu skużi

  • jitolbu maħfra, meta jkun xieraq

Missier jgħin lil ibnu jsaqqi pjanta

ĦARRIĠHOM ISSA

Tfal li jiġu mgħallma jkunu responsabbli se jkunu kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom aħjar meta jsiru adulti

Għallem bl-​eżempju

  • Jien bieżel, organizzat, u puntwali?

  • It-​tfal tiegħi jarawni nagħmel xogħol fid-​dar?

  • Nirrikonoxxi jien l-​iżbalji tiegħi u saħansitra niskuża ruħi meta jkun xieraq?

Dak li għamilna . . .

“Meta kont inkun qed insajjar, it-​tfal kienu jgħinuni minn età żgħira. Jekk kont inkun qed nitwi, kienu jitwu ftit huma wkoll. Jekk kont infarfar, kienu jfarfru. Huma kienu jieħdu pjaċir jagħtu daqqa t’id. Kienu kuntenti li jkunu ħdejja u jagħmlu dak li nkun qed nagħmel jien. Hekk tgħallmu jkunu responsabbli.”—Laura.

“Darba qabbadt lit-​tifel iż-​żgħir tagħna biex iċempel lil ħabiba tal-​familja u jiskuża ruħu talli kien pastaż. Matul is-​snin, hu kellu jiskuża ruħu diversi drabi talli kien jgħaddi rimarki xejn sbieħ għalkemm veri. Imma issa tgħallem jiskuża ruħu minn jeddu meta jiżbalja.”—Debra.

IL-​BENEFIĊĊJI TAL-​KONSEGWENZI

“Meta t-​tfal jiżbaljaw hu importanti li l-​ġenituri jiftakru li uliedhom se jitgħallmu lezzjonijiet taʼ valur mill-​iżbalji tagħhom,” tikteb l-​edukatriċi Jessica Lahey fir-​rivista Atlantic. “Kull sena kelli studenti li kienu jiżbaljaw u li l-​ġenituri tagħhom ma kinux jipproteġuhom mill-​konsegwenzi tal-​iżbalji. Minflok, il-​ġenituri kienu jgħinu lil uliedhom jikkoreġu n-​nuqqasijiet tagħhom. Dawn l-​istudenti kienu l-​iktar studenti ferħanin u li rnexxew.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja