LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 2 pp. 12-13
  • Il-valur taʼ gwida minn adult

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-valur taʼ gwida minn adult
  • Stenbaħ!—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’TINVOLVI GWIDA MINN ADULT?
  • GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL IKOLLHOM GWIDA MINN ADULT?
  • KIF TIPPROVDILHOM GWIDA
  • L-Adoloxxenza Preparazzjoni Biex Isiru Adulti
    Stenbaħ!—2011
  • Pariri li Tistaʼ Tafdahom dwar it-Trobbija tat-Tfal
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Appendiċi—Il-Ġenituri Jistaqsu . . .
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 2 pp. 12-13
Mara turi lil tifla r-ritratti antiki tagħha

IL-5 LEZZJONI

Il-valur taʼ gwida minn adult

X’TINVOLVI GWIDA MINN ADULT?

It-​tfal għandhom bżonn direzzjoni u pariri minn adulti. Bħala ġenitur, int qiegħed fl-​aħjar pożizzjoni biex twettaq dan l-​irwol; infatti, hu d-​dmir tiegħek. Madankollu, anki adulti oħrajn jistgħu jgħinu u jagħtu pariri lit-​tfal tiegħek.

GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL IKOLLHOM GWIDA MINN ADULT?

F’ħafna pajjiżi, iż-​żgħar ftit li xejn jagħmluha mal-​adulti. Ikkunsidra dan:

  • It-​tfal iqattgħu l-​biċċa l-​kbira tal-​ħin tagħhom l-​iskola, fejn ikun hemm ħafna iktar studenti milli għalliema u adulti oħra.

  • Wara l-​iskola, meta jaslu d-​dar, xi tfal ikunu waħedhom għax il-​ġenituri t-​tnejn ikollhom jaħdmu.

  • Studju fl-​Istati Uniti sab li t-​tfal bejn 8 u 12-​il sena bħala medja jqattgħu madwar 6 sigħat kuljum jaraw it-​televixin, jisimgħu l-​mużika, u jilagħbu logħob elettroniku.a

Il-​ktieb Hold On to Your Kids jgħid: ‘It-​tfal mhux qed imorru għand ommhom, missierhom, għalliema, u adulti responsabbli oħra għal istruzzjoni, eżempju, u gwida imma lejn dawk taʼ tamparhom.’

KIF TIPPROVDILHOM GWIDA

Qattaʼ ħin mat-​tfal tiegħek.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Ħarreġ tifel skond it-​triq xierqa għalih; lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.”—Proverbji 22:6.

It-​tfal b’mod naturali jmorru għand il-​ġenituri tagħhom għall-​gwida. Infatti, l-​esperti jgħidu li anki meta t-​tfal isiru adoloxxenti, huma jippreferu li jkunu l-​ġenituri tagħhom li jagħtuhom pariri milli dawk taʼ tamparhom. “Il-​ġenituri jibqgħu l-​iktar uħud li jħallu effett fuq l-​attitudni u l-​aġir tat-​tfal tagħhom matul l-​adoloxxenza u fil-​ftit snin taʼ wara,” jikteb Dr. Laurence Steinberg fil-​ktieb You and Your Adolescent. Hu jżid jgħid: “L-​adoloxxenti jimpurtahom minn dak li taħseb int u jisimgħu dak li tgħidilhom, anki jekk mhux dejjem se jammettu dan jew jaqblu maʼ kulma tgħidilhom.”

Ladarba t-​tfal tiegħek ikunu jridu l-​gwida tiegħek, ħu vantaġġ minn dan u agħmel kulma tistaʼ biex tagħtihielhom. Qattaʼ ħin mat-​tfal tiegħek u aqsam magħhom dak li taħseb, il-​valuri, u l-​esperjenzi tiegħek.

Sib lil xi ħadd li jkun taʼ eżempju għalihom.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref.”—Proverbji 13:20.

Tistaʼ taħseb f’xi adult li jistaʼ jkun taʼ eżempju tajjeb għat-​tfal tiegħek? Għax ma tagħmilx arranġament biex dik il-​persuna tqattaʼ ħin magħhom? Naturalment, dan ma jfissirx li xi ħadd ieħor se jkun responsabbli għat-​tfal tiegħek. Flimkien mat-​taħriġ li tagħti inti, anki adult li taf li mhux se jweġġaʼ lit-​tfal tiegħek jistaʼ jgħinhom. Fil-​Bibbja nsibu l-​eżempju taʼ Timotju. Anki bħala adult, hu bbenefika bil-​kbir mis-​sħubija li kellu mal-​appostlu Pawlu, u Pawlu bbenefika mill-​ħbiberija taʼ Timotju.—Filippin 2:20, 22.

Illum, ħafna familji m’għadhomx jgħixu flimkien fl-​istess dar jew fil-​viċin, u jistaʼ jkun li n-​nanniet, iz-​zijiet, u qraba oħra jgħixu f’pajjiż ieħor. Jekk dan hu minnu fil-​każ tiegħek, ipprova oħloq opportunitajiet biex it-​tfal tiegħek iqattgħu ħin maʼ adulti li għandhom kwalitajiet li tixtieq tara fihom.

a L-​istudju sab li bħala medja, l-​adoloxxenti jqattgħu kważi disaʼ sigħat kuljum f’din ir-​rikreazzjoni. Dawn l-​istatistiki dwar it-​tfal u l-​adoloxxenti ma jinkludux il-​ħin li jkunu fuq l-​internet l-​iskola jew waqt li jkunu qed jagħmlu l-​homework.

Mara turi lil tifla r-ritratti antiki tagħha

ĦARRIĠHOM ISSA

Tfal li jduru lejn adulti għal gwida għandhom iktar ċans li juru għerf u maturità meta jikbru

Għallem bl-​eżempju

  • Jien eżempju tajjeb għat-​tfal tiegħi?

  • Jaraw it-​tfal tiegħi li jien nieħu parir minn oħrajn li għandhom iktar esperjenza minni?

  • Nuri li t-​tfal tiegħi huma importanti għalija billi nqattaʼ ħin magħhom?

Dak li għamilna . . .

“Xi kultant waqt li nkun qed nagħmel xi ħaġa, it-​tifla tgħidli li tixtieq tkellimni. Jien dejjem nagħmel ċert li hi tkun prijorità, anki jekk ikolli ngħidilha biex tistenna ftit ħalli nkun nistaʼ nagħtiha l-​attenzjoni sħiħa tiegħi. Jien u marti nistinkaw ukoll biex inħallu eżempju tajjeb ħalli hi tara li aħna ngħixu bl-​istess prinċipji li ngħallmu lilha.”—David.

“Meta twieldet it-​tifla, jien u żewġi ddeċidejna li jien ma naħdimx u nibqaʼ d-​dar biex nieħu ħsiebha. Ma jiddispjaċinix minn dik id-​deċiżjoni. Hu importanti li tagħmel kulma tistaʼ biex tkun preżenti fil-​ħajja tat-​tfal ħalli jkollhom gwida u direzzjoni xierqa. Iktar importanti minn hekk, li tkun hemm juri lit-​tfal tiegħek li jimpurtak minnhom.”—Lisa.

IQATTGĦU ĦIN M’ADULTI

“It-​tfal tiegħi kibru mdawrin m’adulti differenti taʼ diversi etajiet u dan għenhom biex jaraw il-​ħajja minn diversi angoli permezz tal-​esperjenza taʼ dawn in-​nies. Pereżempju, huma baqgħu mistagħġbin meta nannti qaltilhom li meta kienet żgħira, il-​familja tagħha kienet l-​ewwel li kellhom l-​elettriku. Hi qaltilhom li n-​nies li kienu joqogħdu ħdejhom kienu jmorru d-​dar tagħhom u joqogħdu fil-​kċina u jaraw id-​dawl jintefa u jinxtegħel. Din l-​istorja wriet lit-​tfal tiegħi kemm il-​ħajja kienet differenti. Il-​fatt li semgħuha tirrakkonta għen lit-​tfal tagħna biex ikollhom iktar rispett lejha u lejn uħud kbar fl-​età. Meta t-​tfal iqattgħu iktar ħin m’adulti, u inqas maʼ dawk taʼ tamparhom, huma jkunu jistgħu jaraw il-​ħajja minn aspetti differenti.”—Maranda.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja