LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 77
  • Il-Kwisjtoni tal-Wirt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kwisjtoni tal-Wirt
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jagħti pariri dwar l-għana materjali
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-Iktar Priedka Famuża Li Qatt Ingħatat
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Int “Għani m’Alla”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 77

Kapitlu 77

Il-​Kwisjtoni tal-​Wirt

IN-​NIES b’mod evidenti jafu li Ġesù kien qed jippranza fid-​dar tal-​Fariżew. Mela huma jinġabru barra bl-​eluf u qed jistennew meta Ġesù joħroġ. Mhux bħall-​Fariżej li jopponu lil Ġesù u jippruvaw jaqbduh f’li jgħid xi ħaġa ħażina, in-​nies jisimgħuh b’mod ħerqan u b’apprezzament.

Billi jdur l-​ewwel lejn id-​dixxipli tiegħu, Ġesù jgħid: “Oqogħdu għassa għall-​ħmira tal-​Fariżej, li hi ipokrezija.” Bħalma wera matul l-​ikla, is-​sistema reliġjuża kollha tal-​Fariżej hija mimlija ipokrezija. Imma saħansitra jekk il-​ħażen tal-​Fariżej jistaʼ jkun moħbi b’turija taʼ pjetà, eventwalment dan se jiġi mikxuf. “M’hemm xejn moħbi bil-​għaqal,” igħid Ġesù, “li mhux se jiġi rrivelat, u sigriet li mhux se jsir magħruf.”

Ġesù jissokta jirrepeti l-​inkuraġġiment li hu kien ta lit-​12 meta hu kien bagħathom ’il quddiem fuq vjaġġ taʼ ppridkar fil-​Galilija. Hu jgħid: “Tibżgħux minn dawk li joqtlu lill-​ġisem u wara dan ma għandhom il-​ħila jagħmlu xejn iktar.” Ladarba Alla ma jinsiex saħansitra għasfur tal-​bejt wieħed, Ġesù jassigura lis-​segwaċi tiegħu li Alla mhux se jinsiehom. Hu jistqarr: “Meta jdaħħlukom quddiem assembleat pubbliċi u uffiċjali tal-​gvern u awtoritajiet, . . . l-​ispirtu qaddis se jgħallimkom f’dik l-​istess siegħa l-​affarijiet li għandkom tgħidu.”

Iqum jitkellem raġel mill-​folla. “Għalliem,” hu jitlob bil-​ħniena, “għid lil ħija biex jaqsam il-​wirt miegħi.” Il-​Liġi taʼ Mosè tistipula li l-​iben imwieled l-​ewwel irid jirċievi żewġ partijiet tal-​wirt, u għalhekk m’għandux ikun hemm raġuni għal kwistjoni. Imma r-​raġel mid-​dehra jrid iktar mis-​sehem legali tiegħu tal-​wirt.

Ġesù b’mod xieraq jirrifjuta li jinvolvi ruħu. “Raġel, min ħatarni mħallef jew wieħed li jqassam fuqkom?” hu jistaqsi. Hu mbagħad jagħti din it-​twissija lill-​folla: “Żommu għajnejkom miftuħin u għassu kontra kull xorta taʼ regħba, għaliex saħansitra meta wieħed għandu abbundanza l-​ħajja tiegħu ma tirriżultax mill-​affarijiet li jippossjedi.” Iva, hu kemm hu dak li raġel jistaʼ jkollu, normalment hu se jmut u se jħalli kollox warajh. Biex jenfasizza dan il-​fatt, kif ukoll biex juri l-​bluha taʼ li wieħed ma jibnix reputazzjoni tajba maʼ Alla, Ġesù juża’ tixbieha. Hu jispjega:

“Ir-​raba taʼ ċertu raġel għani pproduċa sewwa. Għaldaqstant hu beda jirraġuna bejnu u bejn ruħu, igħid, ‘X’se nagħmel, issa li m’għandi mkien fejn niġbor l-​uċuh tar-​raba tiegħi?’ Mela hu qal, ‘Se nagħmel hekk: Se nħott l-​imħażen tiegħi u nibni oħrajn akbar, u hemmhekk se niġbor il-​qamħ kollu tiegħi u l-​affarijiet tajbin kollha tiegħi; u se ngħid lil ruħi: “Ruħ, għandek ħafna affarijiet tajbin merfugħin għal ħafna snin; ħudha bil-​mod, kul, ixrob, gawdi.”’ Imma Alla qallu, ‘Ja raġel bla raġuni, dan il-​lejl qed jitolbu ruħek mingħandek. Min, mela, se jeħodhom l-​affarijiet li int ħżint?’”

Biex jagħlaq, Ġesù josserva: “Hekk jiġrilu r-​raġel li jerfaʼ teżor għalih innifsu imma li mhux għani lejn Alla.” Waqt li d-​dixxipli jistgħu ma jaqawx fin-​nassa permezz tal-​bluha taʼ li jaħżnu l-​ġid, minħabba l-​anzjetajiet tal-​ħajja taʼ kuljum tagħhom huma jistgħu faċilment jiġu aljenati milli jaqdu lil Jehovah b’ruħhom kollha. Mela Ġesù juża din l-​okkażjoni biex jirrepeti l-​parir mill-​aħjar li hu kien ta xi sena u nofs qabel fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja. Billi jdur lejn id-​dixxipli tiegħu, hu jgħid:

“Minħabba f’hekk ingħidilkom, Ieqfu milli tkunu anzjużi dwar erwieħkom inkwantu għal x’se tieklu jew dwar l-​iġsma tagħkom inkwantu għal x’se tilbsu. . . . Innotaw sewwa li ċ-​ċawl la jiżirgħu żerriegħa u lanqas jaħsdu, u la għandhom matmura u lanqas maħżen, u madankollu Alla jitmagħhom. . . . Innotaw sewwa kif jikbru l-​ġilji; huma la jitħabtu u lanqas jinsġu; imma ngħidilkom, Lanqas saħansitra Salamun fil-​glorja kollha tiegħu ma kien imżejjen bħal wieħed minn dawn. . . .

“Mela ieqfu milli tfittxu x’tistgħu tieklu u x’tistgħu tixorbu, u ieqfu milli tkunu fi stat aġitat taʼ anzjetà; għax dawn kollha huma l-​affarijiet li l-​ġnus tad-​dinja qed jiġru warajhom bil-​ħerqa, imma Missierkom jaf li għandkom bżonn dawn l-​affarijiet. Madankollu, fittxu kontinwament is-​saltna tiegħu, u dawn l-​affarijiet se jiżdidulkom.”

Il-kliem taʼ Ġesù għandu jiġi kkunsidrat mill-​qrib speċjalment matul żminijiet taʼ tbatija ekonomika. Dak li jsir anzjuż iżżejjed dwar il-​bżonnijiet materjali tiegħu u jibda jnaqqas il-​pass fil-​miri spiritwali qiegħed, fil-​fatt, juri nuqqas taʼ fidi fil-​ħila t’Alla li jipprovdi għall-​qaddejja Tiegħu. Luqa 12:​1-31; Dewteronomju 21:17.

▪ Ir-​raġel għala, forsi, jistaqsi dwar il-​wirt, u Ġesù liema twissija jagħti?

▪ Ġesù liema tixbieha juża, u liema hu l-​punt tagħha?

▪ Ġesù liema parir jirrepeti, u għala huwa xieraq?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja