LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 97
  • Ħaddiema fil-Għalqa tad-Dwieli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħaddiema fil-Għalqa tad-Dwieli
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • It-tixbiha tal-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Gwaj għall-​Għalqa tad-​Dwieli Infidila!
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • Mikxufin b’Tixbihat dwar il-Għalqa tad-Dwieli
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Żewġ tixbihat dwar l-għelieqi tad-dwieli
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 97

Kapitlu 97

Ħaddiema fil-​Għalqa tad-​Dwieli

“ĦAFNA li huma l-​ewwel,” Ġesù għadu kif qal, “se jkunu l-​aħħar, u tal-​aħħar l-​ewwel.” Issa hu juri dan billi jgħid storja. “Is-​saltna tas-​smewwiet,” jibda hu, “hi bħal wieħed raġel, sid taʼ dar, li ħareġ kmieni fil-​għodu biex jikri ħaddiema għall-​għalqa tad-​dwieli tiegħu.”

Ġesù jkompli: “Meta [sid id-​dar] kien ftiehem mal-​ħaddiema għal dinier kuljum, hu bagħathom ’il quddiem fil-​għalqa tad-​dwieli tiegħu. Waqt li ħareġ ukoll madwar it-​tielet siegħa, hu ra oħrajn bil-​wieqfa bla m’għandhom x’jagħmlu fis-​suq; u lil dawk qal, ‘Intom ukoll, morru fil-​għalqa tad-​dwieli, u dak kollu li hu ġust se nagħtikom.’ Mela marru. Jerġaʼ hu ħareġ madwar is-​sitt u d-​disaʼ siegħa u għamel l-​istess. Fl-​aħħarnett, madwar il-​ħdax-il siegħa hu ħareġ u sab oħrajn bil-​wieqfa, u qalilhom, ‘Għala kontu bil-​wieqfa hawn il-​jum kollu bla m’għandkom x’tagħmlu?’ Huma qalulu, ‘Għaliex ħadd ma kriena.’ Hu qalilhom, ‘Intom ukoll morru fil-​għalqa tad-​dwieli.’”

Sid id-​dar, jew sid il-​għalqa tad-​dwieli, huwa Alla Jehovah, u l-​għalqa tad-​dwieli hija l-​ġens taʼ Iżrael. Il-​ħaddiema fil-​għalqa tad-​dwieli huma persuni mdaħħlin fil-​patt tal-​Liġi; huma b’mod speċifiku dawk il-​Lhud li kienu jgħixu fi żmien l-​appostli. Huwa biss mal-​ħaddiema li jaħdmu l-​ġurnata kollha li jsir qbil fuq il-​paga. Il-​paga hija dinier għax-​xogħol tal-​ġurnata. Ladarba “t-​tielet siegħa” hija d-​9:00 taʼ fil-​għodu, dawk imsejħin fit-​tielet, fis-​sitt, fid-​disaʼ, u fil-​ħdax-il siegħa jaħdmu, rispettivament, 9 sigħat, 6 sigħat, 3 sigħat, u siegħa waħda biss.

Il-ħaddiema li ħadmu 12-il siegħa, jew il-​jum kollu, jirrappreżentaw lill-​mexxejja Lhud li kienu okkupati kontinwament b’servizz reliġjuż. Huma m’humiex bħad-​dixxipli taʼ Ġesù, li kienu impjegati, għall-​biċċa l-​kbira tal-​ħajjiet tagħhom, fis-​sajd jew f’impjiegi sekulari oħra. Ma kienx qabel il-​Ħarifa tas-​sena 29 E.K. li “sid id-​dar” bagħat lil Ġesù Kristu biex jiġbor lil dawn biex ikunu d-​dixxipli tiegħu. Huma b’hekk saru “l-​aħħar,” jew il-​ħaddiema tal-​għalqa tad-​dwieli li marru fil-​ħdax-il siegħa.

Fl-aħħarnett, il-​ġurnata tax-​xogħol simbolika tintemm bil-​mewt taʼ Ġesù, u jiġi ż-​żmien biex jitħallsu l-​ħaddiema. Ir-​regola mhix tas-​soltu taʼ li l-​aħħar wieħed jitħallas l-​ewwel tiġi segwita, bħalma huwa spjegat: “Meta sar fil-​għaxija, sid il-​għalqa tad-​dwieli qal lir-​raġel li kien qed jeħodlu ħsieb, ‘Sejjaħ lill-​ħaddiema u ħallashom il-​paga tagħhom, billi tissokta minn tal-​aħħar għal tal-​ewwel.’ Meta ġew l-​irġiel tal-​ħdax-il siegħa, kull wieħed irċieva dinier. Mela, meta ġew tal-​ewwel, huma kkonkludew li kellhom jirċievu iktar; imma huma wkoll irċevew il-​ħlas bir-​rata taʼ dinier. Malli rċevewh bdew igergru kontra sid id-​dar u qalu, ‘Dawn tal-​aħħar taw siegħa xogħol; xorta int għamilthom daqsna li ġarrejna t-​tagħbija tal-​jum u s-​sħana tikwi!’ Imma bi tweġiba lil wieħed minnhom hu qal, ‘Sieħeb, ma qed nagħmillek xejn ħażin. Int ftehimt miegħi għal dinier, mhux hekk? Ħu dak li hu tiegħek u mur. Jien irrid nagħti lil dan l-​aħħar wieħed l-​istess bħalek. Mhux skond il-​liġi għalija li nagħmel dak li rrid bl-​affarijiet tiegħi stess? Jew hi għajnek mill-​agħar għaliex jien tajjeb?’” B’konklużjoni, Ġesù jirrepeti punt magħmul iktar kmieni, billi jgħid: “B’dan il-​mod dawk tal-​aħħar se jkunu l-​ewwel, u tal-​ewwel l-​aħħar.”

Li jirċievu d-​dinier iseħħ, mhux mal-​mewt taʼ Ġesù, imma nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K., meta Kristu, ir-​“raġel li kien qed jeħodlu ħsieb,” isawwab spirtu qaddis fuq id-​dixxipli tiegħu. Dawn id-​dixxipli taʼ Ġesù huma bħal “tal-​aħħar,” jew il-​ħaddiema tal-​ħdax-il siegħa. Id-​dinier ma jirrappreżentax ir-​rigal tal-​ispirtu qaddis innifsu. Id-​dinier huwa xi ħaġa għad-​dixxipli biex jużawha hawn fuq l-​art. Huwa xi ħaġa li tfisser il-​għixien tagħhom, il-​ħajja taʼ dejjem tagħhom. Huwa l-​privileġġ taʼ li wieħed ikun Iżraelit spiritwali, midluk biex jippriedka dwar is-​Saltna t’Alla.

Malajr dawk li kienu mikrijin l-​ewwel josservaw li d-​dixxipli taʼ Ġesù tħallsu, u jarawhom jużaw id-​dinier simboliku. Imma huma jridu iktar minn l-​ispirtu qaddis u l-​privileġġi tas-​Saltna mseħbin miegħu. It-​tgergir u l-​oġġezzjonijiet tagħhom jieħdu l-​forma taʼ persekuzzjoni għad-​dixxipli taʼ Kristu, “l-​aħħar” ħaddiema fil-​għalqa tad-​dwieli.

Huwa dak it-​twettieq tal-​ewwel seklu l-​uniku twettieq tat-​tixbieha taʼ Ġesù? Le, il-​kleru tal-​Kristjaneżmu f’dan is-​seklu 20, minħabba l-​pożizzjonijiet u r-​responsabbiltajiet tagħhom, kienu “l-​ewwel” li ġew mikrijin għax-​xogħol fil-​għalqa tad-​dwieli simbolika t’Alla. Huma qiesu lill-​predikaturi ddedikati u assoċjati mal-​Watch Tower Bible and Tract Society bħala li huma “tal-​aħħar” f’dak li hu inkarigu validu fis-​servizz t’Alla. Imma huma, fil-​fatt, dawn l-​istess uħud, li lilhom il-​kleru maqdar, li rċevew id-​dinier​—l-​unur li jaqdu bħala ambaxxaturi midlukin tas-​Saltna tas-​sema t’Alla. Mattew 19:30–20:16.

▪ X’inhu rrappreżentat mill-​għalqa tad-​dwieli? Min huma rrappreżentati minn sid il-​għalqa tad-​dwieli u mill-​ħaddiema li ħadmu 12-il siegħa u siegħa waħda?

▪ Il-​ġurnata tax-​xogħol simbolika meta ntemmet, u l-​ħlas meta sar?

▪ X’inhu rrappreżentat mill-​ħlas tad-​dinier?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja