LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lr kap. 8 pp. 47-51
  • Hemm Oħrajn li Huma Akbar Minna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm Oħrajn li Huma Akbar Minna
  • Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Materjal Simili
  • Kif Kienet il-Ħajja fil-Ġenna tal-Art?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • Adam u Eva m’obdewx lil Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Għala Tilfu d-Dar Tagħhom
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-Bniedem Għala Jmut?
    Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!
Ara Iżjed
Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
lr kap. 8 pp. 47-51

KAPITLU 8

Hemm Oħrajn li Huma Akbar Minna

ŻGUR li taqbel li hemm persuni oħrajn li huma akbar u iktar b’saħħithom minnek u minni. Min taħseb li hu hekk?— Alla Ġeħova. Xi ngħidu għal Ibnu, l-​Għalliem il-​Kbir? Hu akbar minna?— Dażgur li hu.

Ġesù kien għex m’Alla fis-​sema. Hu kien Iben spirtu, jew anġlu. Veru li Alla għamel anġli, jew ulied spirti, oħra?— Iva, hu għamel miljuni minnhom. Dawn l-​anġli wkoll huma akbar u iktar b’saħħithom minna.—Ebrej 1:7; Danjel 7:10.

Tiftakar x’kien jismu l-​anġlu li kellem lil Marija?— Kien jismu Gabrijel. Hu qal lil Marija li t-​tarbija tifel tagħha kien se jkun Bin Alla. Alla poġġa l-​ħajja taʼ Ibnu, li kien spirtu, ġewwa Marija ħalli Ġesù setaʼ jitwieled bħala tarbija fuq l-​art.—Luqa 1:​26, 27.

Marija u Ġużeppi jkellmu lil binhom żgħir, Ġesù

X’aktarx li qalulu Marija u Ġużeppi lil Ġesù?

Temmen int f’dan il-​miraklu? Temmen li Ġesù kien jgħix m’Alla fis-​sema?— Ġesù hekk qal li kien għamel. Kif kien jaf dwar dawn l-​affarijiet? Meta kien tifel żgħir, Marija x’aktarx li qaltlu dak li kien qal Gabrijel. Ukoll, Ġużeppi x’aktarx li qal lil Ġesù li Alla kien il-​Missier veru tiegħu.

Meta Ġesù tgħammed, Alla saħansitra tkellem mis-​sema, u qal: “Dan hu Ibni.” (Mattew 3:17) U fil-​lejl qabel ma miet, Ġesù talab: “Missier, igglorifikani maġenbek bil-​glorja li kelli ħdejk qabel ma kienet teżisti d-​dinja.” (Ġwanni 17:5) Iva, Ġesù talab biex jerġaʼ jmur jgħix m’Alla fis-​sema. Kif setaʼ jgħix hemm?— Setaʼ jgħix biss jekk Alla Ġeħova jerġaʼ jagħmlu persuna spirtu li ma tidhirx, jew anġlu.

Issa nixtieq nistaqsik mistoqsija importanti. L-​anġli kollha huma tajbin? X’taħseb?— Sewwa, xi darba kollha kemm huma kienu tajbin. Dan għaliex Ġeħova kien ħalaqhom, u kulma jagħmel Hu huwa tajjeb. Imma mbagħad wieħed mill-​anġli sar ħażin. Dan kif ġara?

Biex insiru nafu, irridu mmorru lura meta Alla ħalaq lill-​ewwel raġel u mara, Adam u Eva. Xi nies jgħidu li l-​istorja dwarhom mhux veru ġrat. Imma l-​Għalliem il-​Kbir kien jaf li din kienet storja vera.

Meta Alla għamel lil Adam u Eva, hu poġġiehom fi ġnien sabiħ f’post jismu l-​Għeden. Dan kien ġenna taʼ l-​art. Dawn setaʼ jkollhom ħafna tfal, familja kbira, u setgħu jgħixu fil-​Ġenna taʼ l-​art għal dejjem. Imma kien hemm lezzjoni importanti li kellhom bżonn jitgħallmu. Din diġà tkellimna fuqha. Ejja naraw jekk niftakruhiex.

Adam u Eva fil-ġnien tal-Għeden

Adam u Eva kif setgħu jgħixu għal dejjem fil-​Ġenna taʼ l-​art?

Ġeħova qal lil Adam u Eva li huma setgħu jieklu kemm iridu frott mis-​siġar tal-​ġnien. Imma kien hemm siġra waħda li ma setgħux jieklu minnha. Alla qalilhom x’kien se jiġrilhom jekk jieklu minnha. Hu qal: ‘Żgur li tmutu.’ (Ġenesi 2:17) Mela, x’kienet il-​lezzjoni li Adam u Eva kellhom bżonn jitgħallmu?—

Din kienet il-​lezzjoni taʼ l-​ubbidjenza. Iva, il-​ħajja tiddependi mill-​ubbidjenza lejn Alla Ġeħova! Ma kienx biżżejjed li Adam u Eva jgħidu biss bil-​kliem li kienu se jobduh. Huma riedu juru li se jobdu bl-​affarijiet li jagħmlu. Jekk kienu se jobdu lil Alla, kienu se juru li jħobbuh u li riduh ikun il-​Mexxej tagħhom. Imbagħad setgħu jgħixu għal dejjem fil-​Ġenna taʼ l-​art. Imma jekk jieklu minn dik is-​siġra, dan x’kien se juri?—

Dan kien juri li huma mhux veru kienu japprezzaw dak li kien tahom Alla. Int kont tobdih lil Ġeħova li kieku kont hemm?— Għall-​ewwel, Adam u Eva hekk għamlu. Imma mbagħad ġie xi ħadd akbar minnhom u daħaq b’Eva. Hu ħajjarha biex ma tobdihx lil Ġeħova. Min kien dan?—

Eva żżomm il-frotta projbita u s-serp ikellimha

Xi ġralhom Adam u Eva wara li m’obdewx lil Alla?

Il-Bibbja tgħid li serp kellem lil Eva. Imma int taf li serp ma jistax jitkellem. Allura kif irnexxielu jitkellem?— Kien hemm anġlu li beda jitkellem hu, taparsi qed jitkellem is-​serp. L-​anġlu kien beda jaħseb f’affarijiet ħżiena. Hu ried li Adam u Eva jqimu lilu. Ried li huma jagħmlu kif jgħid hu. Ried ikun minflok Alla.

Għalhekk, dan l-​anġlu ħażin daħħal ħsibijiet ħżiena f’moħħ Eva. Permezz tas-​serp, hu qalilha: ‘Alla ma qalilkomx il-​verità. Ma tmutux jekk tieklu minn dik is-​siġra. Se ssiru tafu ħafna, bħal Alla.’ Kieku int kont temmnu dak li qal il-​leħen?—

Eva bdiet tixtieq xi ħaġa li Alla ma kienx taha. Hi kielet mis-​siġra li ma kellhiex tieħu minnha. Imbagħad tat ftit lil Adam. Adam m’emminx dak li qal is-​serp. Imma x-​xewqa tiegħu li jibqaʼ m’Eva kienet akbar mill-​imħabba li kellu għal Alla. Għalhekk kiel mis-​siġra hu wkoll.—Ġenesi 3:​1-6; 1 Timotju 2:14.

X’kien ir-​riżultat?— Adam u Eva saru imperfetti, xjaħu, u mietu. U peress li kienu imperfetti, it-​tfal kollha tagħhom kienu imperfetti wkoll u meta kibru, xjaħu u mietu. Alla ma kienx gideb! Nistgħu nibqgħu ħajjin biss jekk nobduh. (Rumani 5:12) Il-​Bibbja tgħidilna li l-​anġlu li gideb lil Eva jismu Satana x-​Xitan, u anġli oħra li saru ħżiena jissejħu demonji.—Ġakbu 2:19; Rivelazzjoni 12:9.

Adam u Eva kbar fl-età

X’ġara lil Adam u Eva wara li m’obdewx lil Alla?

Issa, fhimt għala l-​anġlu tajjeb li kien għamel Alla sar ħażin?— Dan ġara għax hu beda jaħseb f’affarijiet ħżiena. Hu ried ikun l-​Aqwa. Hu kien jaf li Alla kien qal lil Adam u Eva biex ikollhom it-​tfal, u ried li dawn kollha jqimu lilu. Ix-​Xitan jixtieq li ħadd ma jobdi lil Ġeħova. Għalhekk hu jipprova jdaħħal ħsibijiet ħżiena f’moħħna.—Ġakbu 1:​13-15.

Ix-Xitan jgħid li ħadd verament ma jħobb lil Ġeħova. Hu jgħid li jien u int ma nħobbuhx lil Alla u li mhux veru nixtiequ nagħmlu dak li jgħid Alla. Hu jgħid li aħna nobdu lil Ġeħova biss meta kollox jiġri kif nixtiequ aħna. Sewwa qed jgħid ix-​Xitan? Veru li aħna hekk?

L-Għalliem il-​Kbir qal li x-​Xitan hu giddieb! Ġesù wera li hu verament kien iħobb lil Ġeħova billi obda Lilu. U Ġesù m’obdiex lil Alla biss meta kien faċli. Hu obda l-​ħin kollu, anki meta nies oħra pprovaw ifixkluh. Hu obda lil Ġeħova u baqaʼ leali sakemm miet. Kien għalhekk li Alla reġaʼ tah il-​ħajja biex jgħix għal dejjem.

Mela min taħseb li hu l-​akbar għadu tagħna?— Iva, dan hu Satana x-​Xitan. Tistaʼ tarah?— Dażgur li le! Imma aħna nafu li hu jeżisti u li hu akbar u iktar b’saħħtu minna. Iżda, min hu akbar mix-​Xitan?— Alla Ġeħova. Mela aħna nafu li Alla jistaʼ jipproteġina.

Aqra dwar Dak li lilu għandna nqimu: Dewteronomju 30:​19, 20; Ġożwè 24:​14, 15; Proverbji 27:11; u Mattew 4:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja