LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lv pp. 209-212
  • L-Għata tar-Ras—Meta u Għaliex?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Għata tar-Ras—Meta u Għaliex?
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • L-​Awtorità li Għandhom l-​Anzjani fil-​Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
“Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
lv pp. 209-212

L-​Għata tar-​Ras—Meta u Għaliex?

Mara Kristjana meta u għaliex għandha tgħatti rasha b’konnessjoni mal-​qima tagħha? Ejja nikkunsidraw id-​diskussjoni ispirata taʼ l-​appostlu Pawlu fuq dan is-​suġġett. Hu jagħtina l-​gwida li għandna bżonn sabiex nieħdu deċiżjonijiet tajbin li jonoraw lil Alla. (1 Korintin 11:3-16) Pawlu jġibilna għall-​attenzjoni tliet fatturi x’nikkunsidraw: (1) l-​attivitajiet li jirrikjedu li mara tgħatti rasha, (2) is-​sitwazzjonijiet li fihom għandha tagħmel dan, u (3) il-​motivi għaliha biex tapplika dan il-​prinċipju.

L-attivitajiet. Pawlu jsemmi tnejn: it-​talb u l-​ipprofetizzar. (Versi 4 u 5) Bla dubju, it-​talb huwa komunikazzjoni maʼ Ġeħova bir-​rispett. Illum, l-​ipprofetizzar japplika għal kull tagħlim ibbażat fuq il-​Bibbja li ministru Kristjan jgħallem. Allura, Pawlu qed jissuġġerixxi li mara għandha tgħatti rasha kull darba li titlob jew tgħallem il-​verità tal-​Bibbja? Le. Is-​sitwazzjoni li fiha mara titlob jew tgħallem tagħmel id-​differenza kollha.

Is-sitwazzjonijiet. Kliem Pawlu jindika żewġ sitwazzjonijiet, jew oqsma t’attività—il-​familja u l-​kongregazzjoni. Hu jgħid: “Il-​kap tal-​mara hu r-​raġel . . . Kull mara li titlob jew tipprofetizza u ma jkollhiex rasha mgħottija tagħmel għajb lil rasha.” (Versi 3 u 5) Fl-​arranġament tal-​familja, ir-​raġel tal-​mara hu l-​wieħed li Ġeħova jaħtar bħala l-​kap tagħha. Jekk ma tirrikonoxxix l-​awtorità taʼ żewġha b’mod xieraq, tagħmel għajb lil żewġha jekk tieħu f’idejha r-​responsabbiltajiet li Ġeħova jagħti lilu. Per eżempju, jekk ikollha bżonn tikkonduċi studju tal-​Bibbja fil-​preżenza taʼ żewġha, hi tkun qed tirrikonoxxi l-​awtorità tiegħu billi tgħatti rasha. Tagħmel dan kemm jekk huwa mgħammed u kemm jekk le, għaliex hu l-​kap tal-​familja.a Kieku kellha titlob jew tgħallem fil-​preżenza taʼ binha minorenni li hu mgħammed, xorta trid tgħatti rasha, mhux għaliex hu l-​kap tal-​familja, iżda minħabba l-​awtorità mogħtija lill-​irġiel mgħammdin fil-​kongregazzjoni Kristjana.

Pawlu jsemmi s-​sitwazzjoni tal-​kongregazzjoni meta jgħid: “Jekk xi ħadd donnu jrid jiddibatti favur xi drawwa oħra, aħna m’għandniex drawwa oħra, u lanqas il-​kongregazzjonijiet t’Alla.” (Vers 16) Fil-​kongregazzjoni Kristjana, l-​istat taʼ kap huwa mogħti lill-​irġiel mgħammdin. (1 Timotju 2:11-14; Ebrej 13:17) L-​irġiel biss huma maħturin bħala anzjani u qaddejja ministerjali bir-​responsabbiltà mogħtija minn Alla biex jieħdu ħsieb il-​merħla t’Alla. (Atti 20:28) Kultant, iżda, iċ-​ċirkustanzi jirrikjedu li mara Kristjana tintalab tagħmel xi ħaġa li normalment issir minn raġel mgħammed kwalifikat. Per eżempju, jistaʼ jkollha bżonn tikkonduċi laqgħa għas-​servizz taʼ l-​għalqa għaliex ma jkunx hemm raġel mgħammed kwalifikat disponibbli jew preżenti. Jew għandha mnejn tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar li jkun maħsub minn qabel fil-​preżenza taʼ raġel mgħammed. Peress li attivitajiet bħal dawn attwalment huma parti mix-​xogħol tal-​kongregazzjoni Kristjana, hi tgħatti rasha biex tirrikonoxxi li qiegħda tagħmel xogħol li normalment jingħata lil xi ħu.

Min-naħa l-​oħra, hemm ħafna aspetti tal-​qima li għalihom mhux meħtieġ li oħt tgħatti rasha. Per eżempju, m’għandhiex bżonn tagħmel dan meta tikkummenta f’laqgħat Kristjani, meta tieħu sehem fil-​ministeru minn bieb għal bieb maʼ żewġha jew xi ħu ieħor li jkun mgħammed, jew meta tistudja jew titlob maʼ wliedha mhux mgħammdin. Naturalment, jistgħu jitqajmu mistoqsijiet oħrajn, u jekk xi oħt m’hijiex ċerta dwar xi ħaġa, tistaʼ tagħmel iżjed riċerka.b Jekk tibqaʼ inċerta u jekk il-​kuxjenza tagħha turiha li għandha tgħatti rasha, ma jkunx ħażin li tagħmel dan, kif jintwera f’din l-istampa.

Il-motivi. F’vers 10 nsibu żewġ raġunijiet għala mara Kristjana jinħtiġilha tgħatti rasha: “Il-​mara għandu jkollha sinjal t’awtorità fuq rasha, minħabba l-​anġli.” L-​ewwel, innota l-​espressjoni “sinjal t’awtorità.” L-​għata tar-​ras hija mod wieħed kif mara turi li tirrikonoxxi l-​awtorità mogħtija minn Ġeħova lill-​aħwa rġiel mgħammdin fil-​kongregazzjoni. B’hekk, hi tesprimi mħabbitha u l-​lealtà tagħha lejn Alla Ġeħova. It-​tieni raġuni tinsab fil-​kliem “minħabba l-​anġli.” Kif tistaʼ mara teffettwa dawn il-​ħlejjaq spirti setgħanin billi tgħatti rasha?

L-anġli jinteressaw ruħhom f’li jaraw li l-​awtorità divina tiġi rikonoxxuta fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, kemm fis-​sema kif ukoll fuq l-​art. Huma wkoll jibbenefikaw mill-​eżempji taʼ bnedmin imperfetti f’dan ir-​rigward. Wara kollox, huma wkoll għandhom ikunu sottomessi għall-​arranġament taʼ Ġeħova—prova li numru mhux ħażin t’anġli fallew fiha żmien ilu. (Ġuda 6) Issa, l-​anġli jistgħu josservaw drabi meta mara Kristjana jkollha iżjed esperjenza, edukazzjoni, u intelliġenza minn xi ħu mgħammed fil-​kongregazzjoni; madankollu, tkun lesta turi s-​sottomissjoni tagħha għall-​awtorità tiegħu. Kultant, il-​mara tkun waħda mill-​Kristjani midlukin li iżjed ’il quddiem se tkun waħda mill-​werrieta sħab taʼ Kristu. Maż-​żmien, mara bħal din se taqdi f’pożizzjoni saħansitra ogħla minn dik gawduta mill-​anġli u se taħkem maʼ Kristu fis-​sema. X’eżempju mill-​aħjar għall-​anġli biex josservaw issa! Verament, x’opportunità unika għandhom l-​aħwa nisa kollha biex bl-​umiltà juru ubbidjenza permezz tal-​kondotta leali u sottomessa tagħhom quddiem miljuni t’anġli leali.

[Noti taʼ taħt]

a Normalment, mara miżżewġa Kristjana ma titlobx tgħajjat fil-​preżenza taʼ żewġha li jemmen ħlief f’ċirkustanzi mhux tas-​soltu, bħal jekk ma jkunx jistaʼ jitkellem iktar minħabba l-​mard.

b Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 2002, paġni 26-7, u The Watchtower tal-​15 taʼ Frar, 1977, paġni 125-8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja