Tixxennaq int biex tara l-wegħdi tas-Saltna jitwettqu?
IS-7 SEZZJONI
Il-wegħdi tas-Saltna—Jintgħamel kollox ġdid
INT taqtaʼ tuffieħa kbira u sabiħa minn fergħa. Ixxomm ir-riħa ħelwa tagħha qabel ma titfagħha fil-barmil mal-oħrajn. Ilek taħdem għal sigħat sħaħ, imma ma tħossokx għajjiena, anzi lesta biex tkompli taħdem. Ommok qiegħda ħdejn siġra fil-viċin, taħdem ferħana u tpaċpaċ maʼ membri oħra tal-familja u maʼ ħbieb li qed jgħinu fix-xogħol. Tidher għadha żgħira—kif tiftakarha meta kont għadek daqsxejn taʼ tifla, ħafna snin ilu. Bilkemm tistaʼ temmen li rajtha tixjieħ fid-dinja li issa ilha li għaddiet. Rajt saħħitha sejra lura, żammejtilha idha hekk kif ħadet l-aħħar nifs taʼ ħajjitha, u bkejt ħdejn il-qabar tagħha. Imma, issa qiegħda hawn, flimkien maʼ ħafna oħrajn, qawwija u sħiħa!
Dan iż-żmien se jasal; nafu dan fiċ-ċert! Nafu fiċ-ċert għax il-wegħdi t’Alla dejjem jitwettqu. F’din is-sezzjoni se nikkunsidraw kif xi wegħdi tas-Saltna se jitwettqu fil-futur qarib u jwasslu għall-gwerra t’Armageddon. Se nirrivedu wkoll ftit mill-wegħdi tas-Saltna eċċitanti li se jitwettqu wara. Kemm ħa nitgħaxxqu naraw iż-żmien meta s-Saltna t’Alla taħkem fuq din l-art kollha u tagħmel kollox ġdid!