LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 20 p. 54-p. 55 para. 8
  • It-tieni miraklu waqt li qiegħed Kana

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-tieni miraklu waqt li qiegħed Kana
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • It-Tieni Miraklu Waqt li Qiegħed f’Kana
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Iwettaq l-ewwel miraklu tiegħu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • L-Ewwel Miraklu taʼ Ġesù
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-​Messija wettaq profeziji
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 20 p. 54-p. 55 para. 8
Uffiċjal tal-gvern imdejjaq ħafna jitlob lil Ġesù biex imur ifejjaqlu lil ibnu

KAPITLU 20

It-​tieni miraklu waqt li qiegħed Kana

MARKU 1:14, 15 LUQA 4:14, 15 ĠWANNI 4:43-​54

  • ĠESÙ JIPPRIETKA LI “S-​SALTNA T’ALLA QORBOT”

  • IFEJJAQ TIFEL MILL-​BOGĦOD

Wara xi jumejn is-​Samarija, Ġesù jmur lura pajjiżu. Hu qattaʼ ħafna ħin jipprietka fil-​Lhudija, imma mhuwiex sejjer lura l-​Galilija biex jistrieħ. Minflok, hu jibda ministeru saħansitra akbar fl-​inħawi fejn trabba. Għandu mnejn li mhux qed jistenna li se jiġi milqugħ tajjeb hemmhekk, għax kif qal Ġesù, “profeta m’huwiex onorat f’pajjiżu stess.” (Ġwanni 4:44) Minflok ma jibqgħu miegħu, id-​dixxipli tiegħu jmorru lura għand familthom u għax-​xogħol li kellhom qabel.

X’messaġġ jibda jipprietka Ġesù? Huwa dan: “Is-​saltna t’Alla qorbot. Indmu, u araw li jkollkom fidi fl-​aħbar tajba.” (Marku 1:15) U n-​nies kif iwieġbu? Fil-​fatt, ħafna Galilin jilqgħuh tajjeb lil Ġesù u jagħtuh unur. Dan mhuwiex biss minħabba l-​messaġġ tiegħu. Xi wħud mill-​Galilija kienu Ġerusalemm għall-​Qbiż xhur qabel u raw is-​sinjali tal-​għaġeb li hu kien wettaq.—Ġwanni 2:23.

Ġesù f’liema parti tal-​Galilija jibda l-​ministeru kbir tiegħu? Milli jidher fil-​belt taʼ Kana, fejn darba kien biddel l-​ilma fi nbid f’festa tat-​tieġ. Waqt li qiegħed hemmhekk għat-​tieni darba, Ġesù jsir jaf b’tifel li hu marid ħafna, tant li wasal biex imut. Dan hu bin uffiċjal tal-​gvern taʼ Erodi Antipa, is-​sultan li iktar tard jordna l-​qtugħ taʼ ras Ġwanni l-​Battista. Dan l-​uffiċjal isir jaf li Ġesù telaq mil-​Lhudija u qiegħed Kana. Allura r-​raġel jivvjaġġa mid-​dar tiegħu li qiegħda Kafarnahum sa Kana biex isib lil Ġesù. L-​uffiċjal imnikket għall-​aħħar jitolbu bil-​ħniena: “Mulej, inżel qabel ma jmutli t-​tifel.”—Ġwanni 4:49.

Ġesù jwieġeb bi stqarrija li r-​raġel żgur ma kienx qed jistennieha: “Mur; ibnek jgħix.” (Ġwanni 4:50) L-​uffiċjal taʼ Erodi jemmen lil Ġesù u jibda l-​vjaġġ tiegħu lura d-​dar. Fit-​triq jiltaqgħu miegħu l-​ilsiera tiegħu, li ġew jiġru biex iwasslulu l-​aħbar tajba. Iva, ibnu hu qawwi u sħiħ! ‘Meta għadda għall-​aħjar?’ hu jistaqsihom, hekk kif jipprova jifhem eżatt x’ġara.

Huma jwieġbu: “Il-​bieraħ fis-​sebaʼ siegħa [niżillu] d-​deni.”—Ġwanni 4:52.

Il-qaddejja tal-uffiċjal joħorġu jilqgħuh u hu jmur lura d-dar fejn ibnu ġie mfejjaq minn Ġesù

L-​uffiċjal jirrealizza li dan hu preċiż il-​ħin meta Ġesù qal, “Ibnek jgħix.” Wara, kemm dan ir-​raġel, li hu sinjur biżżejjed biex ikollu l-​ilsiera, kif ukoll dawk kollha taʼ daru jsiru dixxipli taʼ Kristu.

Għalhekk, Kana hu post fejn Ġesù jwettaq żewġ mirakli, l-​ewwel meta biddel l-​ilma fi nbid u iktar tard meta fejjaq lit-​tifel minn xi 25 kilometru ’l bogħod. M’għadniex xi ngħidu, dawn mhumiex l-​uniċi mirakli tiegħu. Imma dan il-​fejqan hu sinifikanti għax jindika li mar lura l-​Galilija. Jidher ċar li hu profeta approvat minn Alla, imma sa liema punt dan il-​‘profeta se jiġi onorat f’pajjiżu stess’?

Dan se jidher ċar hekk kif Ġesù jmur lura f’pajjiżu Nazaret. X’qed jistennieh hemmhekk?

  • Meta Ġesù jmur lura l-​Galilija, x’messaġġ jibda jipprietka, u kif jiġi milqugħ?

  • Liema miraklu jwettaq Ġesù meta jerġaʼ jkun Kana, u dan kif jeffettwa lil dawk involuti?

  • X’hemm sinifikanti dwar il-​mod kif Ġesù fejjaq tifel li kien jgħix Kafarnahum?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja