LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 89-91
  • Persekuzzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Persekuzzjoni
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 89-91

Persekuzzjoni

Il-Kristjani għala jafu li se jiġu ppersegwitati?

Mt 10:22; Ġw 15:​19-21; 16:​2, 3; 2Ti 3:12

Meta niġu ppersegwitati, għala għandna nitolbu lil Ġeħova biex jagħtina s-saħħa?

Sa 55:22; 2Kor 12:​9, 10; 2Ti 4:​16-18; Lh 13:6

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Slt 19:​1-18—Meta kien ippersegwitat, il-profeta Elija fetaħ qalbu maʼ Ġeħova u hu inkuraġġieh u għenu

    • At 7:​9-15—Ġużeppi kien ippersegwitat minn ħutu, imma Ġeħova baqaʼ leali lejh, salvah, u użah biex isalva l-familja tiegħu

Persekuzzjoni li nistgħu niffaċċjaw

Meta xi ħadd iwaqqagħna għaċ-ċajt

2Kro 36:16; Mt 5:11; At 19:9; 1Pt 4:4

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Slt 18:​17-35—Rabsake, il-kelliemi tar-re tal-Assirja, għajjar lil Ġeħova u waqqaʼ għaċ-ċajt lin-nies taʼ Ġerusalemm

    • Lq 22:​63-65; 23:​35-37—Dawk li kienu jobogħdu lil Ġesù bdew jgħajruh u jwaqqgħuh għaċ-ċajt waqt li kien arrestat u fuq iz-zokk tat-tortura

Meta tal-familja jiħduha kontrina

Mt 10:​21, 35, 36

Meta niġu arrestati u jiħduna quddiem l-awtoritajiet

Mt 10:18; Mrk 1:14; Lq 20:20; 21:12; At 5:18; 8:3; Ri 2:10

Meta xi ħadd isawwatna

Mt 27:​29, 30; Ġw 19:1; At 5:40; 16:​22, 23; 2Kor 11:​23-25

Meta grupp taʼ nies jattakkawna

Lq 4:​28, 29; At 14:19; 17:5

Meta joqtluna

Mt 24:9; At 12:​1, 2

Il-Kristjani x’għandhom jagħmlu meta jiġu ppersegwitati?

Mt 5:44; At 16:25; 1Kor 4:​12, 13; 1Pt 2:23

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • At 7:​57-60; 8:1—Meta Stiefnu kien qed jiġi maqtul minn grupp taʼ nies li magħhom kien hemm Sawl minn Tarsu, Stiefnu talab lil Ġeħova biex jaħfrilhom

    • At 16:​22-34—Meta l-appostlu Pawlu ġie msawwat u għamlulu saqajh fil-qjud, hu kien qalbu tajba mal-għassies tal-ħabs. Minħabba f’hekk, hu u l-familja tiegħu saru Kristjani

Xi Kristjani tal-bidu xi ġralhom?

At 7:​52, 54, 60

Kif għandna nħossuna meta niġu ppersegwitati?

At 5:41; Flp 1:​27-29; Lh 11:​24-26

It-tama li għandna għall-futur kif tagħtina s-saħħa meta niġu ppersegwitati?

Mt 10:​28, 29; Lh 11:​35-40

Ara wkoll Flp 3:​8, 10, 11; Ri 2:10

Għala m’għandniex nistħu, nibżgħu, jew inħossuna skuraġġiti meta niġu ppersegwitati, u għala nibqgħu naqdu lil Ġeħova?

Sa 56:​1-4; At 4:​18-20; 2Ti 1:​8, 12

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Kro 32:​1-22—Meta r-Re Sennakerib mar b’armata kbira biex jattakka lil Ġerusalemm, ir-Re Ħeżekija straħ fuq Ġeħova u inkuraġġixxa lin-nies tiegħu. Minħabba f’hekk, Ġeħova bierku bil-kbir

    • Lh 12:​1-3—Dawk li bdew jippersegwitaw lil Ġesù pprovaw iġegħluh jistħi imma hu ma ħallihomx jaqtgħulu qalbu

X’affarijiet tajbin jistgħu jiġru meta niġu ppersegwitati?

Meta nissaportu nkunu qed inferrħu lil Ġeħova u nġibu tifħir lil ismu

1Pt 2:​19, 20; 4:​12-16

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġob 1:​6-22; 2:​1-10—Ġob ma kienx jaf li Satana kien qed jippersegwitah, imma hu xorta baqaʼ leali lejn Ġeħova. B’hekk, Ġob ħareġ lil Satana taʼ giddieb u ġab tifħir lil Ġeħova

    • Da 1:​6, 7; 3:​8-30—Minħabba li Ħananija, Misael, u Għażarija (Sidrak, Mesak, u Għabednego) kienu lesti li jmutu biex jobdu lil Ġeħova, ir-Re Nebukadnessar beda jfaħħar lil Ġeħova quddiem kulħadd

Meta niġu ppersegwitati n-nies jistgħu jitgħallmu dwar Ġeħova

Lq 21:​12, 13; At 8:​1, 4

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • At 11:​19-21—Minħabba l-persekuzzjoni, il-Kristjani nxterdu u l-aħbar tajba ġiet ppritkata f’ħafna pajjiżi

    • Flp 1:​12, 13—L-appostlu Pawlu kien ferħan meta xi wħud semgħu l-aħbar tajba waqt li hu kien il-ħabs

Meta nissaportu l-persekuzzjoni nistgħu ninkuraġġixxu lill-aħwa

Flp 1:14; 2Te 1:4

Meta l-qaddejja taʼ Ġeħova jiġu ppersegwitati, x’aktarx min ikun responsabbli?

Ġer 26:11; Mrk 3:6; Ġw 11:​47, 48, 53; At 25:​1-3

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • At 19:​24-29—Xi wħud li kienu jagħmlu l-idoli f’Efesu ħasbu li l-messaġġ li kienu qed jippritkaw il-Kristjani kien se jtellifhom il-flus, għalhekk ippersegwitawhom

    • Ga 1:​13, 14—Qabel sar Kristjan, Pawlu (Sawl) tant kien jemmen fil-​Ġudaiżmu li kien jippersegwita lill-Kristjani

Min hu responsabbli għall-persekuzzjoni li qed jiffaċċjaw il-qaddejja taʼ Ġeħova?

1Pt 5:8; Ri 12:17

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja