LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 15 p. 74-p. 77
  • Huma Għenu lil Xulxin Matul Żminijiet Diffiċli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma Għenu lil Xulxin Matul Żminijiet Diffiċli
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • “Fejn Tmur Int, Immur Jien”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Rut u Nagħomi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Rut u Nagħomi
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Mara mill-Aħjar”
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 15 p. 74-p. 77

15 NAGĦOMI U RUT

Huma Għenu lil Xulxin Matul Żminijiet Diffiċli

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

NAGĦOMI għaddiet minn ħafna wġigħ u tbatija. Kien hemm żmien meta kien hemm ġuħ kbir f’Iżrael, u minħabba f’hekk, ir-raġel tagħha ddeċieda li bħala familja jitilqu minn Betlem u jmorru jgħixu fl-art taʼ Mowab. Wara xi żmien, ir-raġel taʼ Nagħomi miet, b’hekk spiċċat weħidha b’żewġt itfal f’art barranija. Maż-żmien, iż-żewġt itfal tagħha żżewġu nisa Mowabin li ma kinux jaqdu lil Ġeħova. Imbagħad, madwar għaxar snin wara, Nagħomi esperjenzat xi ħaġa terribbli. Iż-żewġt itfal tagħha mietu, u dawn ma kellhomx tfal. Għalhekk, Nagħomi mhux biss tilfet ir-raġel, imma tilfet ukoll lit-tfal tagħha u t-tama li xi darba jkollha n-neputijiet.

Nagħomi ħasset li ma kellhiex għalfejn tibqaʼ f’Mowab. Għalhekk, iddeċidiet li terġaʼ tmur lura Betlem. Biex tmur lura, hi kien se jkollha tivvjaġġa għal madwar ġimgħa. Magħha bdew jivvjaġġaw ukoll lejn Betlem in-nisa tat-tfal tagħha, li kien jisimhom Rut u Għorfa. Nagħomi ma riditx tiħodhom magħha, ħalli huma jibqgħu mal-familji tagħhom f’pajjiżhom. X’aktarx hi ħasbet li ma kienx sew li tiħodhom lura magħha Iżrael, għax hemmhekk setaʼ jkun diffiċli biex jiżżewġu u jkollhom it-tfal. Mingħajr ma ħasbet fiha nfisha, hi qalet lil Rut u lil Għorfa għal darba wara l-oħra biex jerġgħu jmorru d-dar tagħhom. Nagħomi kienet kuraġġuża għax kienet lesta li tivvjaġġa weħidha. Għorfa bkiet ħafna imma mbagħad telqet lura. Rut ukoll bkiet ħafna, imma hi baqgħet ma’ Nagħomi.

Rut qalet lil Nagħomi: “Toqgħodx titlobni biex nitilqek, . . . għax fejn tmur int, immur jien, u fejn tgħix int, ngħix jien. Il-poplu tiegħek ikun il-poplu tiegħi, u l-Alla tiegħek ikun l-Alla tiegħi. Fejn tmut int, immut jien, u hemmhekk nindifen.” Din it-tfajla kuraġġuża u leali ddeċidiet li taqdi lil Alla Ġeħova bħal Nagħomi.

Iż-żewġ nisa kellhom jissaportu d-dwejjaq minħabba l-mewt taʼ nies li kienu jħobbu. Imma meta reġgħu marru għand in-nies taʼ Ġeħova, ħassewhom inkuraġġiti

Rut ħalliet warajha lill-familja, il-kultura, u lill-allat Mowabin, u marret ma’ Nagħomi f’Iżrael. Meta fl-aħħar waslu Betlem, xi nisa baqgħu mistagħġbin b’kemm Nagħomi kienet inbidlet matul is-snin. Hi qaltilhom li ħassitha dipressa għax Ġeħova kien ħadilha kollox. Jistaʼ jkun li dak li qalet Nagħomi weġġaʼ lil Rut peress li kienet għamlet ħafna biex tgħinha. Però, fil-Bibbja m’hemmx miktub li Rut gergret jew irrabjat. Minflok, Rut bdiet tlaqqat ix-xgħir mill-għelieqi li kienu fil-qrib biex hi u Nagħomi jkollhom x’jieklu.

Rut u Nagħomi jaslu f’Betlem. Rut qed tmexxi ħmar li qed iġorr xi affarijiet u b’idha l-oħra qed iżżomm lil Nagħomi waqt li mixjin fit-triq. In-nies li hemm fit-triq qed iħarsu lejhom u jistagħġbu.

Bogħaż, it-tifel taʼ Raħab, li kien sinjur u kellu ħafna artijiet, innota lil Rut taħdem iebes fl-għelieqi. Dan kien qaddej leali taʼ Ġeħova u staqsa dwar Rut. Hu sar jaf li Rut kienet qed taħdem iebes biex tgħin lil Nagħomi. Hu faħħarha talli fdat f’Alla Ġeħova li kien se jieħu ħsieb lilha u lil Nagħomi. Ukoll, ikkmanda lill-irġiel li kienu jaħdmu fl-għalqa tiegħu biex ma jaqbdux magħha.

Dak il-lejl, meta Rut qalet lil Nagħomi li Bogħaż wera qalb tajba magħha, Nagħomi vera ħadet pjaċir. Hi bdiet taħseb li forsi Bogħaż setaʼ jiżżewweġ lil Rut. Hu kien jiġi mir-raġel li kellha Nagħomi, li kien jismu Elimelek. U l-liġi t’Alla kienet tgħid li meta mara jmutilha r-raġel u ma jkollhiex tfal, hi għandha dritt li tiżżewweġ lil xi ħadd li jiġi mir-raġel tagħha. B’dan il-mod, jekk Rut u Bogħaż ikollhom tifel, dan kien ikun ikkunsidrat bħala d-dixxendent taʼ Elimelek. B’hekk, il-wirt taʼ Elimelek setaʼ jibqaʼ fil-familja. (Dewt. 25:5, 6) Wara xi żmien, Nagħomi spjegat lil Rut x’kellha tagħmel.

Rut għamlet dak li qaltilha Nagħomi, avolja dan kien jidher stramb u forsi setgħet tħossha skomda. Hi marret bil-lejl fejn kienu jisseparaw ix-xgħir, fejn l-irġiel normalment kienu jorqdu ħdejn ix-xgħir li jkunu ħasdu. Hi marret bil-mod ħdejn saqajn Bogħaż, kixfithom, u mteddet hemm. Xħin qam, b’umiltà fakkritu fil-liġi t’Alla u kif kienet tapplika għaliha. Bogħaż probabbli nduna li Rut kienet ansjuża. Hu faħħarha għall-kuraġġ, l-imħabba, u l-lealtà li kellha għal Ġeħova u għall-familja tagħha. Imbagħad qalilha li hu kien lest li jiżżewwiġha, imma l-ewwel ried jara jekk kienx possibbli.

L-għada, Bogħaż mar għand l-anzjani taʼ Betlem u rranġa kollox skont il-liġi t’Alla. Hu żżewweġ lil Rut u maż-żmien kellhom tifel. Nagħomi kienet tħobbu ħafna lin-neputi tagħha, Għobed. Ir-Re David ġie mil-linja taʼ dan it-tifel, u iktar minn elf sena wara, anki l-Messija! (Mat. 1:5, 6, 16) Ġeħova bierek ħafna lil Nagħomi u Rut tal-kuraġġ li wrew!

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Rut kapitli 1–4

Biex tiddiskuti:

Nagħomi u Rut kif urew kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Għala kienet xi ħaġa sabiħa li l-liġi taʼ Ġeħova ħalliet lill-foqra jiġbru dak li kien għad baqaʼ fl-għelieqi? (ia 39 ¶23, ntt.) A

Rut qed tiġbor it-tilqit tax-xgħir wara l-ħassada fl-għalqa taʼ Bogħaż.

Stampa A

Stampa A

  1. 2. Kif nafu li Rut ma kellhiex ħsieb ħażin meta mteddet ħdejn saqajn Bogħaż? (ia 47 ¶17-18)

  2. 3. Bogħaż lil Rut qalilha “binti.” Dan x’jgħallimna dwaru? (Rut 2:8; w16.11 3 ¶2-6-wcgr)

  3. 4. Ir-raġel li kellu d-dritt jiżżewweġ lil Rut għala ma riedx jifdiha? Imma l-fatt li Bogħaż iżżewwiġha, x’jurina dwaru? (w23.03 14) B

    Ir-raġel li jiġi mill-qrib minn Elimelek qed jagħti s-sandli tiegħu.

    Stampa B

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Jekk għandna problemi taʼ flus, għala jkun tajjeb li nimitaw lil Rut u nkunu beżlin u napprezzaw dak li għandna? Ċ

    Grupp taʼ stampi: Single mother qed tiffaċċja problemi taʼ flus. It-tliet stampi se jidhru wara xulxin. Single mother tidher ansjuża minħabba li qed tara l-kontijiet, waqt li t-tifel tagħha qed jilgħab warajha. L-istess omm qed tnaddaf xi uffiċini billejl. Ħu u l-mara tiegħu qed jieħdu xirja u ikla sħuna lill-omm, li tidher grata, u lit-tifel tagħha.

    Stampa Ċ

  • Meta Nagħomi kienet imdejqa ħafna, Rut għenitha biex tħossha aħjar. X’nitgħallmu minn Nagħomi dwar li b’umiltà naċċettaw l-għajnuna mingħand ħaddieħor? X’nitgħallmu minn Rut dwar li ninkuraġġixxu lil ħaddieħor?

  • B’liema modi oħra tistaʼ timita l-kuraġġ li wrew Nagħomi u Rut?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Rut u Nagħomi, x’nixtieq nistaqsihom?

Tgħallem Iktar

X’lezzjonijiet nistaʼ nitgħallem dwar l-imħabba u l-lealtà mill-ktieb taʼ Rut, u kif nistgħu napplikawhom?

“Komplu Uru Mħabba Leali Lejn Xulxin” (w21.11 8-13)

Uża din l-istorja tal-Bibbja bl-istampi biex tgħin lit-tfal tiegħek jimmaġinaw dak li ġara.

“Rut hi ħabiba leali” (ijwis artiklu 12)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja