LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 3/1 pp. 10-12
  • Meta Xi Ħadd Minn Uliedek Ikollu Diżabilità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Xi Ħadd Minn Uliedek Ikollu Diżabilità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IBQAʼ POŻITTIV
  • Kif Tipproteġi lil Uliedek
    Stenbaħ!—2008
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenituri​—⁠Għinu lit-Tfal Tagħkom Isaħħu l-Fidi Tagħhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Appendiċi—Il-Ġenituri Jistaqsu . . .
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 3/1 pp. 10-12

Fatturi Essenzjali għall-​Hena fil-​Familja

Meta Xi Ħadd Minn Uliedek Ikollu Diżabilità

CARLO:a “It-​tifel tagħna, Angelo, għandu d-​Down syndrome. Il-​marda tiegħu tixorbilna s-​saħħa fiżika, mentali, u emozzjonali tagħna. Immaġina l-​enerġija li jkollok bżonn biex tieħu ħsieb lil tifel jew tifla f’saħħitha, u mbagħad immultiplika dan b’mija. Kultant iż-​żwieġ tagħna jmur minn taħt.”

MIA: “Jeħtieġ il-​persistenza u paċenzja liema bħalha biex tgħallem ’l Angelo l-​iktar affarijiet sempliċi. Meta negħja ħafna, għandi t-​tendenza li nirrita ruħi malajr u nkun bla paċenzja maʼ żewġi, Carlo. Kultant ma naqblux fuq xi affarijiet, u mbagħad nispiċċaw nargumentaw.”

Tistaʼ tiftakar fil-​jum li t-​tarbija tiegħek twieldet? Bla dubju kellek sebaʼ mitt sena biex iżżommha f’idejk. Madankollu, għal ġenituri bħal Carlo u Mia, mal-​ferħ iħossu wkoll l-​ansjetà meta jgħidulhom li t-​tarbija tagħhom tkun marida jew diżabilitata.

Għandek tifelb diżabilitat? Mela għandek mnejn titħasseb jekk tistax tkampa. Jekk inhu hekk, tiddisprax. Ġenituri bħalek għelbu problemi simili. Ikkunsidra tliet sfidi komuni li forsi tiffaċċja u kif l-​għerf li jinstab fil-​Bibbja jistaʼ jgħinek.

L-​1 SFIDA: ISSIBHA DIFFIĊLI TAĊĊETTA L-​FATTI.

Ħafna ġenituri jħossuhom imkissrin meta jsiru jafu li binhom ikun marid. “Meta t-​tobba qaluli li t-​tifel tagħna, Santiago, kellu l-​paralisi ċerebrali (cerebral palsy), ma stajtx inniżżilha,” tgħid Juliana, omm fil-​Messiku. “Ħassejt li għalija kien spiċċa kollox.” Oħrajn jistgħu jħossuhom bħal omm Taljana jisimha Villana. “Għażilt li jkolli tarbija avolja hemm ir-​riskji għal nisa tal-​età tiegħi,” tgħid hi. “Issa, meta ibni jiffaċċja problemi minħabba d-​Down syndrome, inħossni ħatja.”

Jekk tħossok mifni jew ħati, ifhem li r-​reazzjoni tiegħek hi normali. Il-​mard ma kienx parti mill-​iskop oriġinali t’Alla. (Ġenesi 1:27, 28) Hu ma ħalaqx il-​ġenituri bl-​abbiltà li jaċċettaw faċilment dak li mhuwiex naturali. Sa ċertu punt, ikollok bżonn “titnikket” għal dak li tlift—is-​saħħa t’ibnek. Jieħu ż-​żmien biex tegħleb l-​emozzjonijiet tiegħek u biex tadatta għas-​sitwazzjoni ġdida tiegħek.

Xi ngħidu jekk tħossok responsabbli għad-​diżabilità t’ibnek? Ftakar li ħadd ma jifhem mija fil-​mija kif l-​eredità, l-​ambjent, u fatturi oħra jeffettwaw is-​saħħa tat-​tfal. Mill-​banda l-​oħra, tistaʼ tħossok li trid twaħħal fis-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek. Rażżan dan is-​sentiment. Ikun aħjar jekk tikkoopera mas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek u tikkonċentra f’li tieħu ħsieb ibnek.—Ekkleżjasti 4:9, 10.

SUĠĠERIMENT: Tgħallem dwar il-​kundizzjoni t’ibnek. “Hemm bżonn l-​għerf biex ikollok familja tajba,” tgħid il-​Bibbja, “u hemm bżonn l-​għarfien biex issaħħaħha.”—Proverbji 24:3, New Century Version.

Tistaʼ titgħallem ħafna minn professjonisti mediċi u pubblikazzjonijiet taʼ min joqgħod fuqhom. Tistaʼ tqabbel il-​proċess taʼ li titgħallem dwar il-​kundizzjoni t’ibnek maʼ li titgħallem lingwa ġdida. Għall-​ewwel ikun diffiċli, imma tistaʼ titgħallimha.

Carlo u Mia, li ġew kwotati fil-​bidu, ħadu l-​informazzjoni mingħand it-​tabib tagħhom u minn organizzazzjoni li tispeċjalizza fil-​kundizzjoni taʼ binhom. “Dan għenna nifhmu mhux biss il-​problemi li għandna nistennew imma wkoll l-​affarijiet li jistaʼ jagħmel individwu bid-​Down syndrome,” huma jgħidu. “Rajna li t-​tifel tagħna setaʼ jgħix ħajja li f’ħafna aspetti tkun normali. Dan farraġna ħafna.”

IPPROVA DAN: Iffoka fuq dak li ibnek jistaʼ jagħmel. Ippjana biex tieħdu sehem f’attivitajiet bħala familja. Meta ibnek jirnexxilu jagħmel xi ħaġa tajba, kun ħafif biex tfaħħru u ifraħ miegħu.

IT-​2 SFIDA: TĦOSSOK GĦAJJIEN ĦAFNA U LI M’GĦANDEKX MAʼ MIN TIFTAĦ QALBEK.

Forsi tħoss li jiħodlok saħħtek kollha biex tieħu ħsieb lil ibnek li hu marid. Jenny, omm fin-​New Zealand, tgħid, “Sa ftit tas-​snin wara li sirt naf li ibni għandu l-​ispina bifida, kull meta kont nipprova nagħmel xi ħaġ’iktar mix-​xogħol normali tad-​dar kont inħossni għajjiena ħafna u naqbad nibki.”

Sfida oħra tistaʼ tkun li tħossok iżolat. Ben għandu iben li jbati bid-​distrofija muskolari (muscular dystrophy) u l-​Asperger’s syndrome. Ben jgħid, “Il-​maġġorparti tan-​nies qatt ma jistgħu jifhmu mija fil-​mija minn xiex ngħaddu.” Forsi tkun tixtieq ħafna titkellem maʼ xi ħadd. Iżda l-​biċċa l-​kbira minn ulied sħabek huma f’saħħithom. Allura żżomm lura milli tiftaħ qalbek magħhom.

SUĠĠERIMENT: Itlob għall-​għajnuna u aċċettaha meta tiġi offruta. Juliana, li kwotajnieha qabel, tammetti, “Kultant jien u żewġi nistħu nitolbu l-​għajnuna.” Madankollu, hi żżid tgħid, “Tgħallimna li għandna bżonn l-​għajnuna t’oħrajn. Meta jgħinuna, ma nħossuniex daqshekk waħedna.” Jekk ħabib tal-​qalb jew membru tal-​familja joffri li joqgħod m’ibnek waqt xi get-​together jew laqgħa Kristjana, aċċetta mill-​qalb. “Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu,” jgħid proverbju Bibliku, “huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-​niket.”—Proverbji 17:17.

Ħu ħsieb saħħtek stess. Bħalma ambulanza għandha tingħata l-​fjuwil regolarment biex tkompli tieħu l-​pazjenti l-​isptar, hekk ukoll int għandek terġaʼ tikseb l-​enerġija minn nutrimenti, eżerċizzju, u mistrieħ adattat ħalli tkun tistaʼ tkompli tieħu ħsieb lil ibnek kif jistħoqqlu. Javier, li għandu iben zopp, ipoġġiha b’dan il-​mod: “Ibni ma jistax jimxi, u għalhekk inħoss li għandi nipprova niekol tajjeb. Wara kollox, jien hu l-​wieħed li mmexxih. Saqajja huma saqajh ukoll!”

Kif tistaʼ ssib il-​ħin biex tieħu ħsieb saħħtek? Xi ġenituri jieħdu ħsieb lit-​tifel darba kull wieħed. B’hekk, ġenitur minnhom ikun jistaʼ jistrieħ jew jieħu ħsieb bżonnijiet personali oħra. Ikollok bżonn tixtri l-​ħin minn attivitajiet mhux importanti, u biex iżżomm bilanċ jistaʼ jkun taʼ sfida. Imma bħalma tgħid Mayuri, omm fl-​Indja, “Maż-​żmien tidħol f’rutina.”

Tkellem maʼ ħabib li tafda. Anki ħbieb li m’għandhomx tfal morda jistgħu jfarrġuk. Tistaʼ wkoll titlob ’l Alla Ġeħova. It-​talb verament se jgħin? Yazmin għandha żewġt itfal bis-​cystic fibrosis, u tammetti, “Kien hemm mumenti taʼ pressjoni tant kbira li ħassejtni qed nifga.” Iżda żżid tgħid: “Nitlob lil Ġeħova għal serħan u saħħa. Imbagħad inħoss li nistaʼ nkompli.”—Salm 145:18.

IPPROVA DAN: Innota x’qed tiekol, meta qed tagħmel eżerċizzju, u kemm qed jirnexxilek torqod. Identifika kif tistaʼ tixtri l-​ħin minn attivitajiet inqas importanti ħalli tkun tistaʼ tieħu ħsieb saħħtek. Kompli aġġusta l-​iskeda tiegħek skont il-​bżonn.

IT-​3 SFIDA: TAGĦTI IKTAR ATTENZJONI LILL-​MARID MILLI TAGĦTI LILL-​KUMPLAMENT TAL-​FAMILJA.

Il-​marda tat-​tifel tistaʼ teffettwa dak li l-​familja tiekol, fejn tmur il-​familja, u kemm il-​ġenituri jqattgħu ħin maʼ kull wild. B’riżultat taʼ dan, it-​tfal l-​oħra jistgħu jħossuhom imwarrbin. Iktar minn hekk, il-​ġenituri jistgħu tant ikollhom x’jagħmlu biex jieħdu ħsieb lit-​tifel marid li ż-​żwieġ imur minn taħt. “Kultant marti tgħid li hi qed terfaʼ l-​maġġorparti tax-​xogħol u li jien mhux qed nieħu ħsieb ’l ibni,” jgħid Lionel, missier fil-​Liberja. “Inħoss li ma tirrispettanix, u kultant inwiġibha bil-​goff.”

SUĠĠERIMENT: Sabiex taċċerta lit-​tfal kollha tiegħek li int jimpurtak minnhom, ippjana attivitajiet li jieħdu pjaċir bihom. “Kultant, nagħmlu xi ħaġa speċjali għat-​tifel il-​kbir tagħna,” tgħid Jenney, li ġiet kwotata qabel, “anki jekk sempliċement immorru nieklu fir-​restorant favorit tiegħu.”

Uri li jimpurtak mit-​tfal kollha tiegħek

Sabiex tipproteġi ż-​żwieġ tiegħek, tkellem u itlob mas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek. Aseem, missier fl-​Indja li t-​tifel tiegħu jbati bil-​puplesiji, jgħid: “Għalkemm jien u marti kultant inħossuna għajjenin ħafna u frustrati, nagħmlu ċert li npoġġu bilqiegħda, nitkellmu, u nitolbu flimkien. Kull filgħodu, qabel ma jqumu t-​tfal, inqattgħu xi ħin flimkien niddiskutu vers mill-​Bibbja.” Koppji oħra jitkellmu fil-​privat qabel ma jmorru jorqdu. Il-​konversazzjonijiet privati u t-​talb sinċier tagħkom se jsaħħu ż-​żwieġ tagħkom matul perijodi taʼ stress kbir. (Proverbji 15:22) Koppja tpoġġiha b’dan il-​mod, “ftit mill-​iktar mumenti sbieħ taʼ ħajjitna kienu matul l-​iktar jiem diffiċli.”

IPPROVA DAN: Faħħar lit-​tfal l-​oħra għal kull appoġġ li jagħtu lil ħuhom marid. Regolarment esprimi l-​imħabba u l-​apprezzament tiegħek għalihom u għas-​sieħeb jew s-​sieħba tiegħek fiż-​żwieġ.

IBQAʼ POŻITTIV

Il-​Bibbja twiegħed li Alla dalwaqt se jneħħi kull marda u diżabilità li teffettwa kemm liż-​żgħar u kemm lill-​kbar. (Rivelazzjoni 21:3, 4) Dakinhar, “ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”c—Isaija 33:24.

Sadanittant, tistaʼ tirnexxi bħala ġenitur t’iben diżabilitat. “Tiskuraġġix ruħek meta kollox ikun donnu sejjer ħażin,” jgħidu Carlo u Mia, li ġew kwotati qabel. “Ikkonċentra fuq l-​affarijiet sbieħ t’ibnek, għax hemm ħafna.” ”

a L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

b Dan l-​artiklu jgħodd ukoll f’każ li tkun tifla.

c Tistaʼ taqra iktar dwar il-​wegħda tal-​Bibbja taʼ saħħa perfetta f’kapitlu 3 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

STAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • X’nagħmel biex inżomm is-​saħħa fiżika, emozzjonali, u spiritwali tiegħi kemm jistaʼ jkun b’saħħitha?

  • Meta kien l-​aħħar darba li faħħart lit-​tfal l-​oħra tiegħi għall-​għajnuna li jagħtu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja