LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/1 p. 7
  • Aħbar Tajba għall-Bnedmin Kollha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħbar Tajba għall-Bnedmin Kollha
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Il-Websajt Uffiċjali Tagħna—Disinjata għall-Ġid Tagħna u t’Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Il-Kristjanità Vera Tittrijonfa!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Kunu Qarrejja Henjin tal-Ktieb t’Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/1 p. 7

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’INHU L-​MESSAĠĠ TAL-​BIBBJA?

Aħbar Tajba għall-​Bnedmin Kollha

L-​irxoxt taʼ Ġesù mela lid-​dixxipli tiegħu b’konvinzjoni u żelu. Pereżempju, l-​appostlu Pawlu vvjaġġa min-​naħa għall-​oħra tal-​Asja Minuri u l-​Mediterran. Hu organizza kongregazzjonijiet u saħħaħ lill-​Kristjani biex jibqgħu sodi minkejja l-​pressjonijiet morali u l-​oppożizzjoni vjolenti. Għalkemm kellhom dawn l-​isfidi, il-​Kristjanità ssaħħet u nfirxet.

Pawlu nnifsu ġie mitfugħ il-​ħabs. Però, anki hemmhekk kiteb ittri taʼ inkuraġġiment u pariri lill-​kongregazzjonijiet Kristjani. Hu wissa dwar theddida saħansitra akbar—l-​apostasija. Iggwidat mill-​ispirtu qaddis, Pawlu ra bil-​quddiem li “lpup ħorox” li jitkellmu “affarijiet mgħawġin” kienu se jidħlu fosthom u “jiġbdu lid-​dixxipli għal warajhom.”—Atti 20:29, 30.

Sa tmiem l-​ewwel seklu, din l-​apostasija kienet bdiet. Madwar dak iż-​żmien, Ġesù rxoxtat ta lill-​appostlu Ġwanni r-​Rivelazzjoni, viżjoni simbolika tal-​futur. Bħalma kiteb Ġwanni dak iż-​żmien, la l-​opponenti u lanqas l-​għalliema foloz ma kienu se jżommu lil Alla milli jwettaq għalkollox l-​iskop oriġinali tiegħu għall-​art u għall-​umanità. “Kull ġens u tribù u lsien u poplu” se jismaʼ l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna t’Alla. (Rivelazzjoni 14:6) L-​art se tiġi restawrata f’Ġenna, u kull min jixtieq jagħmel ir-​rieda t’Alla jistaʼ jkun hemm!

Mhijiex din “aħbar tajba” għalik? Jekk inhu hekk, tgħallem iktar dwar il-​messaġġ tal-​Bibbja li Alla għandu għall-​bniedem u kif tistaʼ tibbenefika llum u fil-​futur.

Tistaʼ taqra l-​Bibbja onlajn minn fuq www.jw.org/mt. Minn fuq din il-​Websajt tistaʼ teżamina wkoll il-​browxers Il-​Bibbja—X’Inhu l-​Messaġġ Tagħha? u Aħbar Tajba Mingħand Alla! kif ukoll il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? flimkien maʼ pubblikazzjonijiet oħrajn li jiddiskutu għala nistgħu nafdaw il-​Bibbja u kif nistgħu napplikaw il-​pariri prattiċi tagħha fil-​familja u f’ħajjitna. Jew staqsi lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova għall-​iktar informazzjoni.

​—Ibbażat fuq Atti, Efesin, Filippin, Kolossin, Filemon, 1 Ġwanni, Rivelazzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja