LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/1 pp. 12-13
  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • 4 | Irbaħ il-Mibegħda bl-Għajnuna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Kont mimli rabja u vjolenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Ħajti Kienet Sejra mill-Ħażin għall-Agħar
    It-Torri tal-Għassa: Ħajti Kienet Sejra mill-Ħażin għall-Agħar
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/1 pp. 12-13

IL-​BIBBJA TBIDDEL IL-​ĦAJJIET

“Ħafna Nies Kienu Jobogħduni”

Kif rakkontata minn Waldo Moya

  • SENA TAT-​TWELID: 1978

  • POST TAT-​TWELID: IĊ-​ĊILÌ

  • STORJA: VJOLENTI ĦAFNA

IL-​PASSAT TIEGĦI:

Trabbejt f’Santiago, il-​belt kapitali taċ-​Ċilì, fi nħawi fejn id-​droga, il-​kriminalità, u gruppi li jaqilgħu l-​inkwiet kienu komuni. Meta kelli ħames snin, missieri ġie maqtul. Imbagħad ommi għexet maʼ raġel li kien kattiv. Kien isawwatna b’mod regulari. Għad għandi feriti emozzjonali taʼ dawk is-​snin.

Hekk kif kont qed nikber, irreaġixxejt għall-​influwenzi negattivi billi sirt vjolenti ħafna. Kont nismaʼ mużika heavy-​metal, nixrob iżżejjed, u kultant ħadt xi droga. Spiss kont nieħu sehem fi ġlied li kien isir fit-​toroq maʼ bejjiegħa tad-​droga, li kemm-​il darba pprovaw joqtluni. Darba minnhom, grupp kriminali ħallsu lil raġel magħruf li kellu fama ħażina biex joqtolni, imma rnexxieli naħrab b’daqqa taʼ sikkina biss. Darb’oħra, grupp taʼ bejjiegħa tad-​droga għamluli pistola maʼ rasi u pprovaw jgħallquni.

Fl-​1996, bdejt inħobb mara jisimha Carolina, u fl-​1998 iżżewwiġna. Wara li twieled l-​ewwel tifel, bżajt li minħabba l-​karattru vjolenti tiegħi, kont se nkun bħar-​raġel t’ommi u nabbuża mill-​familja tiegħi. Allura fittixt l-​għajnuna f’ċentru lokali taʼ riabilitazzjoni. Ingħatajt kura medika u terapija, iżda kien kollu għalxejn. Bqajt nirrabja fuq kull ħaġa taʼ xejn; kont bla kontroll. Biex mingħalija nieqaf inweġġa’ l-​familja tiegħi pprovajt nagħmel suwiċidju. Fortunatament, ma rnexxilix.

Għal ħafna snin kont ateu, imma ridt nemmen f’Alla. Allura għal xi żmien bdejt nattendi reliġjon evanġelika. Sadattant, marti kienet qed tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Kont nobgħodhom lix-​Xhieda, u ħafna drabi għajjatt magħhom b’mod offensiv. Iżda dejjem wiġbuni bil-​kelma t-​tajba, xi ħaġa li ma stennejthiex.

Darba Carolina talbitni nfittex Salm 83:18 fil-​Bibbja tiegħi stess. Dan il-​vers jgħid ċar li isem Alla hu Ġeħova. Bqajt skantat meta rrealizzajt li fir-​reliġjon tiegħi kont tgħallimt dwar alla, imma mhux dwar Ġeħova. Fil-​bidu tas-​sena 2000, anki jien bdejt nistudja l-​Bibbja max-​Xhieda.

KIF IL-​BIBBJA BIDDLITLI ĦAJTI:

Hekk kif kont qed nagħmel progress, sibt faraġ meta tgħallimt li Ġeħova hu Alla li jaf jagħder u jaħfer. Pereżempju, f’​Eżodu 34:6, 7, il-​Bibbja tiddeskrivi lil Ġeħova bħala “Alla ħanin u grazzjuż, bil-​mod biex jirrabja u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, jerfaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba għal eluf, jaħfer l-​iżball u l-​ksur tal-​liġi u d-​dnub.”

Minkejja dan, ma kienx faċli napplika dak li kont qed nitgħallem. Kont konvint li qatt ma kont se nkun nistaʼ nikkontrolla l-​karattru vjolenti tiegħi. Kull darba li nqast, Carolina bi mħabba inkuraġġietni. Fakkritni li Ġeħova ta kas l-​isforzi tiegħi. L-​appoġġ tagħha tani s-​saħħa nkompli nipprova nogħġob lil Ġeħova, avolja spiss kont inħossni li ma niswa għalxejn.

Darba, Alejandro, li kien jagħmilli l-​istudju, talabni naqra Galatin 5:22, 23. Dawn il-​versi jgħidu li l-​frott tal-​ispirtu t’Alla hu “l-​imħabba, il-​ferħ, il-​paċi, is-​sabar fit-​tul, il-​qalb tajba, it-​tjubija, il-​fidi, il-​ħlewwa, ir-​rażna.” Alejandro spjega li biex niżviluppa dawn il-​kwalitajiet ma kienx jiddependi mis-​saħħa tiegħi stess, imma mill-​ispirtu qaddis t’Alla. Din il-​verità bidlet kompletament il-​ħarsa tiegħi.

Iktar tard, attendejt konvenzjoni kbira tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. L-​ordni, l-​indafa, u l-​ħbiberija li rajt hemm ikkonvinċewni li kont sibt ir-​reliġjon vera. (Ġwanni 13:34, 35) Tgħammidt fi Frar tal-​2001.

KIF IBBENEFIKAJT:

Ġeħova biddilni minn raġel vjolenti għal wieħed li jġib il-​paċi. Inħoss li refagħni mill-​ħama li kont maqbud fiha. Ħafna nies kienu jobogħduni, u ma ntihomx tort. Iżda issa nieħu pjaċir naqdi lil Ġeħova fil-​paċi flimkien maʼ marti u ż-​żewġ subien tagħna.

Tal-​familja u l-​ħbieb li kelli qabel ma jistgħux jemmnu kemm inbdilt. B’riżultat taʼ dan, uħud minnhom urew interess f’li jitgħallmu l-​verità tal-​Bibbja. Barra minn hekk, kelli l-​privileġġ li ngħin lil oħrajn isiru jafu lil Ġeħova. Xi pjaċir kien li nara l-​verità tal-​Bibbja tbiddlilhom ħajjithom ukoll!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja