LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp22 Nru. 1 pp. 12-13
  • 4 | Irbaħ il-Mibegħda bl-Għajnuna t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 4 | Irbaħ il-Mibegħda bl-Għajnuna t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tgħallem il-​Bibbja:
  • Xi Jfisser:
  • X’Tistaʼ Tagħmel:
  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Kif Tistaʼ Twaqqaf iċ-Ċiklu tal-Mibegħda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Aħna Nistgħu Negħlbu l-Mibegħda!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Ħafna Nies Għala Jobogħdu lil Oħrajn?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
wp22 Nru. 1 pp. 12-13
Nies mexjin lejn Bibbja miftuħa bid-​dawl ħiereġ minnha. Id-​dell tagħhom juri kemm kienu jobogħdu qabel.

KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-​ĊIKLU TAL-​MIBEGĦDA

4 | Irbaħ Il-​mibegħda Bl-​għajnuna T’alla

X’Tgħallem il-​Bibbja:

“Il-​frott taʼ l-​ispirtu hu l-​imħabba, il-​ferħ, il-​paċi, is-​sabar fit-​tul, il-​qalb tajba, it-​tjubija, il-​fidi, il-​ħlewwa, ir-​rażna.”—GALATIN 5:22, 23.

Xi Jfisser:

Bl-​għajnuna t’Alla nistgħu ma nibqgħux nobogħdu. L-​ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna jkollna kwalitajiet li qatt ma jistaʼ jkollna waħedna. Minflok ma nipprovaw negħlbu l-​mibegħda bis-​saħħa tagħna, tajjeb li nfittxu l-​għajnuna t’Alla. Jekk nagħmlu hekk se nħossuna kif ħassu l-​appostlu Pawlu, li kiteb: “Għal kollox għandi s-​saħħa permezz taʼ dak li jagħtini l-​qawwa.” (Filippin 4:13) Imbagħad inkunu nistgħu ngħidu: “L-​għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova.”—Salm 121:2.

X’Tistaʼ Tagħmel:

“Minn raġel vjolenti Ġeħova biddilni f’wieħed li nżomm il-​paċi.”—WALDO

Itlob lil Ġeħova għall-​ispirtu qaddis. (Luqa 11:13) Itolbu biex jgħinek ikollok kwalitajiet tajbin. Studja dak li tgħid il-​Bibbja dwar kwalitajiet li jgħinuk tegħleb il-​mibegħda, bħall-​imħabba, il-​paċi, il-​paċenzja, u r-​rażna. Fittex modi kif tistaʼ turi dawn il-​kwalitajiet f’ħajtek. U qattaʼ ħin ma’ nies li huma wkoll juru kwalitajiet bħal dawn. Nies bħal dawn se jgħinuk turi l-​imħabba u tagħmel affarijiet tajbin.—Ebrej 10:24.

Esperjenza​—WALDO

Għeleb il-​Mibegħda Mimlija Vjolenza

Waldo.

Waldo kellu trobbija diffiċli li mlietu bil-​mibegħda. “Spiss kont inkun involut fi ġlied ma’ nies li jbigħu d-​droga . . . Darba minnhom, grupp kriminali ħallsu lil raġel professjonali biex joqtolni, imma rnexxieli naħrab, u kulma kelli kienet daqqa taʼ sikkina biss.”

Waldo ma ħax pjaċir li l-​mara tiegħu bdiet tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Hu jgħid: “Kont nobgħodhom lix-​Xhieda, u ħafna drabi għajjatt magħhom b’mod offensiv. Iżda dejjem wiġbuni bil-​ħlewwa.”

Wara xi żmien, Waldo wkoll beda jistudja l-​Bibbja. Hu jgħid: “Ma kienx faċli napplika dak li kont qed nitgħallem. Kont konvint li qatt ma kont se nkun nistaʼ nikkontrolla l-​karattru vjolenti tiegħi.” Imma xi ħaġa li tgħallem mill-​Bibbja għenitu ħafna.

Waldo jgħid: “Darba minnhom, Alejandro, li kont nistudja l-​Bibbja miegħu, saqsieni biex naqra Galatin 5:22, 23. . . . Hu spjegali li l-​uniku mod kif setaʼ jkolli dawn il-​kwalitajiet kien bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis u mhux bis-​saħħa tiegħi stess. Dan għenni nemmen li vera stajt ninbidel!”

Waldo ħalla lil Alla jgħinu u b’hekk ma baqax jobgħod lil oħrajn. Hu jgħid: “Tal-​familja u l-​ħbieb li kelli ma jistgħux jemmnu kemm inbdilt. Minn raġel vjolenti Ġeħova biddilni f’wieħed li nżomm il-​paċi.”

Tistaʼ taqra iżjed dwar l-​istorja taʼ Waldo fʼIt-​Torri tal-​Għassa tal-​1 t’Ottubru 2013, paġni 12-​13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja