LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/1 p. 16
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Irxoxt—Għal Min, u Fejn?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • X’inhu l-irxoxt?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Hemm tama għal dawk li mietu?

Il-​mewt hi bħall-​irqad fis-​sens li l-​mejtin mhumiex konxji u ma jistgħu jagħmlu xejn. Madankollu, il-​Ħallieq tal-​ħajja jistaʼ jġib lil dawk mejtin lura permezz taʼ rxoxt. Biex jagħti prova taʼ dan, Alla ta l-​qawwa lil Ġesù biex iqajjem xi nies għall-​ħajja.—Aqra Ekkleżjasti 9:5; Ġwanni 11:11, 43, 44.

F’liema sens il-​mewt hi bħall-​irqad?

Alla wiegħed li l-​mejtin li qegħdin fil-​memorja tiegħu se jiġu rxoxtati għall-​ħajja f’dinja ġdida ġusta. Dawk li se jiġu rxoxtati għandhom jibqgħu reqdin fil-​mewt sakemm Alla jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja. Alla li Jistaʼ Kollox jixxennaq biex juża l-​qawwa tiegħu ħalli lill-​mejtin jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja.—Aqra Ġob 14:14, 15.

Kif se jkun l-​irxoxt?

Meta Alla jqajjem lin-​nies, huma se jkunu jistgħu jagħrfu lilhom infushom, lil ħbiebhom, u l-​familja tagħhom. Għalkemm il-​ġisem taʼ persuna jiddeterjora, Alla jistaʼ jirxoxta l-​istess persuna b’ġisem ġdid.—Aqra l-​1 Korintin 15:35, 38.

Relattivament ftit huma dawk l-​uħud li jiġu rxoxtati għall-​ħajja fis-​sema. (Rivelazzjoni 20:6) Il-​biċċa l-​kbira taʼ dawk irxoxtati se jerġaʼ jkollhom il-​ħajja f’ġenna fuq l-​art restawrata. Lil dawn se jingħatalhom bidu ġdid, bit-​tama li jgħixu għal dejjem.—Aqra Salm 37:29; Atti 24:15.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitli 6 u 7 taʼ dan il-​ktieb, Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Tistaʼ tiddawnlowdjah minn www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja