LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 4 p. 3
  • Storja li tagħmel differenza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Storja li tagħmel differenza
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja Kif Baqgħet Teżisti sal-Lum?
    Stenbaħ!—2007
  • ll-Ġlieda tal-Bibbja biex Tgħix
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Alla Jinformana Dwar il-​Għanijiet Tiegħu
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Il-Bibbja—Storja Rimarkevoli taʼ Kif Baqgħet Teżisti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 4 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-​BIBBJA—L-ISTORJA TAʼ KIF BAQGĦET TEŻISTI

Storja li tagħmel differenza

Raġel iżomm il-Bibbja f’idu u jidher dubjuż

Il-​Bibbja hija unika fost il-​kitba reliġjuża. L-​ebda ktieb ieħor ma fforma t-​twemmin taʼ daqstant nies fuq medda daqshekk kbira taʼ żmien. Min-​naħa l-​oħra, l-​ebda ktieb ieħor ma ġie eżaminat u kkritikat daqshekk.

Pereżempju, xi studjużi jiddubitaw jekk il-​Bibbji moderni humiex kopji taʼ min joqgħod fuqhom tal-​kitbiet oriġinali. “Ma nistgħux inkunu kompletament ċerti jekk erġajniex bnejna t-​test oriġinali b’eżattezza,” jgħid professur tal-​istudji reliġjużi. “Għandna biss kopji mimlijin żbalji, u l-​biċċa l-​kbira minnhom ġew magħmulin sekli wara l-​oriġinali u huma differenti minnhom, evidentement b’eluf taʼ modi.”

Oħrajn jiddubitaw l-​awtentiċità tal-​Bibbja minħabba l-​isfond reliġjuż tagħhom. Pereżempju, Faizal ġie mgħallem mill-​familja mhux Kristjana tiegħu li l-​Bibbja hi ktieb sagru imma li kienet ġiet mibdula. “B’hekk, kont inkun xi ftit suspettuż meta n-​nies riedu jkellmuni dwar il-​Bibbja,” hu jgħid. “Wara kollox, ma kellhomx il-​Bibbja oriġinali. Kienet tbiddlet!”

Jagħmel differenza jekk il-​Bibbja ġietx mibdula? Ħeqq, ikkunsidra dawn il-​mistoqsijiet: Tistaʼ tafda fil-​wegħdi taʼ faraġ għall-​futur li qegħdin fil-​Bibbja jekk ma tafx jekk dawn il-​wegħdi kinux fit-​test oriġinali? (Rumani 15:4) Kont tuża prinċipji Bibliċi biex tieħu deċiżjonijiet importanti dwar l-​impjieg, il-​familja, jew il-​qima tiegħek kieku l-​Bibbji moderni kienu biss kopji mimlijin żbalji dokumentati mill-​bniedem?

Għalkemm il-​kotba oriġinali tal-​Bibbja sparixxew, aħna nistgħu nirreferu għal kopji antiki—inkluż eluf taʼ manuskritti Bibliċi. Dawn il-​manuskritti kif irnexxielhom jibqgħu jeżistu minkejja tmermir, oppożizzjoni, u attentati biex jitbiddel it-​test? L-​eżistenza tagħhom kif tistaʼ tibnilek il-​fiduċja fl-​awtentiċità tal-​Bibbja moderna disponibbli għalik? Ikkunsidra t-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet fl-​istorja li ġejja ta’ kif il-​Bibbja baqgħet teżisti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja