LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 2 pp. 6-11
  • ll-Ġlieda tal-Bibbja biex Tgħix

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ll-Ġlieda tal-Bibbja biex Tgħix
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja Biss Baqgħet Ħajja
  • Dawk li Ssalvagwardjaw il-Kelma
  • Kopji Fallibbli
  • In-Nies u l-Lingwi Tagħhom
  • Kif Baqaʼ Jeżisti l-​Ktieb?
    Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Il-Bibbja Kif Baqgħet Teżisti sal-Lum?
    Stenbaħ!—2007
  • Il-Bibbja baqgħet teżisti minkejja attentati biex jinbidel il-messaġġ tagħha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Veru Li L-Bibbja Ġejja Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 2 pp. 6-11

Kapitlu 2

ll-Ġlieda tal-Bibbja biex Tgħix

Hemm ħafna truf taʼ evidenza li jagħtu prova li l-Bibbja tassew hi l-Kelma t’⁠Alla. Kull tarf huwa b’⁠saħħtu, imma meta kollha jittieħdu flimkien, huma ma jistgħux jiġu miksura. F’⁠dan il-kapitlu u f’⁠dak li jsegwi, se niddiskutu tarf wieħed biss taʼ evidenza: l-istorja tal-Bibbja bħala ktieb. Il-verita hi, li huwa xejn inqas minn miraklu li dan il-ktieb rimarkabbli baqaʼ ħaj sal-lum. Ikkunsidra l-fatti għalik innifsek.

1. X’⁠inhuma xi ftit dettalji rigward il-Bibbja?

IL-BIBBJA hija iktar minn sempliċi ktieb. Hija librerija sinjura taʼ 66 ktieb, xi wħud qosra u xi wħud twal mhux ħażin, li fihom liġi, profeziji, storja, poeżija, pariri, u ħafna iżjed. Sekli sħaħ qabel it-twelid taʼ Kristu, l-ewwel 39 minn dawn il-kotba ġew miktubin —l-iktar fil-lingwa Ebrajka—minn Lhud fidili, jew Iżraeliti. Din il-parti taʼ spiss tissejjaħ it-Testment il-Qadim. L-aħħar 27 ktieb kienu miktubin bil-Grieg minn Kristjani u huma magħrufin l-iktar bħala t-Testment il-Ġdid. Skond l-evidenza interna u l-maġġoranza tat-tradizzjonijiet qodma, dawn is-66 ktieb kienu miktubin tul perijodu taʼ xi 1,600 sena, li jibdew meta l-Eġittu kien il-qawwa dominanti u jispiċċaw meta Ruma kienet il-padruna tad-dinja.

Il-Bibbja Biss Baqgħet Ħajja

2. (a) X’⁠kienet is-sitwazzjoni f’⁠Iżrael meta bdiet tinkiteb il-Bibbja? (b) X’⁠kienu xi xogħlijiet miktubin oħra li ġew produċuti matul l-istess perijodu?

2 Iktar minn 3,000 sena ilu, meta l-kitba tal-Bibbja ngħatat bidu, l-Iżrael kien sempliċi nazzjon żgħir fost ħafna fil-Lvant Nofsani. Alla tagħhom kien Jehovah, fil-waqt li n-nazzjonijiet taʼ madwarhom kellhom varjetà li tħawwad taʼ allat maskili u femminili. Matul dak il-perijodu, l-Iżraeliti ma kinux l-uniċi nies li pproduċew letteratura reliġjuża. Nazzjonijiet oħra wkoll ipproduċew xogħlijiet taʼ kitba li kienu jirriflettu r-reliġjon tagħhom kif ukoll il-valuri li kellhom bħala nazzjon. Per eżempju, il-leġġenda Akkadjana taʼ Gilgamesh mill-Mesopotamja u l-epiċi taʼ Ras Shamra, miktubin bl-Ugaritiku (lingwa mitkellma fil-post li llum jissejjaħ Sirja taʼ Fuq), mingħajr ebda dubju kienu popolari. Il-letteratura vasta taʼ dik l-era kienet tinkludi wkoll xogħlijiet bħal The Admonitions of Ipuwer u The Prophecy of Nefer-rohu bil-lingwa Eġizzjana, innijiet lejn divinitajiet differenti bis-Sumerjan, u xogħlijiet profetiċi bl-Akkadjan.​1

3. X’⁠jimmarka lill-Bibbja bħala differenti minn letteratura reliġjuża oħra pproduċuta fil-Lvant Nofsani matul l-istess perijodu?

3 Madankollu, dawn ix-xogħlijiet kollha tal-Lvant Nofsani kellhom l-istess destin. Ġew minsijin, u saħansitra l-lingwi li bihom ġew miktuba ma baqgħux jeżistu. Kien biss fi snin riċenti li l-arkeoloġisti u l-filoloġisti tgħallmu dwar l-eżistenza tagħhom u skoprew kif jaqrawhom. Mill-banda l-oħra, l-ewwel kotba li ġew miktubin fil-Bibbja Ebrajka baqgħu ħajjin sa żmienna u jinqraw minn ħafna. Xi drabi, studjużi jistqarru li l-kotba Ebrajċi li qegħdin ġol-Bibbja ġew b’⁠xi mod minn dawk ix-xogħlijiet taʼ letteratura antika. Imma l-fatt li tant minn dik il-letteratura ġie minsi fil-waqt li l-Bibbja Ebrajka baqgħet ħajja jimmarka l-Bibbja bħala li hi differenti b’⁠mod sinjifikanti.

Dawk li Ssalvagwardjaw il-Kelma

4. Liema problemi kbar tal-Iżraeliti setgħu jidhru li jpoġġu s-sopravvivenza tal-Bibbja fll-periklu?

4 Tagħmel ebda żball, minn ħarsa umana l-eżistenza kontinwa tal-Bibbja ma kinetx konklużjoni li setgħet tiġi mbassra minn qabel loġikament. Il-komunitajiet li pproduċewha sofrew tant provi diffiċli u oppressjoni qarsa li l-fatt li għadha ħajja sal-lum tassew huwa rimarkabbli. Fis-snin taʼ qabel Kristu, il-Lhud li pproduċew l-Iskrittura Ebrajka (it-“Testment il-Qadim”) kienu relattivament nazzjon żgħir. Huma għexu fil-periklu fost stati politiċi qawwijin li kienu qegħdin jimbuttaw kontra xulxin għas-supremazija. Iżrael kellu jiġġieled għal ħajtu kontra nazzjonijiet konsekuttivi bħall-Filistej, il-Moabiti, l-Ammoniti u l-Edomiti. Matul il-perijodu meta l-Ebrej kienu maqsumin f’⁠żewġ saltniet, l-Imperu krudil tal-Assirja kważi qered għalkollox lis-saltna tat-Tramuntana, fil-waqt li l-Babilonjani qerdu s-saltna tan-Nofs in-Nhar, u ħadu n-nies f’⁠eżilju li minnhom fdal biss reġgħu lura 70 sena wara.

5, 6. X’⁠attentati saru li pperikolaw l-eżistenza nflsha tal-Ebrej bħala poplu distint?

5 Hemm saħansitra rapporti taʼ attentati taʼ qtil tar-razza tal-Iżraeliti. Lura fi żmien Mosè, Farawni ordna l-qtil tat-trabi maskili kollha li tweldulhom. Li kieku l-ordni tiegħu ġiet obduta, in-nies Ebrej kienu jiġu meqruda bħala ġens. (Eżodu 1:​15-22) Ħafna iktar tard, meta l-Lhud ġew taħt ħakma Persjana, l-egħdewwa tagħhom ikkomplottaw biex tgħaddi liġi bl-intenzjoni li teqridhom għalkollox bħala ġens. (Ester 3: 1-15) Il-falliment taʼ dan il-komplott għadu jiġi ċċelebrat fil-Festa Lhudija taʼ Purim.

6 Jerġaʼ iktar tard, meta l-Lhud kienu suġġetti lejn is-Sirja, is-Sultan Antijokus IV ipprova bl-iebes biex jagħti lin-nazzjon identità Griega, billi sforzahom biex isegwu d-drawwiet Griegi u biex jaduraw allat Griegi. Huwa falla wkoll. Minflok ma ġew meqruda jew tħalltu, il-Lhud baqgħu jeżistu fil-waqt li, wieħed wieħed, il-biċċa l-kbira mill-gruppi nazzjonali taʼ madwarhom għebu mix-xena tad-dinja. U l-Iskrittura Ebrajka tal-Bibbja salvat magħhom.

7, 8. Kif ġiet mhedda s-sopravvivenza tal-Bibbja bit-tribulazzjoni li ġarrbu l-Kristjani?

7 Il-Kristjani, li pproduċew it-tieni parti tal-Bibbja (it-“Testment il-Ġdid”), ukoll kienu grupp oppressat. Il-mexxej tagħhom, Ġesù, ġie maqtul bħal kriminal komuni. Fiż-żminijiet bikrin taʼ wara mewtu, awtoritajiet Lhud fil-Palestina ppruvaw irażżnuhom. Meta l-Kristjanità nfirxet lejn pajjiżi oħra, il-Lhud ikkaċċjawhom u ppruvaw ifixklu x-xogħol missjunarju tagħhom.—Atti 5:​27, 28; 7: 58-60; 11:​19-21; 13:45; 14:19; 18:​5, 6.

8 Fi żmien Neruni, l-attitudni tal-awtoritajiet Rumani, li għall-bidu kienet tolleranti, tbiddlet. Taċitus kien jiftaħar bit-“torturi skwiżiti” li ġew mixħuta fuq il-Kristjani minn dak l-imperatur aħrax, u minn żmienu ’⁠l quddiem, li tkun Kristjan kienet offlża kapitali.​2 Fis-sena 303 E.K., l-Imperatur Dijoklezjanu aġixxa direttament kontra l-Bibbja.a Fi sforz biex jisħaq għalkollox il-Kristjanità, huwa ordna li l-Bibbji Kristjani kollha għandhom jiġu maħruqin.​3

9. X’⁠kien jiġri li kieku l-kampanji taʼ qerda kontra l-Lhud u l-Kristjani rnexxew?

9 Dawn il-kampanji taʼ oppressjoni u qtil tar-razza kienu theddida rejali għas-sopravvivenza tal-Bibbja. Li kieku l-Lhud spiċċaw bħall-Filistej u l-Moabiti jew li kieku l-isforzi taʼ l-ewwel il-Lhud u mbagħad l-awtoritajiet Rumani biex jisħqu ’⁠l barra l-Kristjanità rnexxew, kieku min kien jikteb u jippreserva l-Bibbja? B’⁠ferħ, dawk li ssalvagwardjaw il-Bibbja—l-ewwel il-Lhud u mbagħad il-Kristjani—ma ġewx meqruda, u l-Bibbja baqgħet ħajja. Madankollu, kien hemm theddida serja oħra jekk mhux lejn is-sopravvivenza tagħha għall-inqas lejn l-integrità tal-Bibbja.

Kopji Fallibbli

10. Il-Bibbja kif ġiet oriġinalment ippreservata?

10 Ħafna minn dawk ix-xogħlijiet antiki diġà msemmija li ġew waħda wara l-oħra minsijin ġew imnaqqxa fil-ġebel jew stampati fuq it-twavel tal-fuħħar li jdumu biex jispiċċaw. Iżda dan ma kienx il-każ tal-Bibbja. Oriġinalment din ġiet miktuba fuq il-papirus jew fuq il-parċmina—materjali li jispiċċaw ħafna iktar malajr. B’⁠hekk, il-manuskritti li saru mill-kittieba oriġinali għebu ħafna, ħafna żmien ilu. Kif, mela, ġiet ippreservata l-Bibbja? Eluf taʼ kopji mingħajr għadd ġew miktuba bi sforzi kbar bl-idejn. Dan kien il-metodu normali biex ktieb kien jiġi riprodottt qabel ma wasal l-istampar.

11. X’⁠jiġri eventwalment meta manuskritti jiġu kkopjati mill-idejn?

11 Madankollu, hemm periklu fl-ikkopjar bl-idejn. L-arkeoloġista famuż, Sir Frederic Kenyon, li kien ukoll il-librar tal-British Museum, spjega: “L-id u l-moħħ uman għad ma ġewx maħluqin li jistgħu jikkopjaw kompletament xogħol twil mingħajr ebda żball assolutament. . . . Kienet ħaġa ċerta li żballji kienu se jidħlu baxx baxx.”​4 Meta żball daħal baxx baxx f’⁠xi manuskritt, dan kien jiġi ripetut meta dak il-manuskritt sar il-bażi għal kopji fll-futur. Meta saru ħafna kopji fuq medja twila taʼ żmien, għadd taʼ żballji umani daħlu baxx baxx.

12, 13. Min assuma r-responsabbiltà li jippreserva t-test tal-Iskrittura Ebrajka?

12 Meta nħarsu lejn il-ħafna eluf taʼ kopji tal-Bibbja li saru, kif nafu li dan il-proċess taʼ riproduzzjoni ma bidilhiex sal-punt li ma tibqax tintgħaraf? Mela, ħalli nieħdu l-każ tal-Bibbja Ebrajka, it-“Testment il-Qadim.” Fit-tieni nofs tas-sitt seklu Q.E.K., meta l-Lhud reġgħu lura mill-eżilju Babilonjan tagħhom, grupp taʼ studjużi Ebrej magħrufin bħala Soferim, “skribi,“ saru l-kustodji tat-test tal-Bibbja Ebrajka, u kienet ir-responsabbiltà tagħhom li jikkopjaw dik l-Iskrittura għall-użu fil-qima pubblika u privata. Kienu nies imqanqlin bil-kbir, irġiel professjonali, u x-xogħol tagħhom kien tal-ogħla kwalità.

13 Mis-seba’ seklu sal-għaxar seklu tal-Era Komuni tagħna, il-werrieta tas-Soferim kienu l-Mażoreti. Isimhom jiġi minn kelma Ebrajka li tfisser “tradizzjoni,” u bażikament huma wkoll kienu skribi maħtura bix-xogħol tal-ippreservar tat-test oriġinali Ebrajk. Il-Mażoreti kienu jfittxu x-xagħra fil-għaġina. Per eżempju, l-iskrib kellu juża kopja li kienet awtorizzata bħala awtentika bħala l-oriġinal, u ma kienx jistaʼ jikteb xi ħaġa mill-memorja. Kellu jiċċekkja kull ittra qabel ma jiktibha.​5 Il-Professur Norman K. Gottwald jirrapporta: “Ħjiel dwar l-attenzjoni li biha kienu jaqdu dmirijiethom huwa indikat fil-ħtieġa rabbinika li l-manuskritti ġodda kollha kellhom jiġu analizzati u kopji b’⁠difetti kellhom jiġu mormijin minnufih.”​6

14. Liema skoperta għamlitha possibbli li tiġi kkonfermata t-trażmissjoni tat-test Bibliku mis-Soferim u mill-Mażoreti?

14 Kemm kienet preċiża t-trażmissjoni tat-test mis-Soferim u l-Mażoreti? Sal-1947 dik il-mistoqsija kienet diffiċli biex tweġibha, ladarba l-manuskritti Ebrajċi l-iktar antiki li kienu disponibbli kienu mill-għaxar seklu tal-Era Komuni tagħna. Madankollu, fl-1947, xi fdalijiet taʼ manuskritti antiki ħafna ġew misjuba f’⁠għerien fil-viċinanza tal-Baħar il-Mejjet, li kienu jinkludu partijiet mill-kotba tal-Bibbja Ebrajka. Numru taʼ fdalijiet kienu jmorru lura sa qabel iż-żmien taʼ Kristu. Studjużi qabblu dawn mal-manuskritti Ebrajċi li kienu preżenti biex jikkonfermaw il-preċiżjoni tat-trażmissjoni tat-test. X’⁠kien ir-riżultat taʼ dan il-paragun?

15. (a) X’⁠kien ir-riżultat tat-tqabbil tal-manuskritt taʼ Isaija tal-Baħar il-Mejjet mat-test Mażoretiku? (b) X’⁠għandna nikkonkludu mill-fatt li xi manuskritti misjuba ħdejn il-Baħar il-Mejjet juru ċertu ammont taʼ varjanza flt-test? (Ara n-nota taʼ taħt.)

15 Wieħed mill-eqdem xogħlijiet li ġew skoperti kien il-ktieb sħiħ taʼ Isaija, u hija taʼ meravilja kemm dan il-ktieb huwa bħat-test tal-Bibbja Mażoretika li għandna llum. Il-Professur Millar Burrows jikteb: “Ħafna mid-differenzi bejn l-iskroll taʼ Isaija taʼ San Mark [skopert riċentement] u t-test Mażoretiku jistgħu jiġu spjegati bħala żballji fl-ikkopjar. Apparti minn dawn, hemm qbil rimarkabbli, inġenerali, mat-test misjub fll-manuskritti medjovali. Qbil bħal dan f’⁠manuskritt tant iktar qadim jagħti testimonjanza li tassigura dwar il-preċiżjoni ġenerali tat-test tradizzjonali.”​7 Burrows iżid: “Hija kwistjoni taʼ stagħġib li t-test ġarrab daqstant ammont żgħir taʼ alterazzjoni fuq medja taʼ xi elf sena.”b

16, 17. (a) Għala nistgħu nkunu ċerti li t-test tal-Iskrittura Kristjana Griega huwa korrett? (b) X’⁠kien xehed Sir Frederic Kenyon dwar it-test tal-Iskrittura Griega?

16 Fil-każ tal-parti tal-Bibbja miktuba minn Kristjani bil-Grieg, l-hekk imsejjaħ it-Testment il-Ġdid, dawk li kienu jikkopjaw kienu iktar qishom dilettanti taʼ talent milli bħas-Soferim professjonali li kellhom taħriġ estensiv. Imma waqt li ħadmu taħt theddid taʼ kkastigar mill-awtoritajiet, huma ħadu xogħolhom bis-serjetà. U żewġ affarijiet jassigurawna li llum għandna test li essenzjalment huwa l-istess bħal dak li ġie miktub bil-pinna mill-kittieba oriġinali. L-ewwel, għandna manuskritti li jmorru lura lejn data ħafna iktar viċin iż-żmien taʼ meta nkitbu oriġinalment milli hu l-każ fil-parti Ebrajka tal-Bibbja. Tabilħaqq, fdal wieħed tal-Vanġelu taʼ Ġwanni huwa mill-ewwel nofs tat-tieni seklu, inqas minn 50 sena mid-data meta x’⁠aktarx li Ġwanni kiteb il-Vanġelu tiegħu. It-tieni, in-numru attwali taʼ manuskritti li baqgħu jeżistu jipprovdi turija formidabbli taʼ kemm huwa korrett it-test.

17 Fuq dan il-punt, Sir Frederic Kenyon xehed: “Ma jistax jiġi insistit iżżejjed li fls-sustanza t-test Bibliku huwa aċċertat. Speċjalment dan huwa l-każ mat-Testment il-Ġdid. In-numru taʼ manuskritti tat-Testment il-Ġdid taʼ traduzzjonijiet minnha, u taʼ kwotazzjonijiet minnha fil-kittieba l-iktar antiki tal-Knisja, huwa tant kbir li huwa nistgħu ngħidu assigurat li l-qari veru taʼ kull passaġġ taʼ dubju huwa ppreservat f’⁠xi wieħed jew ieħor minn dawn l-awtoritajiet antiki. Dan ma jistaʼ jingħad fuq ebda ktieb ieħor antik fld-dinja.”​10

In-Nies u l-Lingwi Tagħhom

18, 19. Kif kien li l-Bibbja ma kinetx limitata għal-lingwi li flhom kienet miktuba oriġinalment?

18 Il-lingwi oriġinali li fihom ġiet mitkuba l-Bibbja kienu wkoll, tul iż-żmien, ostaklu għall-eżistenza kontinwa tagħha. L-ewwel 39 ktieb kienu fil-biċċa l-kbira miktubin bl-Ebrajk, l-ilsien tal-Iżraeliti. Imma l-Ebrajk qatt ma kien magħruf minn ħafna. Li kieku l-Bibbja baqgħet f’⁠dik il-lingwa, ma kien ikollha ebda influwenza ħlief fuq il-ġens Lhudi u xi ftit barranin li setgħu jaqrawha. Madankollu, flt-tielet seklu Q.E.K., għall-beneflċċju tal-Ebrej li kienu f’⁠Lixandra, ġewwa l-Eġittu, nbdiet traduzzjoni tal-parti Ebrajka tal-Bibbja bil-Grieg. Il-Grieg kien l-ilsien internazzjonali taʼ dak iż-żmien. B’⁠hekk, il-Bibbja Ebrajka ġiet aċċessibbli faċilment għal dawk li ma kinux Lhud.

19 Meta wasal iż-żmien biex tinkiteb it-tieni parti tal-Bibbja, ħafna kienu jitkellmu bil-Grieg, u għalhekk l-aħħar 27 ktieb tal-Bibbja nkitbu b’⁠dak l-ilsien. Imma mhux kulħadd setaʼ jifhem il-Grieg. B’⁠hekk, traduzzjonijiet kemm tal-parti Ebrajka u kemm taʼ dik Griega tal-Bibbja malajr bdew jidhru fll-lingwi taʼ kuljum taʼ dawk is-sekli bikrin bħalma kien is-Sirjak, il-Kottiku, l-Armenjan, il-Ġorġjan, il-Gotiku, u l-Etjopiku. Il-lingwa ufflċċjali tal-Imperu Ruman kienet il-Latin, u saru tant traduzzjonijiet fil-Latin li “verżjoni awtorizzata” kellha tiġi maħruġa. Din ġiet maħruġa madwar is-sena 405 E.K. u saret magħrufa bħala l-Vulgat (li tfisser “popolari” jew “komuni”).

20, 21. X’⁠kienu l-ostakli għas-sopravvivenza tal-Bibbja, u dawn għala ġew megħluba?

20 B’⁠hekk, kien minkejja ħafna ostakli li l-Bibbja baqgħet teżisti sas-sekli bikrin tal-Era Komuni tagħna. Dawk li pproduċewha kienu mibgħudin u kienu minoranzi ppersegwitati li kellhom eżistenza diffiċli fdinja ostili. Faċilment setgħet tiġi sfigurata bl-ikraħ fil-proċess tal-ikkopjar, imma ma ġietx. Iktar minn hekk, hija skappat il-periklu li kienet disponibbli biss għal nies li kienu jitkellmu ċerti lingwi.

21 Għala kien tant diffiċli biex il-Bibbja tibqaʼ teżisti? Il-Bibbja nfisha tgħid: “[I]d-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-wieħed mill-agħar.” (1 Ġwann 5:19) Meta nħarsu lejn dan il-fatt, għandna nistennew li d-dinja tkun ostili lejn il-verità ppubblikata, u ntwera li dan kien il-każ. Mela, għala l-Bibbja baqgħet tgħix meta tant bċejjeċ oħra taʼ letteratura li ma ffaċċjawx tant diffikultajiet bħal dawn ġew minsijin? Il-Bibbja twieġeb dan ukoll. Hi tgħid: “[I]l-qawl taʼ Jehovah jissaporti għal dejjem.” (1 Pietru 1:25) Jekk il-Bibbja tassew hi l-Kelma t’⁠Alla, ebda qawwa umana ma tistaʼ teqridha. U sakemm naslu sas-seklu 20 tagħna, dan baqaʼ jkun il-każ.

22. X’⁠bidla saret kmieni fir-raba seklu tal-Era Komuni tagħna?

22 Madankollu, flr-raba seklu tal-Era Komuni tagħna, ġrat xi ħaġa li eventwalment irriżultat f’⁠attakki ġodda fuq il-Bibbja u effettwat b’⁠mod estensiv il-korsa tal-istorja Ewropeja. Għaxar snin biss wara li Dijoklezjanu pprova jeqred il-kopji kollha tal-Bibbja, il-politika imperjali nbidlet u l-“Kristjanità” ġiet legalizzata. Tnax-il sena wara, flt-325 E.K., imperatur Ruman ippresieda fuq il-Konċilju “Kristjan” taʼ Niċea. Żvilupp li kien tant jidher favorevoli għala juri li kien taʼ periklu għall-Bibbja? Se naraw it-tweġiba fll-kapitlu li jmiss.

[Noti taʼ taħt]

a “F’⁠din il-pubblikazzjoni, minflok it-tradizzjonali “A.D.” u “Q.K.,” qed jiġu wżati “E.K.” (Era Komuni) u “Q.E.K.” (qabel l-Era Komuni) li huma iktar preċiżi.

b Mhux il-manuskritti kollha li nstabu ħdejn il-Baħar il-Mejjet kienu jaqblu eżattament mat-test Bibliku li baqaʼ sal-lum. Xi wħud urew varjanza sostanzjali flt-test. Madankollu, dawn il-varjazzjonijiet ma jflssrux li t-tifsir essenzjali tat-test ġie sflgurat. Skond Patrick W. Skehan tal-Università Kattolika tal-Amerka, il-biċċa l-kbira jirrappreżentaw “ħidma ġdida [tat-test Bibliku] fuq il-bażi tal-loġika interna tagħha, sabiex il-forma tespandi, imma s-sustanza tibqaʼ l-istess . . . L-attitudni ewlenija hi waħda taʼ reverenza espliċita lejn kitba li hi meqjusa bħala sagra, attitudni taʼ li tispjega (biex ingħidu hekk) il-Bibbja bil-Bibbja fit-trażmissjoni nflsha tat-test innifsu.”​8

Kummentatur ieħor iżid: “Minkejja l-inċertezza, jibqaʼ l-fatt kbir li t-test li issa għandna, fll-maġġoranza, tassew jirrappreżenta għalkollox il-kliem attwali tal-awturi li kienu jgħixu, xi wħud minnhom kważi tlett elef sena ilu, u m’⁠għandu jkollna ebda dubju serju inkwantu għal korruzzjoni testwali dwar il-validità tal-messaġġ li t-Testment il-Qadim għandu jagħtina.”​9

[Kaxxa f’⁠paġna 10]

It-Test tal-Bibbja Tant Stabbilit

Biex napprezzaw kemm it-test tal-Bibbja huwa tant stabbilit, kulma rridu nagħmlu huwa li nqabbluħ ma qasam ieħor taʼ letteratura li ġiet għandna minn żmien l-antik: il-kitbiet klassiċi tal-Greċja u taʼ Ruma. Fil-fatt, il-maġġoranza taʼ din il-letteratura ġiet miktuba wara li kienet kompluta l-Iskrittura Ebrajka. Ma kien hemm ebda attentati taʼ massakru tar-razza kontra l-Griegi u r-Rumani, u l-letteratura tagħhom ma ġietx ippreservata fost persekuzzjoni. Iżda, innota l-kummenti taʼ Professor F. F. Bruce:

“Għall-Gwerra Gallika taʼ Ċesri (ikkomponut bejn it-58 u l-50 Q.K.) hemm għadd taʼ MSS li għadhom jeżistu, imma disgħa jew għaxra biss huma tajbin, u l-eqdem hu xi 900 sena wara żmien Ċesri.

“Mill-142 ktieb tal-istorja Rumana taʼ Livy (59 Q.K.-A.D. 17), 35 biss baqgħu jeżistu; dawn huma magħrufin lilna minn mhux iktar minn għoxrin MSS li għan-dhom xi valur, li wieħed minnhom biss, u li fih fdalijiet tal-Kotba IIl-VI, huwa antik sar-raba seklu.

“Mill-erbatax-il ktieb tar-Rakkonti Storiċi taʼ Taċitus (ċ. A.D. 100) erbgħa u nofs biss baqgħu jeżistu; u mis-sittax-il ktieb tal-Annali, għaxra jeżistu sħaħ u tnejn je-żistu bħala partijiet. It-test taʼ dawn il-porzjonijiet li għadhom jeżistu taʼ dawn l-akbar żewġ xogħlijiet tiegħu jiddependi għalkollox fuq żewġ MSS, wieħed tad-disgħa seklu u wieħed tas-seklu ħdax. . . .

“L-Istorja taʼ Tuċidides (ċ. 460-400 Q.K.) hija magħrufa lilna minn tmien MSS, u l-iktar bikri jappartjeni għal ċ. A.D. 900, u xi partijiet imqattgħin tal-papirus, li bejn wieħed u ieħor jappartjeni lill-bidu tal-era Kristjana.

“L-istess huwa veru dwar l-Istorja taʼ Ħerodotus (c. 488-428 Q.K.). Madankollu ebda studjuż klassiku ma kien se jagħti widen għal argument li l-awtentiċità taʼ Ħerodotus jew taʼ Tuċidides hija fid-dubju għaliex l-iktar MSS bikrin tax-xogħol tagħhom li huma kapaċi għal xi użu għa-lina huma 1,300 sena iktar tard mill-oriġinali.”—The Books and the Parchments, paġna 180.

Qabbel dan mal-fatt li hemm eluf taʼ manuskritti taʼ partijiet differenti tal-Bibbja. U manuskritti tal-Iskrittura Griega Kristjana jmorru lura sa inqas minn mitt sena miż-żmien tal-kitba tal-kotba oriġinali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja