Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 taʼ Frar, 2013. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
1. Ġesù għala qal li “l-imnikktin” ikunu henjin? (Mt. 5:4) [7 taʼ Jan., w09 2/15 p. 6 para. 6]
2. Fit-talba mudell li Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu, x’ried ifisser meta qal: “Iddaħħalniex fit-tentazzjoni”? (Mt. 6:13) [7 taʼ Jan., w04 2/1 p. 16 para. 13]
3. Ġesù għala qal li d-dixxipli tiegħu ma kellhomx ilestu x-xogħol tagħhom tal-ippritkar “sa ma jasal Bin il-bniedem”? (Mt. 10:23) [14 taʼ Jan., w10 9/15 p. 9 para. 12; w88 8/1 p. 14 para. 6]
4. It-tixbiha taʼ Ġesù dwar iż-żerriegħa tal-mustarda, tenfasizza liema żewġ affarijiet? (Mt. 13:31, 32) [21 taʼ Jan., w08 7/15 pp. 17-18 para. 3-8]
5. Ġesù liema lezzjoni kien qed jgħallem meta qal: “Jekk ma tinbidlux u ma ssirux bħal tfal żgħar, żgur li ma tidħlux fis-saltna tas-smewwiet”? (Mt. 18:3) [28 taʼ Jan., w07 2/1 p. 9 para. 3-4]
6. Ġuda dwar xiex kien dispjaċut? (Mt. 27:3-5) [11 taʼ Fra., w08 1/15 p. 31 para. 3]
7. Ġesù għala jissejjaħ “saħansitra Sid is-Sabat”? (Mk. 2:28) [18 taʼ Fra., w08 2/15 p. 28 para. 7]
8. Ġesù għala wieġeb b’dak il-mod rigward ommu u ħutu, u dan x’jgħallimna? (Mk. 3:31-35) [18 taʼ Fra., w08 2/15 p. 29 para. 5]
9. Bħalma hu miktub f’Marku 8:22-25, Ġesù għala reġaʼ ta d-dawl lir-raġel agħma f’żewġ passi, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? [25 taʼ Fra., w00 2/15 p. 17 para. 7]
10. X’nitgħallmu mill-mod kif irreaġixxa Ġesù għaċ-ċanfira taʼ Pietru f’Marku 8:32-34? [25 taʼ Fra., w08 2/15 p. 29 para. 6]