Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fid-29 t’April, 2013. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
1. Ġesù liema tfakkira serja dwar iż-żwieġ kien qed jagħti f’Marku 10:6-9? [4 taʼ Mar., w08 2/15 p. 30 para. 8]
2. Xi jfisser li naqdu lil Ġeħova b’ruħna kollha? (Mk. 12:30) [4 taʼ Mar., w97 11/1 p. 8 para. 4]
3. X’inhu “l-uġigħ, bħall-uġigħ tal-ħlas” li jissemma f’Marku 13:8? [11 taʼ Mar., w08 3/15 p. 12 para. 2]
4. Luqa liema sorsi kkonsulta meta pprepara r-rakkont tal-Evanġelju tiegħu? (Lq. 1:3) [18 taʼ Mar., w09 3/15 p. 32 para. 4]
5. Il-fatt li Satana jfittex “ħin konvenjenti” biex iġarrab l-integrità tagħna, x’għandu jqanqalna nagħmlu? (Lq. 4:13) [25 taʼ Mar., w11 1/15 p. 23 para. 10]
6. Kif għandna napplikaw il-kliem imniżżel f’Luqa 6:27, 28? [25 taʼ Mar., w08 5/15 p. 8 para. 4]
7. Qabel ma miet bħala s-sagrifiċċju tal-fidwa, Ġesù kif setaʼ jaħfer id-dnubiet taʼ waħda mara? (Lq. 7:37, 48) [1 t’Apr., w10 8/15 pp. 6-7]
8. Is-segwaċi taʼ Kristu f’liema sens għandhom ‘jobogħdu’ lil qrabathom? (Lq. 14:26) [15 t’Apr., w08 3/15 p. 32 para. 1; w92 10/15 p. 8 para. 3-5]
9. Is-“sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb” x’effett se jkollhom fuq il-bnedmin? (Lq. 21:25) [22 t’Apr., w97 4/1 p. 29 para. 8-9]
10. Kif nistgħu nimitaw il-mod kif talab Ġesù meta niffaċċjaw provi li huma tassew ħorox? (Lq. 22:44) [29 t’Apr., w07 8/1 p. 6 para. 2]